Siġar indiġeni Maltin -laqgħa

June 2, 2017

Alfred E. Baldacchino

Wara l-interess qawwi li jidher li hawn dwar is-siġar indiġeni Maltin, u l-għatx għall-aktar tagħrif dwarhom u dwar kif dawn jistgħu jitnisslu, ħsibt li ntella’ laqgħa bir-ritratti, fejn dawk li jixtiequ jkunu jafu aktar jistgħu jilħqu dan il-għan.

Kif jidher fil-poster mehmuż, din il-laqgħa sejra ssir nhar il-Ħamis 22 ta’ Ġunju 2017, fis-6.30 ta’ filgħaxija, fis-Sala Antoine de Paule fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Matula naraw xi siġar indiġeni Maltin, u wara waqfa għall-kafe naraw ftit kif nistgħu innisslu wħud minn dawn is-siġar.

Din hija miftuha għal kulħadd, u d-dħul huwa b’xejn.

Niltaqgħu biex insiru nafu aktar dwar is-siġar indiġeni Maltin biex inkunu nistgħu nqajjmu aktar kuxjenza pubblika b’saħħitha ħalli s-siġar indiġeni Maltin jistgħu jerġgħu iħaddru lill-pajjiżna.

Inkun grat jekk minn jixtieq jiġi jibgħatli tagħrif meħtieġ kif jidher fil-poster.

Nixtieq nirringrazzja llil E.T. il-President Marie-Louise Coleiro Preca tal-għajnuna kollha.

Niltaqgħu.

 


Se nsiru deżert

August 14, 2016

illum

Il-Ħadd, 14 ta’ Awwissu, 2016

Albert Gauci Cunningham

ilma 1

ilma 2

ilma 3

ilma 4

ilma 5

aebaldacchino@gmail.com

Ara wkoll:

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2016/03/26/it-never-rains-it-pours/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2014/06/24/xqed-naghmlu-bl-ilma-tax-xita/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2016/02/29/dezert-niexef-nixfa-ta-ideat/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2016/02/29/l-immaniggar-tal-ilma-fmalta/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2016/02/14/in-nixfa-tax-xitwa-u-s-sigra-tal-lewz/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2014/10/27/fallen-trees-and-lost-water/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2015/01/09/god-and-landscaping/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2014/04/28/water-harvesting-culture/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2010/01/26/il-bdil-fil-klima/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2013/11/20/aghmel-xita-aghmel-2/


L-GĦARGĦAR: is-sigra nazzjonali

November 16, 2015

book-cover-2

2015

L-GĦARGĦAR: is-sigra nazzjonali

Alfred E. Baldacchino

Is-siġra tal-għargħar darba kienet komuni ħafna fil-gżejjer Maltin. Din kienet tiksi wesgħat kbar f’Birkirkara u fl-inħawi ta’ madwarha. Hemm inħawi li huma maħsuba li kienu msemmijin għal din is-siġra, bħal San Ġwann tal-Għargħar u Ħal-Għarghur. Iżda hawn minn jgħid li l-Għargħur, kif jixhdu mappi qodma, hu mnissel mill-isem Girgor. Mhux dokumentat li din is-siġra kienet tikber fis-selvaġġ la f’Għawdex u lanqas f’Kemmuna, għalkemm illum jinstabu xi siġar żgħar li ġew imħawwla mill-bniedem f’dawn iż-­żewġ gżejjer.

1 - Siġra tal-għargħar li tinstab San Anton

 Waħda miż-żewġ siġriet tal-għargħar li jikbru f’San Anton

L-għargħar hija siġra mill-­familja taċ-ċipress. Din ma tinstabx biss fil-gżejjer Maltin, għax fl­-Ewropa tikber f’roqgħa żgħira fix­-xlokk ta’ Spanja viċin Kartagena, fir-­reġjun ta’ Mursja. Hemm indikazzjonijiet li fl-imgħoddi din is-sigra kienet aktar komuni fl-Ewropa u nqerdet għalkollox ħlief f’dik ir­-roqgħa fi Spanja u fil-gżejjer Maltin. Dan jirriżulta minn numru ta’ fossili ta’ din is-sigra li nstabu fi Franza.

Illum hija aktar komuni u mifruxa fil-Magreb, bħal fil-Marokk fuq il-kosta tal-Atlantiku, fl-Algerija u f’Tunes. Mhemmx provi li din is-sigra tikber fil-Libja għalkemm huwa rrappurtat li din tikber hemm ukoll.

Fil-gżejjer Maltin illum hija meqjusa bħala siġra rari ħafna u tikber fis-selvaġġ f’xi ħames postijiet, fosthom l-aktar magħrufa huma fil­-Maqluba, viċin il-Qrendi fejn hemm xi tliet siġriet, fl-inhawi tal­-Mellieħa, il-Mosta, u fl-Imġiebah viċin Selmun. F’uħud minn dawn l-inħawi tikber siġra waħda biss.

gharghar-3

Il-prinjoli tal-għargħar għadhom ma sarux.

Oħrajn kienu jikbru f’Wied Filep, li kien fergħa minn Wied il-Għasel. Dawn inqerdu minn barriera tal-­qawwi li ħadet il-blat kollu għaż-żrar. Hemm għargħar oħra li ġew imħawla mill-bniedem. Fost dawn insibu tnejn fil-ġonna ta’ San Anton u oħra fil-ġonna privati tal-President ta’ Malta.

Huwa maħsub li dawn tkabbru minn żerriegħa li ttieħdet mis-siġar tal­-Maqluba. Siġar oħra nsibuhom il-­Mall u l-Argotti fil-Furjana, tnejn fil­-ġnien San Filep, biswit l-Argotti, tnejn iżgħar oħra fil-Ġnien tal-Milorda Sa Maison, tlieta oħra fil-Buskett, daqs nofs tużżana oħra fil-ġonna tal-Università f’tal-Qroqq, u waħda l-Marsa.

Is-siġra tal-għargħar tħaddar is-sena kollha u tiflaħ għan-nixfa. Hija tikber fil-makkja tal-Mediterran, għalkemm ġieli tikber fi xquq fil-blat u f’wesgħat bi blat b’pendil. Din tilħaq għoli ta’ madwar 15-il metru, fuq zokk kanella ħamrani, u togħla għall-ponta għalkemm mifruxa fil-­baxx.

gharghar-4

Il-weraq tas-siġra tal-għargħar.

Meta jkunu għadhom qed jifformaw iz-zkuk ewlenin li fuqhom is-siġra tal-għargħar tkun mibnija, dawn ikunu mgħottija bil-weraq. Il-weraq ta’ din is-siġra huma rqaq bħal tal-koniferi l­-oħra, twal bejn  1 mm sa 8 mm u wesgħin minn madwar 1 mm sa 1.5 mm. Huma għandhom leħħa fl-ikħal. L-aktar friegħi żgħar ikunu ċatti. Il-­weraq huma żgħar u ċatti u jikbru f’pari imsallbin fuq xulxin, aktar qrib xulxin lejn il-ponta tal-magħseb, qishom bukkett ta’ erba’ madwar il-­magħseb. Il­-friegħi ċatti u fini jkunu miksija b’dan il­-weraq li jkollhom qisa għatja ta’ qxur, l-­iżjed minn fejn jaqbdu mal­-magħseb.

gharghar-5

Il-prinjoli tas-siġra tal-għargħar miftuħa meta ż-żerriegħa tkun taret.

Għall-ħabta ta’ Novembru u Diċembru, xi minn daqqiet ukoll qabel, jibda jidher il-weraq speċjalizzat. Dan ikun weraq raġel jew weraq mara, iżda t-tnejn li huma jikbru fuq l-istess siġra. Ġo dan il-weraq speċjalizzat raġel ikun hemm l-għabra tad-dakra. Dawn ifarfru din l-għabra tad-dakkra għall-habta ta’ Settembru sa Diċembru, u b’hekk idakkru l-weraq speċjalizzati nisa li jifformaw il-frott li jissejjah prinjol. Kull frotta tas-siġra tal-għargħar tkun għaliha, waħda fit-tarf tal-ponot tal-friegħi. Din il-prinjol żgħir ikun tond u bejn 8 sa 12-il millimetru u jkun mibni minn erbat iqxur trijangulari tal-­injam. lż-żerriegħa li tkun ġo fih għandha par ġwienah wesgħin, qishom tal-karta, biex ikunu jistgħu jitferrxu bir-riħ bla tbatija.

Mis-siġra tal-għargħar toħroġ qisa gomma li bl-Ingliż tissejjah sandarac gum. Huwa għalhekk li wieħed mill-ismijiet tas-siġra bl’Ingliż huwa sandarac gum tree, għalkemm l-ismijiet l-aktar użati bl-­Ingliż huma arar tree jew alerce. Il­-kelma għargħar ġejja mill-­isem Għarbi tas-­siġra, araar.

Din il-gomma għandha numru ta’ użi fl-industrija. Jingħad ukoll li tintuża kontra t-taħsir tas-snin billi tingħorok fuqhom. Ġieli ntużat ukoll minflok il-balzmu tal-Kanada fil-tħejjija ta’ ħġieġ għall-mikroskopju.

L-injam tal­-għargħar bl-ingliż jissejjah citron wood u għalhekk xi mindaqqiet din is-siġra bl-Ingliż tissejjah ukoll citron wood tree. Il-kelma citron ġejja mit-Taljan citro jew aktarx cedro. Dan l-injam huwa mfittex ħafna għal xogħol fin fl-injam.

Ir-Rumani kienu jfittxu ħafna dan l-injam biex jużawh bħala materjal għall-bini.

Bħas-siġar koniferi oħra, l-għargħar tiflaħ ħafna għan-nixfa, kif ukoll kapaċi tikber qrib ix-xatt għax tiflaħ ukoll għal ammont ta’ melħ. Dan jagħmilha siġra adattata ħafna biex biha nħaddru wesgħat b’pendil fil-blat li għandna fil-gżejjer Maltin.

Minkejja li l-għargħar tinħaraq mill-ewwel, ma tinqeridx malajr għax wara l-ħruq dlonk terġa’ ttella’ friegħi oħra minn taħt l-art.

Fis-16 ta’ Jannar tal-1992 l­-għargħar ġiet iddikjarata s-siġra nazzjonali. Ġiet imħarsa bil-liġi b’Avviż Legali Numru 49 tal-1993. Hija wkoll meqjusa bħala siġra mhedda u b’firxa żgħira fil-gżejjer Maltin, imniżżla wkoll fil-ktieb l-aħmar tal-gżejjer Maltin (Red Data Book) bħala siġra mhedda u li għandha firxa żgħira fil-Mediterran.

L-għargħar hija waħda mis-siġar imniżżla fi skeda I tar-regolamenti tal-ħarsien tas-siġar u l-imsaġar li ġew ippubblikati f’Avviżi Legali 200 tal-24 ta’ Mejju, 2011.

Minħabba li s-­siġra tal­-għargħar mhix komuni, u hekk l-­ambjent naturali tagħha ma għandux stat ta’ ħarsien tajjeb, kif ukoll il-­firxa tagħha hija dejqa, dan it-­tip ta’ ambjent huwa meqjus bħala ambjent ta’ priorità mill­-Unjoni Ewropea. Dan wassal biex fejn hemm siġar tal­-għargħar jikbru fis-selvaġġ fil-­gżejjer Maltin, dawn ġew dikjarati bħala Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni.

Hija mnissla wkoll fil-lista tal-Kunsill tal-Ewropa li jinkludu pjanti rari, mhedda, u endemiċi tal-Ewropa. Hija tidher ukoll bħala siġra mhedda, fil-lista ppublikata fl-1997 mill-Għaqda Internazzjonali tal-Ħarsien tan-Natura (International Union for the Conservation of Nature).

L-għargħar hija siġra li tista’ ssebbah ’il-pajjiina, kemm bi msaġar li hija tista’ tinseġ, kif ukoll bil­-preżenza tagħha fl-irħula u l-ibliet tagħna. Hija siġra maħluqa għall-klima Mediterranja, kif ukoll għall-karatteristiċi tal-ambjent Malti.

Minn mindu ġiet magħrufa bħala s­-siġra nazzjonali, bdiet titħawwel f’numru ta’ postijiet oħra, l-­aktar fl­-iskejjel, u llum hija mferrxa mhux ħażin. Numru minn din is-siġra ġew imħawwla f’Wied Għollieqa. Wieħed jieħu gost jara li qed tintuża aktar u titħawwel aktar biex issebbaħ ’il-pajjiżna. Hija ħafna faċli li titnissel minn żerriegħa meħuda minn siġar Maltin kif jafu sewwa t-tfal tal-iskola, anki dawk primarji, li jkabbruha kull sena.

Tetraclinis-articulata---FD-152

Iż-żerriegħa tal-għargħar li tkun moħbija fil-prinjoli.

L-għargħar mhix siġra diffiċli biex titnissel, Iż-żerriegħa tinstab fil-prinjoli żgħar li għandhom jiġu miġbura matul Settembru sa kmieni f’Ottubru. Meta ż-­żerriegħa tinħareġ mill­-prinjol għandha titqiegħed fix-xemx għal xi ġimgħatejn. Iż-żerriegħa għandha tinżera f’Marzu f’ħamrija li tkun imqalba tajjeb biex fiha tiġbor l-arja. Iż-żerriegħa tħobb postijiet niexfa. Metodu li jgħin fit-tnissil tas-siġra tal-għargħar hija li l-borża li fiha tkun miżrugha titqiegħed kemmxejn fuq ġenbha biex b’hekk tgħin ħalli l-ilma joskula ’l barra.

Sfortunatament, dawk li jaraw biss qligħ kummerċjali, jimpurtaw din is-siġra minn barra minn Malta, kif wieħed jista’ jara’ fit-triq Diċembru 13. Minbarra li dawn is-siġar jistgħu jdaħħlu magħhom mard u speċi oħra barranin li jagħmlu ħsara lill-ambejnt Malti, kif fil-fatt ġara meta ġew importati xi siġar oħra, siġar tal-għarghar importati jniġġsu l-għaġna ġenetika tal-popolazzjoni tas-siġra tal-għargħar Maltija.

Hemm ħafna aktar bżonn ta’ tagħrif u edukazzjoni biex l-apprezzament tas-siġar jiżdied.

Isem Malti: Għargħar

Isem Ingliż: Sandarac Gum Tree

Isem xjentifiku: Tetraclinis articulata

aebaldacchino@gmail.com

 


Il­-Qala, Għawdex… u s-­siġar

March 24, 2014

NewsBook

It-Tnejn, 24 ta’ Marzu, 2014

Il­-Qala, Għawdex… u s­-siġar

 Alfred E. Baldacchino

Ir-­Rabat, Ħaż-­Żebbuġ, il-­Mellieħa, Bormla, l-­Isla, Ħal ­Luqa, Santa Luċija, Ħaż-­Żabbar, il­-Foss tal-­Imdina, il­-Fgura, Ħ’Attard, Blata l-Bajda, tas-Sliema, il-­Mellieħa, il-­Ħamrun, il­-Belt, it-­Tokk  u n-­Nadur Għawdex, insomma jekk nibqa’ sejjer, insemmi l-­irħula u l­-ibliet ta’ Malta u ta’ Għawdex kollha. Imma forsi xi ħadd jistaqsi x’hemm komuni jew speċjali f’dawn il-­postijiet. Matul is­-snin li għaddew, numru ta’ siġar ġew maqlugħa jew imbiċċra f’dawn il­-postijiet. Saħansitra f’xi wħud minnhom inqalgħu toroq sħaħ ta’ siġar, bħal ngħidu aħna Ħaż-Żebbuġ, il­-Mellieħa, u anki l­-Fgura. F’inħawi oħra is­-siġar inżabru, kif jingħad, b’mod li aktar jixbħu arbli tad­-dawl jew sinjali tat-traffiku, milli siġra ħajja fil­-kobor, fis­-sbuħija, u fil-­hena kollha li din toffri.

U għal liema raġuni dawn is-­siġar sfaw hekk imżebilħa? Ir­-raġunijiet li jissemmew, xi kultant huma anki milqugħa minn mexxejja soċjali, anki poliltiċi u dawk ta’ Awtoritajiet pubbliċi, bħal ngħidu aħna l­-MEPA l-Awtorità li hija responsabbli għall-­ħarsien tagħhom. U wieħed hawn irid jirringrazzja lill-­MEPA tal­-permessi li tat biex dan seta’ jsir.

Fost dawn ir-­raġunijiet, nisimgħu li dawn jgħattu l­-veduta ta’ uħud, jew jiġbdu lejhom għasafar li mbagħad iħammġu taħthom, jew li jwaqqgħu l­-weraq u jħammġu t­-triq, jew li jagħmlu l­-ħsara lill-bankina, jew li jġibu n­-nemus, anki intqal li dawn jgħattu l-­veduta ta’ xi ħadd u dan ma jkunx jista’ jara l­-murtali tal-­kulur tal­-festa, jew xi preżentazzjoni bid-­dawl fuq is-­swar ta’ Sant’ Anġlu. Insomma, raġunijiet li juri n-­nuqqas ta’ apprezzament, nuqqas ta’ edukazzjoni, u egoiżmu bla qiegħ.

Kull waħda minn dawn is­-siġar darba kienet imħarsa mir­-regolamenti tal­-2001 sakemm il­-Mepa, li hija responsabbli mill-­ħarsein tal-­ambjent, dehrilha li dawn kellhom ħarsien żejjed u biddlet il­-liġijiet fl-­2011. Tgħid riedet togħġob lil xi ħadd, jew kienet imġiegħla minn xi ħadd biex jogħġob lil xi wħud?  Min jaf għaliex l-­Awtorità li qegħda hemm biex tħares l­-ambejnt f’isem il­-poplu li jħallasha, dgħajfet ir-­regolamenti għall­-ħarsien tas­-siġar biex dawn ikunu jistgħu jinqalgħu b’anqas inkwiet. U qed naraw ir­-riżultat ta’ din id­-deċiżjoni bil-­kbir.

Minkejja d-­diskors sabiħ li għandha l­-Mepa fil­-viżjoni tagħha dwar l-ambjent, il­-qerda tas­-siġar f’pajjizna għadha għaddejja b’ritmu mgħaġġel, kemm direttament kif ukoll indiretament, sa minn meta biddlet ir-regolamenti għall­-ħarsien tagħhom. Anki bl-­importazzjoni ta’ speċi barranin, bla kontrol ta’ xejn, uħud minnhom anki invażivi. U bejnietna (ma jmurx jismagħna l­-Ministru tal-­Finanzi) dan kollu qed isir u mħallas bi flus pubbliċi: jew mill­-Gvern ċentrali, jew mill­-Gvern lokali, kif kien isir qabel. U dan minkejja li l-­MEPA llum qiegħda taħt ir-­responsabbiltà tal-Prim Ministru.

Ftit huma dawk, u dawn minn fost il-­pubbliku, li jsemmu l­-għajnuna li jgħatu s­-siġar. L-­akbar għajnuna hija li dawn jgħatu l-­ossiġenu u jneħħu d-diossidu tal-­karbonju mill-­arja. U nafu kemm l­-arja hija mniġġsa l­-aktar bit-­tfigħ tad-­diossidu tal­-karbonju fl-­arja minn kull tip ta’ karozza u magna oħra li taħdem billi taħraq iż-­żejt. Dan ħafna ma japprezzawhx. Lanqas ma japprezzaw li dawn jilqgħu s-­sħana, jgħatu d-­dell, kemm lil min joqgħod taħthom, kif ukoll lil dawk id-­djar fil-­qrib tagħhom. U barra minhekk, jilqgħu l­-irjiħat u ­xita għad-djar ta’ warajhom u b’hekk tintuża anqas enerġija biex tkessah jew issaħħan id­-dar skont l-­istaġun.  Lanqas napprezzaw li dawn iżommu l-ħamrija f’postha u ma jħalluhiex titkaxkar max­-xita u tittajjar mir-­riħ. U anki jgħinu biex jinħażen l­-ilma tax-­xita u ma jħalluhx iżid fis-saħħa u jagħmel il­-ħsara fi triqtu għall­-baħar. U xi ngħidu għall­-fatt li l­-kulur ħadrani tagħhom, iż­-żifna tal-­weraq u l-­effett estetiku li jagħtu huma ta’ għajnuna wkoll biex iserraħ l­-imħuħ ta’ minn jarahom u japprezzahom. Sfortunatament issib li bil-barka ta’ minn suppost iħarishom, dawn is­-siġar mill-­urban, sena wara sena, jitbiċċru u jinqalgħu biex jissodisfaw il­-mentlità miskina ta’ xi wħud. Il­-prezz tal-­għibien tagħhom jħallsuh is-­soċjetà u l­-ambjent. U l­-awtoritajiet, x’jimportahom.

U mal-­lista’ ta’ postijiet ta’ bliet u rħula Maltin u Għawdxin fuq imsemmija, issa milli jidher sejjer jiżdied il­-Qala, f’Għawdex. Rajt il-­kummenti li hemm għaddejjin bħalissa fuq il-­Facebook dwar is­-siġar fil-pjazza tal-Qala, għall-raġunijiet bħal dawk imsemmija aktar ’l fuq biex dawn jinqalgħu, għalkemm kien hemm uħud li ma jaqblux ma’ dan. Skont is-Sindku tal-Qala, il-M­epa diġà ħarġet il-permess biex jinqalgħu s-siġar tal-palm.  Mingħand il­-Mepa ma nistenniex aħjar u llum wieħed isibha fuq quddiem nett biex tapprova jew tirregola xi attività li twassal għall-qerda tal-ambjent, kif wieħed jista’ jara u jisma’ kważi kuljum. Imma sa issa ma hemmx permess biex is­-siġar l-oħra tal-pjazza fil-Qala, jinqalgħu. Qed jintqal li xi ħadd, naħseb li dan ma jkunx interessat li juri ismu, beda jiġbor il-firem tal-Qalin biex dawn is­-siġar ikunu jistgħu jinqalgħu. U hekk il-Mepa tkun tista’ taħsel idejha u tgħid li la l­-gvern lokali u r-­residenti jridu hekk, allura hija ma tistax tagħmel mod ieħor! X’pajjiż miskin hux.

Image

Is-siġar li jgħatu l-ħajja lill-pjazza tal-knisja fil-Qala Għawdex. Dawn hemm minn irid jeqridhom.

Wara dan il-manuvrar kollu biex is-siġar tal­-pjazza tal-Qala jinqalgħu, fuq sit ġdid Save Qala Trees fuq il­-Facebook intqal li Dun Sultana mill­-parroċċa tal-­Qala, qal li s-siġar huma propjetà tal-Knisja u din mhux sejra tgħati permess biex is­-siġar jinqalgħu.

Minn sena ’l hawn deherli li lmaħt xi dawl innemnem fit­-tarf ta’ mina twila mudlama li llum twassal għall-qerda tas-siġar minn pajjiżna. Il-fomm ta’ dan id­-dawl huwa l­-programm elettorali tal-partit fil-gvern illum. F’paġna 101, taqsima 56, jgħid hekk: Inħarsu kontinwament is­-siġar eżistenti fl-ibliet u l-irħula Maltin u ninċentivaw it-tħawwil ta’ aktar siġar, partikolarment dawk indiġeni.  Veru li kif jgħidu, bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. Imma naħseb li l-Kunsill Lokali tal-Qala Għawdex jaf b’din il-wegħda aktar u aktar meta, kif nista’ nifhem jien, fil­-biċċa ’l kbira tiegħu huma jirrapreżentaw il­-partit fil-gvern.

Ikun interessanti wieħed jara kif is­-siġar tal-pjazza tal-Qala Għawdex sejrin jispiċċaw. Wieħed ikun jista’ jara jekk il­-kelb tal-għassa tal­-ambjent tiegħek u tiegħi, fadallux aktar snin; fejn sejjer ixaqleb il­-miżien tal-Kunsill Lokali tal-Qala, jekk il­-keffa tal-voti personali tkunx itqal minn dik tal-ħarsien tas­-siġar tagħna lkoll; u kemm hija b’saħħitha l-wegħda miktuba tal­-partit fil-gvern. Nistennew u naraw il­-viżjoni soċjali sa fejn twassal f’dan il-pajjiż miskin.

 aebaldacchino@gmail.com


L­-Akaċja tal­-Ħarir… ­ siġra invażiva

February 24, 2014

NewsBook

It-Tnejn, 24 ta’ Frar, 2014

L­-Akaċja tal­-Ħarir… ­ siġra invażiva

Alfred E. Baldacchino

 Kif rajna fl-­ewwel u fit­-tieni artiklu fuq is-­siġar, is-­siġar barranin jista’ jkollhom impatt negattiv ekoloġiku, soċjali u finanzjarju. Mhux biżżejjed li wieħed jgħid kemm huma sbieħ u kemm jagħmlu fjuri sbieħ, imma wieħed irid iqis jekk dawn hux sejjer ikollhom impatti, kemm diretti kif ukoll indiretti, liema ħsarat iħallsuhom l-­ambjent ekoloġiku u s-­soċjetà.

L-­Unjoni Ewropea għandha r-­regolamenti tagħha biex speċi invażivi jiġu kkontrollati, minħabba l-­impatt negattiv tagħhom. Kull sena l­-UE tħallas madwar €16 billion biex tikkontrolla speċi invażivi.

F’kull pajjiż imsieħeb fl-­UE hemm Awtorità Kompetenti biex tara li l-obbligi tal­-Unjoni Ewropea jkunu osservati u enforzati. Wieħed mill-aħjar kontrolli huwa li dawn ma jitħallewx jidħlu. F’pajjiżna din l­Awtorità Kompetenti hija l-­MEPA.

Mis-­sħubija tagħna mal­-Unjoni Ewropea fl­-2004 ’l hawn, il­-MEPA ħarġet numru ta’ pubblikazzjonijiet dwar dan is-­suġġett, bħal ngħidu aħna Malta’s National Biodiversity Strategy and Action Plan 2012-2020; Guidelines on managing non-native plant invaders and restoring native plant communities in terrestrial settings in the Maltese Islands; Major Plant Invaders and Possible Management Options Datasheets, fost oħrajn. Wieħed ma jistgħax jgħid li dawn ma humiex pubblikazzjonijiet kuluriti, sbieħ u b’kontenut mitqlu deheb, imma b’għafsa ta’ qalb wieħed jara li l-MEPA nnifisha ħafna drabi ma tagħtix każ ta’ dawn il­-pubblikazzjonijiet tagħha stess, b’deċiżjonijet jew nuqqas tagħhom, jew inkella b’nuqqas ta’ infurzar, minkejja numru ta’ kritika kontra dan id­-dħul f’pajjiżna ta’ speċi invażivi li wkoll qed iħallu l-impatt nagativ tagħhom.

Nagħtu ħarsa lejn xi speċi invażivi li qed jiddaħħlu f’pajjiżna minkejja obbligi nazzjonali u internazzjonali. Dan juri n-­nuqqas ta’ rieda fil-qasam politiku li jinjora l-­impatti negattivi soċjali u ekoloġiċi, filwaqt li jagħti appoġġ għami lill­-qasam kummerċjali. Dan juri wkoll li l-pubblikazzjonijiet tal­-MEPA ma jinħarġux b’konvinzjoni imma b’konvenjenza biex forsi jmewwtu xi ftit lil dawk li għandhom interess ġenwin nazzjonali u soċjali, u forsi jtaffu t­-toqol tal­-kuxjenza (dejjem jekk din għadha teżisti).

Akaċja-tal-Ħarir---Albizja

Il-fjuri tas-siġra tal-ħarir/albizia

Waħda minn dawn is-­siġar invażivi li qed tiddaħħal dan l-­aħħar, biex kif jingħad issebbaħ l-­art, hija l-­Akaċja tal­-Ħarir jew Albizia. Din hija indiġena għal­-lbiċ u lvant tal­-Asia. Tikber bejn ħamsa sa 12­-il metru għoli u tinża mill-­weraq fix­-xitwa. Tagħmel ħafna fjuri folti matul is-sajf kollu. U wieħed ma jistax jgħid li l-­fjuri ma humiex sbieħ. Imma ħafna fjuri jagħmlu ħafna żerriegħa, li jibqgħu tajbin anki f’perjodi ta’ nuqqas ta’ ilma. Kull fjura mdakkra tagħmel miżwed (jixbah lil dak tal-ħarrub). Kull wieħed ikollu madwar tmin żerriegħat. U s-­siġra tkun miksija b’dawn l-­imżiewed. Meta jsir il-­miżwed jispara ’l barra ż-żerriegħa ta’ ġo fih, biex l-ispeċi tkun tista’ tnissel siġar oħra. Din tinġarr distanzi twal. Dawk l-­imżiewed li ma jisparawx iż-­żerriegħa tagħhom, jaqgħu fl-­art u hekk iż­-żerriegħa tinfirex f’kull xaqq u rokna tal­madwar. Barra minn hekk iż-­żerriegħa tinġarr wkoll permezz tal-­ilma. Tista’ tinxtered ukoll minn dawk l-­annimali li jikluha.

Minħabba li tiflaħ għall-­mard u anki minħabba li hija aggressiva ħafna bħala siġra invażiva, fl-­Amerika ma għandhiex appoġġ biex tintuża bħala siġra ornamentali. Minbarra f’hekk l­-Albizia hija wkoll allepatika, jiġifieri minnha toħroġ kimika bioloġika li tgħakkes lill-biodiversità ta’ madwarha. Ukoll, minħabba d­-dell li tagħmel ma tħallix pjanti oħra jikbru taħtha.

Albiżia-miżwed

Iż-żerriegħa tal-akaċja tal-ħarir/Albizia. Mur ikkontrollahom dawn!

L-­Albizia jew l-­Alkaċja tal-­Ħarir hija wkoll siġra opportunistika u tikber anki fuq ħamrija u art imqallba, tikber fil-­ġnub tat-­toroq u tista’ ukoll toħloq problemi fil­-widien fejn iż-­żerriegħa tagħha tinġarr mill-­ilma.

Dan l-­aħħar kont sejjer lura d­-dar minn Wied il­-Qlejgħa. Għaddejt mill-Imtarfa u fil­-ġnien ġdid għat-­tfal li għadu kemm fetaħ il­-Ministru tat-Trasport u l-­Landscaping, ilmaħt tlieta minn dawn is­-siġar, f’roqgħa li tiflaħ waħda. Huwa ferm faċli u probabbli li jekk din is­-siġra titħalla tikber hemm, fi ftit żmien tibda tikber f’Wied il­-Qlejgħa bi ħsara kbira ekoloġika, soċjali u anki ekonomika. U wieħed jista’ bla tlaqliq jgħid li dan ikun sar jew bil-­barka kollha tal-­MEPA, jew inkella bin-­nuqqas ta’ inforzar tal-­obbligi tagħha.

Hemm siġar oħra minn din l-­ispeċi mħawwla dan l-­aħħar madwar il-pajjiż, bħal ngħidu aħna wħud fil-­Kotonera, fejn tħawwlu numru ta’ siġar minn kull parti tad-­dinja li swew lill-­poplu madwar €30,000, bil-possibiltà tal-impatt dirett u indirett tagħhom. Ara x’wieħed setgħa jagħmel b’dawn il-­flus biex jgħallem, ikattar u joħloq apprezzament lejn il-­biodiversità Maltija. Imma…

Dan kollu minkejja l­-kliem sabiħ fil­-pubblikazzjonijiet kuluriti tal-MEPA. Wieħed mill-­għanijiet f’dawn il­-pubblikazzjoni huwa li l­-MEPA tgħid li trid tieħu miżuri biex ma tħallix l­-introduzzjoni u t-­tixrid ta’ speċi invażivi li jidħlu u jistabilxxu ruħhom fl­-ambjent Malti, filwaqt li dawk li diġà hemm jiġu identifikati u kkontrollati u meqruda, u theddida ta’ speċi invażivi f’pajjiżna tkun imxejna.

Id-­dħul ta’ din is-­siġra u oħrajn bħala, u mil-­mod kif qed jiġu mħawwla mal-­pajjiż ma tantx jidher li l-­MEPA qed timxi fuq il-­pariri  tagħha stess, u lanqas juri li għandha xi rieda li tilħaq dan il­-għan.

Illum il-­MEPA hija taħt ir­responsabbiltà ta’ Segretarju Parlamentari fl­uffiċċju tal­-Prim Ministru. B’dispjaċir wieħed ma jistax jgħid li fil-qasam tal­-ħarsien tal-­ambjent qed isir xi titjib fuq l-­istat miskin li l-ambjent kien jinstab dawn l­-aħħar snin, minkejja li l-­partit fil-­gvern ġej mill­-kamp soċjalista. U l-­ħsara soċjali u ambjentali għadha għaddejja qisu mhu qed jiġri xejn. Ir-­rieda politika favur il­-ħarsien tal­-ambjent, minflok issaħħet iddgħajfet.

Aktar ’l quddiem naraw speċi invażivi oħrajn, kemm fawna kif ukoll flora, li jew iddaħħlu fil-­passat qarib, jew inkella iddaħħlu f’dawn l-aħħar snin, jew li minkejja li huma meqjusa li huma invażivi kemm mir-­regolamenti Maltin kif ukoll dawk tal­-Unjoni Ewropea, xorta għadhom jitħawlu, dejjem bil-­barka tad­-direzzjoni politika.

Sakemm il­-MEPA tibqa’  timxi bla skrupli dwar il-­qerda tal­-ambjent… miskin l-­ambjent u miskin il-­poplu Malti.

aebaldacchino@gmail.com

alfredbaldacchino.wordpress.com

ara wkoll

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2014/01/30/2-%C2%AD-is-%C2%ADsigar-barranin-l%C2%AD-impatt-dirett-taghhom/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2014/02/12/is-%C2%ADsigar-barranin-l-%C2%ADimpatti-ta-vizjoni-ghamja/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2012/10/29/eu-stand-on-invasive-species/?preview=true&preview_id=1428&preview_nonce=a567ef0e1b


IS-­SIĠAR BARRANIN… l-­impatti ta’ viżjoni għamja

February 12, 2014

NewsBook

IS-­SIĠAR BARRANIN…  l-­impatti ta’ viżjoni għamja

Alfred E. Baldacchino

Fl­-aħħar artiklu rajna kif speċi miġjuba minn barra l­-pajjiż jista’ jkollhom impatt negattiv dirett fuq l­-ekoloġija ta’ pajjiżna. Iżda minbarra dan l-impatt dirett jista’ jkun hemm ukoll impatt indirett. U anki hawn l-­impatti negattivi indiretti jkollhom effetti ekoloġiċi, soċjali u ekonomiċi. Din il-­ħsara mhix marbuta ma’ speċi ħajjin biss li jinġabu minn barra, imma wkoll ma’ oġġetti magħmula minn speċi ħajjin, bħal ngħidu aħna, injam, kif sejrin naraw aktar ’l quddiem.

Minn ma semgħax bil-­bumunqar aħmar tal­-palm? Dan daħal mas-Il-Bumunqar Aħmar tal-Palmsiġar tal-palm li ġew importati mill­-Eġittu u mill-Italja, fejn kien qed jagħmel ħerba mis-siġar tal-­palm. Li kieku intuża l-­prinċipju ta’ prekawzjoni biex jilqa’ għall-­possibiltà li dan l-­insett ma jidħolx hawn Malta, kieku ma kienx ikun hemm din il­-ħsara ekoloġika, soċjali u ekonomika. Imma l­-kilba għall-­qliegħ tal-­flus ġiet qabel kollox, u xejnet kull prinċipju ta’ ħarsien ekoloġiku.

Minn meta dan daħal f’pajjiżna fl-­2007, inqerdu ’l fuq minn 800 siġra tal­-palm. Issa rnexxilu jasal ukoll anki f’Għawdex fejn qed idur is­-siġar tal­-palm kollha. Xi ħadd ħabbel rasu u inkwieta? Iva, minn kellu s-siġar tal-­palm, uħud anki ta’ valur sentimentali u storiku.

Minn ma semgħax bil­-ħanfusa tal­-qrun twil tat-­tut, li daħlet mal-­injam u li qerdet is-­siġar tat-­tut kollha minn Ħaż­-Żebbuġ, Ħ’Attard, is-Siġġiewi, ir-Rabat u l-­madwar. Xi hadd inkweta? Iva, minn kellu dawn is-siġar, siġar xjuħ u uniċi li kienu mfittxija għall­-frott bnin tagħhom.

Il-Ħanfusa-tl-Qrun-Twil-tat-Tut

Il-Ħanfus tal-Qrum Twil li diġà qerdet numru kbir ta’ siġar tat-tut. Issa minħabba    n-nuqqas ta’ dawn is-siġar, daret fuq is-siġar tat-tin.

U dawn huma ftit mill-­ispeċi li ddaħħlu hawn Malta mas-­siġar u pjanti oħra, għax hemm numru ta’  bebbux tal-­art li qed jinfirex bil­mod il-mod sakemm il­-popolazzjoni tagħhom tikber u l­-ħsara tibda tidher, u tinħass. Xi ħadd qed jinkwieta? Żgur mhux dawk li jimportaw dawn is­-siġar u pjanti oħra li magħhom iġibu dawn l-­ispeċi f’pajjiżna. Bilkemm ma nistħajjilx lil xi ħadd, anki xi politikant jgħid, imma għalfejn tinkwieta? Ma kienx hemm minn ħaddem in­-nies, u qala’ l-flus? U billi daħlu xi insetti u bebbux, u nqerdu ftit siġar, allura x’ġara? Li ġara hu, li kien hemm xi ħadd għall-­qliegħ tal­-flus, anki bil-­barka politika, issa  l-­poplu u l­-ambjent qed iħallsu il-­prezz tal­-ħsara ta’ din il-­viżjoni għamja.

Imma forsi wieħed jistaqsi fejn qegħdin jitħawlu s­-siġar miġjuba minn barra minn Malta. Jekk wieħed imur, fost postijiet oħra, sal­waterfront il-­Belt, jew fil-­Kottonera, jew fejn jiltaqgħu l­-karozzi tal­-linji l-­Belt biex jiġbru n­-nies, barra dak li darba kien bieb il-­Belt, wieħed jista’ jara ħafna minn dawn is-siġar. Siġar li ġurnata ma kinux hemm, u l­-għada f’daqqa waħda dehru fuq il­-post xi wħud aktar minn 5 metri twal. U forsi wieħed jistaqsi dawn kemm swew. Tagħrif uffiċjali  jgħid li dawk tal-­Kottonera biss swew mat-€30,000 u nġabu mill-­Italja. Dawk ta’ barra bieb il­-Belt jingħad li swew madwar €10,000 il-­waħda. Minnhom hemm 27 waħda, ħamsa minnhom mietu u ġew mibdula b’oħrajn ġodda. Imma forsi anki hawn xi ħadd jistaqsi: imma dawn minn ħallas għalihom? Iva, int u jien. Bħalma qed inħallsu l­-ħsara indiretta ta’ xi wħud minnhom, int, jien u l-­ambjent naturali.

Forsi xi ħadd ukoll jistaqsi, imma ma hemm ħadd responsabbli għall-ippjanar u l-­ħarsien tal-­biodiversità Maltija biex jara li dan ma jiġriex. Qabel l­-2013 ir-­responsabbiltà kienet tal-­Minstru tal-­Ambjent fejn il-MEPA kienet l-Awtorità Kompetenti biex tħares il-­wirt nazzjonali (u xorta dawn kienu jsiru!). Illum il­-Mepa mhix taħt ir-­responsabbiltà tal-­Ministru tal-­Ambjent imma taħt Segretarju Parlamentari fl­-Uffiċċju tal­-Prim Ministru (u xorta għadhom isiru). Mill-­2013 it­-tisbih tal-­art waqa’ taħt ir-­responsabbiltà tal-­Ministru tat­-Transport u l-Infrastruttura, minkejja li s-­siġar huma parti mill-­biodiversità u mhumiex sinjali tat-­traffiku jew lampi tad­-dawl. U l-MEPA… imħabbta bil-­ħruġ tal­-permessi tal-­bini u tara kif tibbilanċja dawn mal­-qerda tal­-ambjent li hija suppost li twaqqaf,  kif jingħad uffiċjalment

Sakemm hemm il­-qliegħ tal-­flus b’din l-­attività kummerċjali bis-­sigar; sakemm hemm numru ta’ ħaddiema li qed jitħallsu biex jagħmlu dak li jgħidulhom, anki jekk ma jaqblux miegħu; sakemm il­-flus biex dan isir, ħafna drabi bi flus pubbliċi wkoll; sakemm il-mexxeja politiċi u soċjali ta’ dan il-­pajjiż jibqgħu ma jagħtux każ il-­bżonn tal-­ħarsien tal­-ambjent u jkejlu l-progress biċ-­ċifri ta’ flus biss, u jibqgħu ma jridux jafu bil­-ħsara ekoloġika u soċjalil li qed issir, wieħed bilforsi jibqa’ jistaqsi kemm sejra tkun kbira din il­ħsara ekoloġika, soċjali, u ekonomika.

U hekk rajna l-­impatt indirett tas-­siġar barranin imdaħħla fil­-gżejjer Maltin. Aktar ’il quddiem naraw xi speċi li qed jgħinu f’din il-ħsara soċjali, ekonomika u ekoloġika, minħabba din il-­viżjoni għamja li qed twassal biex il­-ftit igawdu finanzjarjament u l­-poplu u l­-ambjent iħallsu.

ara wkoll:

Is-siġar barranin… u l-impatt dirett tagħhom

http://wp.me/pL6Mk-Bu

alfredbaldacchino@gmail.com


IS-­SIĠAR BARRANIN… l­-impatt dirett tagħhom.

January 30, 2014

NewsBook

IS­-SIĠAR BARRANIN… l­-impatt dirett tagħhom.

Alfred E. Baldacchino

L-­aħħar li tkellimna kien fuq id-­differenza bejn is-­siġar indiġeni Maltin, u s-­siġar li mhumiex indiġeni Maltin. Is­-siġar indiġeni Maltin huma dawk is­-siġar li minn dejjem kienu jikbru f’dawn il­-gżejjer. Dan, b’mod sempliċi, huwa l-­istess bħal mal-­lingwa Maltija hija lingwa indiġena tal­-gżejjer Maltin, u bħalma l­-Ġappuniż huwa lingwa indiġena tal-Ġappun.

iż-Żnuber - siġra indiġena Maltija

iż-Żnuber – siġra indiġena Maltija

Meta tinġab siġra barranija u titħawwel hawn Malta, din jista’ jkollha numru ta’ impatti negattvi fuq il-­biodiverstà Maltija. Dawn nistgħu niġbruhom taħt tlett irjus: dawk ekoloġiċi, dawk soċjali u dawk ekonomiċi. Dawn l­impatti jistgħu jkunu kemm diretti kif ukoll indiretti.

L-­impatt ekoloġiku ma jgħoddx biss għas­-siġar imma jgħodd għal kull speċi li tiddaħħal fl-­ambjent, fl­-ekosistema li ma tkunx naturali tagħha. Din tista’ tiddaħħal bi żball, bil-­ħsieb, jew inkella wara li tinġieb minn barra l-­ambjent mhux tagħha, taħrab u tibda toktor f’dan l-­ambjent natural fejn qatt ma kienet tikber qabel.

U meta din tinfiles f’dan l-­ambjent natural, ma tistax ma tagħmelx impatt li jkollu effett ħazin fuq l­-ekosistema ­ – in-­nisġa naturali tal-post. U hawnhek f’dan il-­każ, insibu siġar mhux indġeni li jew jaħarbu waħedhom billi jxerrdu ż-­żerriegħa, kif spjegajna fl­-ewwel artiklu, jew inkella billi xi ħadd jarmihom fl-­ambjent naturali.

U l-­impatt negattiv ta’ dawn huwa li huma jikkompetu ma’ speċi oħra indiġeni, jikkompetu għall-­art, u għall-­ispazju, jikkompetu għad-­dawl, jikkompetu għall-­ilma li bħalna mingħajru ma jgħaddux. U dawn is­sigar li ddaħħlu minn barra jistgħu jkunu tant b’saħħithom li s­-siġar, il-pjanti u l­-fawna indiġena ma jkunux jistgħu jagħmlu xejn kontrihom. Tant li ma jkun hemmx xejn li jista’ jwaqqafhom u jikkontrollahom.

Uħud minn dawn is­-sigar barranin li jiddaħħu Malta meta jirnexxilhom jaħarbu u jibdew jokbtru mingħajr ma jkunu jistgħu jiġu kkontrollati, jsiru invażivi ­ ikunu qed jinvadu ambjent naturali li mhux tagħhom.

Hemm saħansitra wħud minn dawn is-­siġar li nġabu u ddaħħlu hawn Malta li wara li jaħarbu, u anki jekk ma jaħarbux, huma kapaċi li kemm mill­-weraq tagħhom li jaqgħu taħthom kif ukoll mill-­għeruq tagħhom jagħmlu kimika bijoloġika li ma tħallix speċi oħra jikbru fil­madwar, biex hekk ma jkollhomx kompetizzjoni għas-­saħħa u l­-għixiem tagħhom. Waħda minn dawn is­-siġar hija l­-Ewkalyptus jew kif isibuha xi wħud, is­-siġra tal-­gamiem.

L-Ewkalyptus - Siġra Awstraljana

L-Ewkalptus – siġra Awstraljana

Minbarra hekk, billi huma ma jkunux jiffurmaw parti mill­-ekosistema tal-­post ma jkunx hemm speċi oħra la ta’ fawna u lanqas ta’ mikoorganismi li jattakkawhom u jgħixu fuqhom biex jikkontrollawhom.

Iżda dan huwa biss impatt dirett. Minbarra dan hemm ukoll l-­impatt indirett. Illum kif wieħed jista’ jara, anki f’pajjiżna l­-ġirja għal­konsumiżmu u l­-qligħ tal-­flus f’qasir żmien għelbet kull etifka, rispett u responsabbiltà ekoloġika, soċjali u ekonomika. Jekk hemm il­-qligħ tal-flus, mela mexxi u toqgħodx taħseb fuq l-­impatti li jista’ jkun hemm fil-qrib jew fil-­futur. Dan iħallsuhom il-­poplu u l-­ambejnt.

Jekk wieħed illum idur dawra mal­-pajjiż wieħed jista’ jara numru ta’ siġar kbar li ġurnata ma jkunux hemm u l­-għada Alla jbierek tarahom siġar kbar ta’ aktar minn 10, 12, 20 sena. Dan kif jingħad isir biex isebbħu l­-pajjiż, għalkemm mhux kulħadd jaqbel ma’ dan. U wieħed jista’ jara minn dawn is-­sigar li lanqss biss huma Mediterranji imma migjuba minn kontinenti oħra bħal Asja, l-­Amerika t’Isfel u l-­Affrika. Siġar kbar li jiġu importati fi qsari kbar bl-­għeruq fil-­ħamrija. U magħhom aktar iva milli le, dawn iġibu organiżmu oħra li ma jkunux jidhru u ma jkunux jistgħu jiġu kkontrollati. U meta dawn jitħawlu f’posthom madwar Malta dawn l-­organismi jinfirxu u jagħmlu l-­ħsara lill-­ekoloġija Maltija. Ngħidu aħna bħalma qed jagħmel il-­Bumunqar Aħmar tal­-Plm, fost ħafna oħrajn.

Imma fuq dan nitkellmu fl­-artiklu li jmiss.

aebaldacchino@gmail.com

alfredbaldacchino.wordpress.com


Is-siġra tal-Milied

January 13, 2014

NewsBook

Is-­siġra tal-­Milied

Alfred E. Baldacchino

Il­-Milied ġie u mar, u miegħu ħa t-­tiżjin: bħall-­bozoz, il­-presepji, l-istilel, u s-­siġar tal­-Milied. Il­-biċċa ’l kbira minn dan it­-tiżjin jintrefgħu u jista’ jerġa’ jintuża. Imma dawk is-­siġar tal­-Milied li ġew maħsuda mill-­art, dawn jintremew.

B’sodisfazzjoni wieħed jara kif spiċċaw id­-drawwiet tal-­imgħoddi fejn id­-Dipartiment tal­-Agrikultura kien jaqta’ friegħi mis­-siġar tal-­prinjol, biex ibigħhom ħalli jitlibbsu bħala siġar tal-­Milied. Dan sforz tat-­tisħiħ tal­-kuxjenza pubblika favur l-­apprezzament u l-­ħarsien tal-­wirt naturali, kif ukoll minħabba li llum wieħed isib siġar artifiċjali li minbarra li huma sbieħ, jistgħu jintużaw għal drabi oħra, mingħajr ħela ta’ riżorsi u telf ta’ ħajja naturali. Snin ta’ edukazzjoni jidhru li bdew jagħtu l­-frott fost il-­poplu. Hemm uħud li jħawlu siġra biex din, sena was sena, titlibbes ta’ siġra tal-­Milied, mingħajr ma tinqered.

L-­istorja tas-­siġra tal-­Milied tmur lura fis-­sekli. Fil-­qedem is­-siġar kellhom rabta kemm mal­-mitoloġija u anki ma’ reliġjonijiet oħra. Dan ir-­rispett iżda ngħata xejra u libsa moderna meta bdew jerfgħu rashom il-­kummerċjaliżmu u l-­materjaliżmu.

Hemm numru ta’ leġġendi dwar kif is-­siġra tal­-Milied waslet għandna. Waħda minn dawn hija l-­leġġenda marbuta ma’ wieħed mill-­allat fil­mitoloġija Griega: Attis. Wara l-­mewt traġika ta’ Attis, irrakkontata b’ħafna lwien u forom, fuq il­-post ta’ mewtu kibret siġra taż­-żnuber. Din ir­-rabta wasslet biex tempju Grieg ma kienx ikun meqjus komplut jekk ma jkunx hemm xi siġra taż-­żnuber tikber fil­-madwar. Il­-Griegi kienu magħrufa li kull sena kienu jaqtgħu siġra taż-­żnuber, kemm minħabba li l­-weraq tagħha ma kienux jinxfu mill-­ewwel, u hija siġra li tħaddar is-­sena kollha. Barra minn hekk hija simbolu tal­-ħajja eterna u tal-­fertilità. Kienu jżejnuha bi fjuri u żigarelli f’ġieħ Attis.

attis 4

Attis – l-alla fil-mitoloġija Griega

Il­-Profeta Ġeremija (597 q.K.) kiteb hekk: “Drawwiet il-­ġnus la titgħallmux, u la tibżgħux mis­-sinjali tas-­smewiet, minnhom jitbeżżgħu l-­ġnus. Għax il­-ġnus jibżgħu mix­-xejn: ħatba maqtugħa minn ġol­-bosk, xogħol idejn l-­imgħallem bl-­iskalpell, iżejjinha bid­-deheb u l-­fidda, iwaħħluha bl-­imsiemer u l­-martell, biex ma titħarrikx.” (10: 2­4).

Minkejja dan, id-­drawwa tal­-Griegi li jaqtgħu siġra biex iżejnuha f’ġieħ l­-alla Attis, ġiet ikkopjata mill-­ewwel kattoliċi Ewropej u bil­-mod il­-mod din inxterdet mal­-punent biex kif kienet id-­drawwa fil-­mitoloġija Griega, tiżżejjen u tfakkar it-­twelid ta’ Ġesu Kristu. U għadna sal-­lum il-­ġurnata inżejnu siġra tal­-Milied f’dawn il­-ġranet: jew waħda artifiċjali jew waħda ħajja, li tinħasad minn wiċċ l­-art biex tiżżejjen bid­dawl b’ħafna lwien, u b’żigarelli fiddiena u dehbiena li jduru mal­qniepen u mal-­boċċi mlewna mdendla fuqha.

attis 2

Siġra mżejna f’ġieħ l-alla Attis

Matul l-­aħħar ġranet tal­-Milied mort sal­-Belt u rajt żewġ siġriet kbar imlibbsa ta’ siġar tal-­Milied: waħda taċ­-ċipress Kastilja, u oħra tip ta’ żnuber biswit l-­istatwa ta’ La Valette. Minkejja d­-dawl jgħammex l­għajnejn u l-­kuluri mdendla magħhom xorta rajt li dawn kienu siġar ħajjin, maħsuda u miġjubin minn barra. Stajt nara li l­-ferita tagħhom minn fejn inħasdu kienet mgħottija ġo tank imgeżwra biex ma tidherx, u s­-siġar kienu marbuta biex ma jitħarkux. Ma’ dik taż-­żnuber stajt nara l­-fdalijiet tal-­liedna li darba kienet tgħix magħha meta kienet tikber fl-­ambjent naturali.

Waqaft u staqsejt lili nnifsi:

Imma tgħid minn poġġa u ħallas għal dawn is­-siġar għamel hekk biex jagħmel bħal ma kienu jagħmlu l­-Griegi tal­-qedem biex ifakkruhom fl­alla tagħhom Attis? U dan minkejja li tefgħa ta’ ġebla bogħod hemm nofs tużżana siġar taż-­żnuber li faċilment setgħu jitlibbsu għall-­Milied mingħajr ma jinqerdu. Imma għidt, li ma nħoss li hemm ebda ħeġġa li dawn is­-siġar jiġbdu l-­attenzjoni għaliex kif qiegħed nistenna dawn ma għandhomx ħajja twila hemm u ma jdumux ma jinħasdu mill-­ħajja u jintremew fil-­miżbla. Barra minn hekk, kieku tlibbsu dawn ma kienx ikun hemm min jimporta dawk fil­-madwar u jaqla xi żewġ soldi!

Tgħid dawn is­-siġar ħajjin tpoġġew hemm bħala sagrifiċċju fil-­ġranet tat­-twelid ta’ Ġesu Kristu? Ma stajt nara l­-ebda rabta spiritwali.

Possibbli li dawn kienu qegħdin hemm għax huma meqjusa bħala ħajja sekondarja li ma għandiex valur u hekk tiġi maħsuda minn min jaħseb li huwa superjuri għalihom u jkollhom joqgħodu fejn iqegħduhom, u fejn iridhuhom, u wara jintremew meta ma jkunx hemm bżonnhom aktar? Ma naħsebx, wara dak li nisma’ minn kull rokna tal­-ħajja soċjali fejn kulħadd jippriedka rispett għall­-ħajja, u kemm hemm bżonn li ngħallmu t-­tfal tagħna biex jirrispettaw il­-ħajja naturali ­ – il-biodiversità. Imma tgħid qed nifhem ħażin?

Tgħid dawn tpoġġew hemm biex juru li l-­kummerċ u l­-konsumiżmu jezisti anki bil­-qerda tal­-ħajja naturali, u llum l­-esplojtazzjoni u l­-qligħ ta’ flus tiġi l­-ewwel u qabel kollox. U jekk dawn is­-siġar ħajjin ġabu magħhom ħlejjaq u organiżmi oħrajn li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall­ekoloġija u l-­ekonomija Maltija, bħal ma ġara fil­-każ tal-­Bumunqar Aħmar tal­-Palm, il­-Farfett tas­-Sardinell, il-­Ħanfusa tal­-qrun twil tat­Tut, it-­tadam u oħrajn, din il-­ħsara hija ġustifikata minħabba l-­qligħ? Anki jekk jiġi aċċettat li ma jimpurtax għax il-­ħsara ta’ dawn iħallasha l­-poplu, ma stajt insib l-­ebda raġuni li tagħmel sens għall­-preżenza ta’ dawn is­-siġar maħsuda mill-­ħajja biex iferrħu u jagħtu ġost matul il­ġranet ta’ bidu ta’ ħajja ġdida.

Ftakart fit-­tfal tal-­iskola li kif jingħad, għandhom bżonn jiġu mgħallma biex jieħdu ħsieb aktar l-­ambjent. U erġajt staqsejt lili nnifsi: imma jista’ xi ħadd jgħidli kif wieħed jista’ jgħallem lit-­tfal meta dawn għandhom aktar għarfien u sens ta’ apprezzament tal­-ħajja naturali mill-­mexxejja li jgħidu li t-­tfal għandhom bżonn jitgħallmu?

Chritmas tree

Siġra mlibbsa ta’ siġra tal-Milied fiż-żmijijeit tallum.

U hekk spiċċat is-­sena biċ­-ċelebrazzjoni kif kien isir fil-­mitoloġija Griega, forsi bi ftit aktar infiq (u qligħ) ta’ flus pubbliċi. U hekk bdiet is­sena l­-ġdida bir­-rimi tal­-ħajja ta’ dawn is­-siġar wara li ttieħed dak li kien mixtieq minnhom: il­-qligħ.

Awguri u xewqat sbieħ għal sena ġdida, anki għas­-siġar u ħlejjaq oħra li jaqsmu din l­-art magħna. Fl­-aħħar ta’ din is-­sena naraw jekk irnexxilniex nitbiegħdu xi ftit mid-drawiet tal-­mitoloġija Griega.

aebaldacchino@gmail.com


Massakru minn siġar fis-Saqqajja

November 18, 2013

L-Orizzont fit-22 ta’  Ottubru, 2013 ippublika aħbar dwar il-massakru tas-siġar fis-Saqqajja r-Rabat.

Jien  ikkumentajt fuq din l-aħbar fit-29 ta’ Ottubru, 2013 , kif ukoll korrispondent ieħor minn Toronto l-Kanada.

Il-MEPA, l-Awtorità Kompetenti għall-ħarsien tas-siġar fil-gżejjer Maltin (għalmenu fuq il-karta biss) fid-9 ta’ Novembru, 2013, ħasset li kellha tikkoreġi xi kummenti li għamilt jien.

Illum 18 ta’ Novembru, 2013, l-Orizzont ippubblika l-ittra tiegħi bi tweġiba għall-kummenti tal-MEPA. Qiegħed nehemż dawn il-kummenti kollha fuq dan il-post.

Image

It-Tnejn, 18 ta’  Novembru 2013

Massakru minn siġar fis-Saqqajja

Alfred E. Baldacchino

Sur Editur,

Nixtieq nirreferi għall-ittra tal-MEPA bi tweġiba għal ittra oħra, intitolata “Massakru minn siġar fis-Saqqajja”, ir-Rabat, li dehret fil-ħarġa tal-ġurnal l-orizzont tas-Sibt, 9 ta’ Novembru, 2013. F’din l-ittra l-MEPA tgħid li:

1.  Fil-programm, is-CEO tal-MEPA qal li jekk siġra hija protetta hemm bżonn il-permess tal-MEPA biex din tinżabar jew tinqala’ minn postha, iżda jekk is-siġra mhijiex protetta, hemm bżonn biss il-permess tad-Dipartiment tal-Agrikultura.

Ir-regolamenti għall-ħarsien tas-siġar – Avviż Legali 200 tal-2011 – jgħid li l-awtorità kompetenti (jiġifieri l-MEPA) għandha tkun responsabbli għall­-amministrazzjoni, implimentazzjoni u inforzar ta’ dawn ir-regolamenti. Imkien f’dawn ir-regolamenti, jew f’xi oħrajn, ma hemm referenza għad-Dipartiment tal-Agrikultura.

Tista’ l-MEPA tagħmel referenza għal-liġi li turi li d-Departiment tal-Agrikultura huwa b’xi mod responsabbli legalment kif qiegħda tgħid hi? Jiddispjaċini ngħid li l-MEPA qiegħda tipprova titfa’ r-responsabbiltà tagħha fuq Ministeru ieħor li ma għandu l-ebda obbligu legali, biex tgħatti xturha.

2.  Il-MEPA qalet ukoll li mill-investigazzjoni tagħha sabet li ma kien hemm l-ebda ksur ta’ regolamenti. Dan, għax kif qalet, mir-ritratti tal-ajru, dawn is-siġar miżbura għandhom inqas minn 50 sena. Ma nafx x’ritratti għandha l-MEPA u minn fejn ġabet dawn ir-ritratt u d-dati. Kull min hu tal-età tiegħi u hu mir-Rabat bħali, jaf li dawn is-siġar għandhom sewwa viċin it-80 sena. Jekk it-tagħrif li għandha l-MEPA biex toħroġ permessi tal-bini huwa ta’ dan it-tip, mhux ta’ b’xejn fil-pajjiż hawn din il-qerda kollha tal-ambjent naturali.

saqqajja trees5

Ritratt mehud fl-1961 li juri s-siġar tas-Saqqajja fejn diġà jidhru li kellhom madwar il-15-il sena. Imma mir-ritratti li għandha l-MEPA dawn is-siġar għad ma għadnhomx 50 sena.

3.  Il-MEPA qalet ukoll li skont l-Avviż Legali 200 tal-2011, siġar tal-Fikus jeħtieġu permess tal-MEPA biex jinżabru jekk huma ixjaħ minn 50 sena u jinsabu fl-ODZ, Żoni Protetti jew UCA. Dan juri l-istat miskin ta’ kif il-MEPA ħarbtet ir-regolamenti fl-2011 (għax xi ħadd hekk ried) biex il-qerda tas-siġar li qiegħda sseħħ, kemm mill-kuntrattur tal-Gvern, kemm minn xi kunsilli lokali, insomma minn min irid jeqred jew ibiċċer, ikun jista’ jagħmel fl-urban mingħajr ebda permess mingħand ħadd.

Dan kollu minkejja li, skont l-ewwel sentenza fil-viżjoni tal-MEPA ippubblikata fuq il-websajt tagħha stess, u se nikkwota:

L-għan tagħna huwa li ngħaddu lit-tfal tagħna pajjiż aħjar minn dak li writna. Huwa minħabba f’hekk li aħna nqabblu l-ambjent ma’ teżor, xi ħaġa li nużaw l-enerġija tagħna biex inħarsu, biex nieħdu ħsieb u biex intejjbu. L-ambjent jiġbor kollox: in-natura, il-kultura u anki l-wirt arkitettoniku, bliet u rħula, il-kampanja, l-ibħra u l-arja. Aħna nemmnu li flimkien għandna bil-għaqal nippjanaw biex il-wirt tagħna, din il-ġawhra li aħna ngħożżu, ma tgħibx għal dejjem.

saqqajja trees3

Kif kienu jinżabru s-siġar minn missiriejiitna. Dawn ma kellhom l-ebda viżjoni miktuba imma din kienet tidher fix-xogħol tagħhom fuq l-art.

U tagħlaq billi, fost oħrajn, tgħid: “Il-valuri li jispirawna biex nilħqu l-obbligi tagħna huma dawk li jħallu effett pożittiv fuq is-soċjetà. Il-valuri huma marbutin ma’ ġustizzja murija f’deċiżjonijiet għaqlin u f’waqthom u infurzati b’mod ġust. Jekk aħna napplikaw dawn il-valuri b’determinazzjoni, inkunu qed ngħinu biex infasslu il-ġid komuni, kunċett li huwa riżultat tal-għeruq Kristjani ta’ dan il-pajjiż. Dawn il-valuri, applikati b’mod professjonali, jagħtu evidenza tal-integrità tal-Awtorità f’dak kollu li tagħmel u li tgħid.

Kif ġabuhom is-siġar illum.  Imma kif dan il-pajjiż tilef kull sengħa, kull pġrofessjonalità, kull rispett, u tilef ruħhu għall-flus.

Kif inżabru l-istess sigar meta għandna l-MEPA li għandha vijżoni  miktuba, imma ma tidher imkien fix-xogħol tagħha fuq l-art.

Filwaqt li din il-viżjoni ma hemm xejn x’wieħed jgħid fiha, il-mod kif il-MEPA qiegħda timxi magħha jew iġġiegħlek tidħak jew tibki, speċjalment meta din l-awtorità hi mħallsa minn flus il-poplu biex tħares dak li hu tal-poplu. Jekk hix il-MEPA li qed tidħak bil-poplu jew hux il-poplu li qed jidħak bil-MEPA inħalli f’idejkom.

Illum il-poplu huwa aktar intelliġenti u għandu kuxjenza b’saħħitha favur l-ambjent. Il-MEPA tista’ taħseb li b’xi mod tista’ tgħaddi l-poplu minn għajn il-labra. Lili mhux biss ma tikkonvinċinix imma ma niddejjaq xejn ngħid li l-MEPA, wara li l-ewwel ħatfet id-Dipartiment tal-Ambjent, illum ġabitu fix-xejn, u nqisha li hija l-akbar għadu tal-ambjent naturali fil-gżejjer Maltin.

orizzont small

is-Sibt, 9 ta’ Novembru 2013.

 PETER GINGELL, Maniġer tal-Komunikazzjoni, MEPA

“Massakru minn siġar fis-Saqqajja”

Sur Editur,
Nirreferi għall-ittra lill-Editur li dehret fil-ġurnal l-orizzont nhar it-Tlieta, 29 ta’ Ottubru 2013, mibgħuta mis-Sur Alfred Baldacchino taħt it-titlu “Massakru minn siġar fis-Saqqajja”.
Fl-ittra tiegħu is-Sur Baldacchino qal li s-CEO tal-MEPA, waqt programm ta’ diskussjoni fuq One TV, kien skorrett meta qal li l-qlugħ u ż-żbir tas-siġar huma r-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Agrikultura.
Il-MEPA trid tiċċara li s-Sur Baldacchino għażel li jikkwota parti minn dak li qal iċ-CEO tal-MEPA, is-Sur Johann Buttigieg.
Fil-programm, is-CEO tal-MEPA qal li jekk siġra hija protetta hemm bżonn il-permess tal-MEPA biex din tinżabar jew tinqala’ minn postha, iżda jekk
is-siġra mhijiex protetta hemm, bżonn biss il-permess tad-Dipartiment tal-Agrikultura.
Fil-każ fejn numru ta’ siġar tal-Fikus ġew miżbura fis-Saqqajja, ir-Rabat, il-MEPA wara li għamlet l-investigazzjoni tagħha sabet li ma kien hemm l-ebda ksur ta’ regolament. Dan għax mir-ritratti tal-ajru, dawn s-siġar miżbura għandhom inqas minn 50 sena.
Skont l-Avviż Legali 200 tal-2011, siġar tal-Fikus jeħtieġu permess tal-MEPA biex jinżabru jekk huma ixjaħ minn 50 sena u jinsabu fl-ODZ, Żoni Protetti jew UCA.

orizzont small

 

It-Tlileta 29 ta’ Ottubru, 2013.

ALFRED E. BALDACCHINO,
“Massakru minn siġar fis-Saqqajja”

Sur Editur,
Qrajt b’interess ir-rapport intitolat “Massakru minn siġar fis-Saqqajja, ir-Rabat” ippubblikat fil-ħarġa ta’ l-orizzont ta’ nhar it-Tlieta, 22 ta’ Ottubru.
Din il‑qerda ta’ siġar f’pajjiżna issa ilha għaddejja s-snin. Hija qerda bla rażan, bla raġuni, u milli jidher bla ħadd mhu lest li jerfa’ reponsabbiltà għaliha.
Il-fragmentazzjoni li teżisti fil-ħarsien tas‑sigar mhi qiegħda tgħin xejn biex is-siġar li qegħdin jikbru f’pajjiżna jkunu mħarsin kif suppost.
Ftit tal-ħin ilu kont qiegħed nara programm ta’ diskussjoni fuq ONE TV fejn is-CEO tal-MEPA qal li l-ilqugħ u ż-żbir tas-siġar huma responsabbiltà tal-
Agrikultura. Dan mhux korrett. Din ir-responsabbiltà kienet hemm taħt ir-regolamenti l-qodma tal-2001. Imma dawn ġew revokati u mibdula mill-MEPA stess fil-2011.
Illum il-MEPA hija l-awtorità kompetenti għall-ħarsien tas-siġar skont ir-regolamenti tal-ħarsien tagħhom li għamlet hi stess.
Naħseb li hemm bżonn immedjat li l-Prim Ministru jindirizza din il-fragmentazzjoni llum qabel għada biex ma tkompliex issir aktar qerda.
ALFRED E. BALDACCHINO,
Ħ’Attard
Sur Editur,
Wara li fil-ħarġa ta’ l-orizzont ta’ nhar it-Tlieta, 22 ta’ Ottubru, qrajt l-artiklu taħt ir-ras “Massakru minn siġar fis-Saqqajja, ir-Rabat”, inkompli nistaqsi lili
nnifsi, għax milli jidher dawk responsabbli qatt ma ħassew l-obbligu li jagħtu kont ta’ għemilhom, x’inhi r-raġuni ta’ dan iż-żbir tas-siġar, speċjalment
b’dan il-mod selvaġġ.
Jien, fl-opinjoni tiegħi, naħseb li kull ma qiegħed isir hu li s-siġar qegħdin jaqtgħu nifishom għax dawn mill-weraq jieħdu n-nifs.
Jien ngħix f’Toronto, belt mimlija siġar. Tant hawn siġar illi jekk jibdew jiżbruhom, kieku ma jispiċċaw qatt.
ĠORĠ IL-QORMI,
Toronto – il-Kanada

 

orizzont small

Aħarijiet

22 ta’ Ottubru, 2013

Massakru minn siġar fis-Saqqajja, ir-Rabat

saqqajja trees
Għal darb’oħra f’pajjiżna qegħdin naraw massakru minn għadd ta’ siġar meta dawn jinżabru. Laħħar każ seħħ fis-Saqqajja r-Rabat. Dawn is-siġar ma ġralhomx bħas-siġar tal-Ħamrun li ż-żbir tagħhom twaqqaf meta saru għadd ta’ rapporti. Sfortunatament dawn is-siġar kollha nżabru b’mod mill-aktar selvaġġ.
Għalkemm jidher li saru xi rapporti qiegħed jingħad li dawn is-siġar m’għandhomx 50 sena. Minkejja dan huma diversi dawk ir-Rabtin li llum għandhom minn 75 sena ’l fuq, li qegħdin isostnu li dawn is-siġar tat-tip Fikus Nitida ilhom fil-Pjazza tas-Saqqajja aktar minn 50 sena.
Rabti li tkellem magħna qalilna li “ma nistax nifhem kif dawn is-siġar jinżabru b’dan il-mod. Li jinżabru hu tajjeb, imma mhux jitħallew kważi għerja għal kollox mill-weraq”. L-istess resident qalilna li “fir-Rabat għandna kwistjoni oħra fuq siġar li jinsabu fi Triq Santa Rita u li s’issa qed jiġu indikati li se jinqalgħu bħala parti minn proġett. Nisperaw li dan ma jsirx. Illum dawn joffru ftit dell għal min ipoġġi taħthom, jekk jinqalgħu xemx biss se jkun hemm,” sostna l-istess resident.


U l-qerda tas-siġar tkompli bl-istess ritmu

October 23, 2013

U l-qerda tas-siġar tkompli bl-istess ritmu

Alfred E. Baldacchino

L-Erbgħa 24 ta’ Ottubru, 2013.

Wara kampanja twila kontra l-­qerda tas-­siġar f’pajjiżna, wieħed kien jistenna’ li bil-­bidla fil-­gvern kien ikun hemm xi ħjiel ta’ xi miżuri biex dan jibda’ jsir b’mod regolat u bi professjonalità. Imma b’dispjaċir wieħed jinnota li l­qerda, iż­-żbir bla rażan, in-­nuqqas ta’ apprezzament, id-­dilettantiżmu, in­-nuqqas ta’ rieda u interess, u l­isparpaljar ta’ fondi pubbliċi għadu għaddej bl-­istess ritmu li kien għaddej qabel l­-elezzjoni, minkejja xi wegħdiet.

Dan kollu sforz il­-fragmentazzjoni li hemm bħalissa f’dawn ir-­responsabbiltjiet li kulħad qe ifarfr u jgħid li mhux tiegħu.

Mela għandna l-­Ministru tat­-Transport u l-­Infrastruttura li huwa responsabbli mill-­landscaping. Is­-Segretarju Parlamentari fil­-Ministeru tal-­Prim Ministru responsabbli mill-­MEPA li hija l-­Awtorità Kompetenti għall­-Ħarsien tas-­siġar; u l­-Ministru tal-­Kunsilli Lokali li huwa responsabbli mill-­Kunsilli Lokali. Hemm ukoll il-­Ministru tal­-Ambjent li bnir-raġun ma għandu l­-ebda responsabbiltà fejn jidhlu s-­siġar minħabba din il-­fragmentazzjoni ta’ responsabbiltajiet.

Is-sura ta' dwn is-Siġar turi l-mentalita mikina u l-kultura kontemporanja taż dan il-pajjż

Is-sura ta’ dawn is-Siġar turi l-mentalita miskina u egoistika, l-kultura kontemporanja ta’ dan il-pajjż

Is-­sit eletroniku Rabti People who like or live in Rabat Malta poġġa ritratt ta’ dan il-massakru fuq is-­sit eletroniku permess ta’ Chris Farrugia fl-­interess tar­Rabat, tar-­Rabtin, u anki tal-­biodiversità Maltija, hekk kif beda dan il­-massakru fuq is­-siġar tas­-Saqqajja r-­Rabat. Skont kummenti fuq dan is-­sit ix-­xogħol ġie mqabbad mill­-Kunsill Lokali tar­Rabat u ma għandniex xi ngħidu sejjer jitħallas minn flus il­-poplu. In-­numru ta’ kummenti fuq dan is­-sit kienu mijiet, u l­-karba tal-­poplu Rabti għal din il­-qerda hija kbira. Wieħed jistenna’ biex jara kemm sejjer jismagħha l­-Gvern.

Qiegħed inpoġġi l-­kummenti li għamilt jien kemm fuq dan is­-sit kif ukoll fuq siti oħra li siltu xi ­kummenti minnu u tefgħuhom fuq siti tagħhom. Qiegħed ukoll inżid l­-indirizz eletroniku fejn dehru u xi ritatti biex wieħed jekk irid ikun jista’ jara l-­istampa kollha u l-­kummneti tagħna r-Rabtin, ma’ oħrajn li jaqblu magħna, saħansitra anki barra xtutna.

THE TREE BUTCHERY CONTINUES ­– 19 ta’ Ottubru 2013

https://www.facebook.com/groups/rabatmalta/10151935648499645/?notif_t=group_comment_reply

SIĠAR IMMASAKRATI 2013 – Is-Saqajja — 19 ta’ Ottubru 2013

Christopoher Farrugia with Astrid Vella and 3 others– The latest attack on trees took place two days ago at Saqqajja, Rabat, reducing the former row of majestic trees to ugly, bare and leggy branches topped by a few leaves! Now MEPA is defending this Rabat Local Council action, saying that the trees can be ‘pruned’ savagely as they are not over 50 years old, when in fact elderly Rabat residents remember them already grown 75 years ago!

THE TREE BUTCHERY CONTINUES ­ – 19 ta’ Ottubru 2013

https://www.facebook.com/groups/rabatmalta/10151935648499645/?notif_t=group_comment_reply

Alfred E. Baldacchino – Chris, prosit talli bdejt din it-thread fuq ir-Rabat u minn veru jħobbu speċjalment fuq dawn il-ħniżriet ta’ żbir li llum mhux ir-residenti tar-Rabat biss, imma l-Maltin u l-Għawdxin kollha qed jilmentaw minn dan in-nuqqas ta’ professjonalità. Il-Kunsill Lokali tar-Rabat imissu jistħi meta hawn din il-kritika kollha u jibqa’ għaddej qisu qed jgħix fiq xi pjanetà oħra. Imma l-Kunsilli Lokali li huma fformati mir-rapreżentanti tal-partiti politiċi, suppost għandhom il-barka kemm tal-Ministeri mill-Kunsilli Lokali kif ukoll mill-Ministeru responsabbli għall-MEPA biex setgħu jagħmlu dawn l-oxxenitajiet.

saqqajja trees3

Kif kienu jinżabru mill-ħġaddiema tal-Gvern is-siġar tas-Saqqajja fl-imgħoddi meta la kellhom cherry pickers u lanqas srieraq mekkaniċi. Dawn huma l-istess siġar li jidhru fir-ritratt ta’hawn fuq. wara li nżabru il-ġimgħa li għaddiet.

Nixtieq inkun naf min qed jgħati dawn il-pariri professjonali lill-Kunsill Rabti. Kif taf int Chris jiena llum għandi 67 sena. Niftakar meta kont għadni mbuttat fil-pushchair biex inmorru l-ġnien kont narahom hemm. U dan kellhom aktar minn 10 snin fil-wisa’. Forsi l-MEPA għadhom ma jafux jgħoddu… is- siġar. Imma il-MEPA la qatt kellhom u lanqas għandhom interess li jħarsu s-sigar u l-pjanti oħra indiġeni Maltin. Jekk tħares kif amendatw ir-regolamenti tal-Ħarisen tas-Siġar tal-2001 u kif dawn il-MEPA biddlithom fl-2012 biżżejjed biex wieħed jara kemnm il-MEPA hija interessata. Illum il-MEPA kważi kważi saret aġenżija tal-iżviluppaturi. Nixtieq inkun naf b’dan it-tqaċċit tas-siġar kollha għal kemm il-siġra il-MEPA oġġezzjonat. Bil-politika tal-MEPA, minkejja kemm bil-pjanijiet tal-gvern ta’ qabel (imfasswlin mill-MEPA stess) kemm b’dawk tal-gvern ta’ issa tidher li tiġi taqa’ u tqum. Ħares ftit lejn il-permess li tgħat fix-xogħol tal-foss tal-Imdina fejn inqerdu tant siġar biex il-foss inkesa bit-turf u ġabet is-swar tal-Imdina qishom Windsor Castle. Naturalment xi ħadd qala balla flus. Dan jidher aktar importanti minn xi 300 siġra (waħda minnhom żebbuġa li kellha viċin il-100 sena u li nqalgħet bil-barka tal-MEPA) kollha inqerdu.

Kien hemm suġġeriment aktar ‘l fuq biex fir-Rabat jitwaqqaf grupp jew kumitat dwar il-ħarsein tas-siġar u l-ambjent naturali Rabti. Jekk timxi din l-idea għidluli għax inkun minn ta’ quddiem bħala Rabti li noffri l-ħin biex inkun fuqu. Ma niflax nara aktar oxxenitajiet minn nies li jieħdu deċiżijoniet u ma jagħrfux siġra minn arblu tad-dawl. U mbgħad iwaħħlu f’ħadd ieħor. Ikun interessanti wkoll li l-politikant responsabbli mill-Kunsilli Lokali u dak mill-MEPA jgħidu kif jaħsbuha.

THE TREE BUTCHERY CONTINUES ­ – 19 ta’ Ottubru 2013

https://www.facebook.com/groups/rabatmalta/10151935648499645/?notif_t=group_comment_reply

Kif ġabuhom is-siġar illum.  Imma kif dan il-pajjiż tilef kull sengħa, kull pġrofessjonalità, kull rispett, u tilef ruħhu għall-flus.

Kif ġabuhom is-siġar illum. Imma kif dan il-pajjiż tilef kull sengħa, kull professjonalità, kull rispett, u tilef  anki ruħhu għall-flus.

Alfred E. Baldacchino – Allura biex inkun naf x’gara irrid immur il-Kunsill tar-Rabat? Irrid nifhem li l-Kunsill kellu jdejh marbutin biex iwqqaf dawn l-oxxenitajiet? Sa fajn naf jien il-membri tal-Kunsill qegħdin hemm biex jaraw u jirrapreżentaw in-nies tar-Rabat. Ma naħsebx li dan il-pajjiż huwa xi wieħed minn dawk ta’ wara dik li darba kienet il-purtiera tal-ħadid. Jekk il-Kunsill għandu spjegazzjoni jgħidlna. Jekk qed jipproteġi lil xi hadd, jiddispjaċini ngħid li r-responsabbiltà hija xorta waħda tiegħu u tal-Ministeru lli jaqa’ taħtu. Imma ma rridx neħodha kontra l-Kunsill tar-Rabat. Jekk dan jitkellem u jafda man-nies Rabtin li tellgħuh, imexxi aħjar u mingħajr wisq problemi, speċjalment jekk ikollu xi pressjoni minn nies mhux mir-Rabat. Xi ħadd qal li dawn is-sigar hemm bżonn jinbidlu! Ma nagħmlux mod li hemm xi ħadd qed ifesfes f’widnejn xi ħadd biex dawn jinbidlu u minflokom jitħawlu siġar mill-Afrika t’isfel, mill-Amerika t’isfel u minn kull parti oħra tad-dinja, bħal dawk li ħawlu fil-Kottonera u kullimkien. Tgħid għalhekk din is-segretezza kollha? Hemm minn bi ħsiebu jaqla xi skoss flus minn fuq dahar il-poplu bil-bejgħ tas-sigar barranin?

Xi ħadd ieħor qal li lanqas tista’ tpoġġi fuq bank minħabba l-għasafar. Kumment fqir u tat-tfal. Mur daqsxejn sa’ Ħad Dingli (mhux ‘l bogħod) u ara kif il-Kunsill ta’ Ħad Dingli solva din il-problema bla wisq spejjes u bla wisq teatrin. Naħseb li n-nies tar-Rabat huma intelliġenti biżżejjed jekk iridu. Imma minn ċerti kummenti li qed jidhru qed nistenna għar.

THE TREE BUTCHERY CONTINUES ­ 19 ta’ Ottubru 2013

https://www.facebook.com/groups/rabatmalta/10151935648499645/?notif_t=group_comment_reply

Il-Bankijiet f'Ħad-Dingli

Il-Bankijiet f’Ħad-Dingli

Alfred E. Baldacchino – Bankijiet f’Ħad Dingli li jippermetti lilll-għasafar ikollhom kuxjenza safja kif ukoll lil minn ipoġġi fuq il-bankijiet biex ipoġġu b’rashom serħana. U ma nqatat l-ebda siġra u kellu jħallas għaliha l-kunsill kif sejjr jagħmel dak tar-Rabat.

iNEWS

Massakru minn sigar fis-Saqqajja

http://www.inewsmalta.com/dart/20131021-massakru-minn-sigar-fis-saqqajja

Alfred E., Baldacchino  – Hija ħaġa tal-­mistħija li sena wara sena, wieħed jara dan id-­dilettantiżmu u qerda ta’ siġar u ħadd ma jieħu responsabbiltà. Dan minkejja l-­kritika kontinwa taċ-­ċittadini li minn flushom qed iħallsu għal dan ix­-xogħol u qerda.

Dawn is­-siġar għandhom ’l fuq minn 70 sena minkejja dak li qalet il-­MEPA. Jiena Rabti u llum għandi 67. Dejjem hemm nafhom. Imma l­-MEPA…

Sfortuntament il-­MEPA la għandha u lanqas qatt kellha interess li tħares is-­­siġar, minkejja l­-obbligi legali u morali li għandha. U dan jispjega għaliex ir­­regolamenti tal-2001 ġew mibdula mill­­-MEPA fl’2012. Possibbli li lanqas is­­-Segretarju Parlamentari responsbbli mill-­MEPA ma jista’ jagħmel xejn fuq hekk?

Xi Kunsilli Lokali ukoll qishom lanqas qegħdin hemm. Fir­-Rabat is-sena l-­oħra ġara l-­istess u milli jidher ma tgħallem xejn. U dan minkejja li qed iħallas il­-poplu għal dan ix-­xogħol xejn professjonali approvat u mqabbad mill­-Kunsill Lokali. Possibbli li s-­Segretarju Parlamentari responsabbli mill-­Kunsilli Lokali dan kollu ma jinteressahx?

Dan il­-qerda u xogħol bla sens u bl-­ebda professjonalità kienet bla kontrol taħt il­­-Gvern ta’ qabel. Imma jiddispjaċini ngħid li mhux talli ma rranġa xejn talli għada kif kienet qabel minkejja l-­kritika tan-­nies. Forsi l-­­Prim Ministru jista’ jinterveni hu u jwissi lil min għandu jwissi, dejjem sakemm ma jaqbelx hu wkoll ma’ dan it-­tip ta’ xogħol!

L-­Orizzont

http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1=’Ahbarijiet’&ID2=112053

Alfrd E. Baldaahino (kumment għall-pubblikazzjoni) Din il-­qerda ta’ siġar f’pajjiżna li issa ilha għaddejja s­-snin hija qerda bla rażan, bla raġuni, u milli jidher bla ħadd ma hu lest li jerfa’ reponsabbiltà għalijha. Il­-fragmentazzjoni li teżisti fil-­ħarsien tas-­sigar mhu qed tgħin xejn biex is­-siġar li qed jikbru f’pajjiżna jkunu mħarsa kif suppost.

Ritratt meħud fl-01963 fejn is-=siġar jidhru li għandhom sewwa vi1in il-15-il sena dak iż-żmien. Imma il-MEPA li qalet li dawn ma għadhomx aktar minn 50 sena, issa qed twaħħal fl-Agrikultura wara li qalgħatha barra mir-regolamenti.

Ritratt meħud fl-1961 fejn dawn is-siġar jidhru li għandhom sewwa viċin il-15-il sena dak iż-żmien. Imma il-MEPA li qalet li dawn ma għadhomx aktar minn 50 sena, issa qed twaħħal fl-Agrikultura wara li qalgħatha barra mir-regolamenti u llum ma għandha x’taqsam xejn.

Ftit tal-­ħin ilu (it­-Tlieta 22 ta’ Ottubru) kont qed nara programm ta’ diskussjoni fuq ONE TV fejn is­-CEO tal-­MEPA qal li l-­ilqugħ u ż-­żbir tas-­siġar huma responsabbiltà tal­-Agrikultura.  Dan mhux korrett. Din ir-­responsabbiltà kienet hemm taħt ir-­regolamenti l-­qodma tal­-2001.  Imma dan ġew revokati u mibdula mill­-MEPA stess fil-­2012. Illum il­-MEPA hija l­-Awtorità Kompetenti għall-­ħarsien tas­-siġar skond ir-­regolamenti tal­-ħarsien tagħhom li għamet hi stess.

Naħseb li hemm bżonn immedjat li l-­Prim Ministru jindirizza din il-­fragmentazzjoni illum qabel għada biex ma tkompliex issir aktar qerda.

Is-sbuħija tas-siġar ta' fuq is-Saqqajja ir-Rabat kif darba kienu u kif ma jistgħu ikunu qatt sakemm tinbidl din il-mentalit.a pulitika ta' pajjiżna.

Is-sbuħija tas-siġar ta’ fuq is-Saqqajja r-Rabat kif darba kienu u kif ma jistgħu jkunu qatt aktar sakemm tinbidl din il-mentalità  pulitika  u kulturali ta’ pajjiżna.


IS-SIĠAR – agħti fhemtek

May 26, 2013


IS-SIĠAR – agħti fhemtek

05.06.2013 - Laqgħa dwaris-Siġar - Agħti fhemtek

L-Erbgħa, 5 ta’ Ġunju, 2013, il-Jum Dinji tal-Ambjent, kulħadd huwa mistieden għal-laqgħa ta’ konsultazzjoni li sejra ssir fil-Grand Hotel Excelsior  fis-6.30 pm, fejn kulħadd huwa mistieden biex jagħti l-proposti u l-ideat tiegħu dwar aktar apprezzament u ħarsien tas-siġar f’pajjiżna.  Ikkonferma l-sehem tiegħek fuq l-email  li jidher fuq il-poster: yoursay.environment@gov.mt  

Uri fhemtek biex jikber l-apprezzament tas-siġar f’pajjiżna.

______________________________

TREES – give your opinion 

05.06.2013 - Laqgħa dwaris-Siġar - Agħti fhemtek

On Wednesday, 5th June, 2013, World Environment Day,  a consultative meeting will be held at the Grand Hotel Excelsior at 6.30 pm, where everybody is invited to submit proposals and ideas for the better appreciation and protection of trees in the Maltese islands.  Notice of attendance is to be sent on the email indicated on the poster: yoursay.environment@gov.mt

An opportunity to put forth your thoughts to generate more public awareness on trees.

______________________________


Concrete path choking trees

March 3, 2013

times

Sunday, 3rd March, 2013

Concrete path choking trees

 Juan Ameen

A set of old Aleppo trees on the pavement in Burmar­rad Road have been choked with cement as a con­tractor filled up the square soil bases, leaving the trunks sticking out.

The cementing of the tree bases, done a few weeks ago, has been slammed by the Malta Environment and Planning Authority, which said it was “appalled”.

The authority “is appalled that such methods of work are still carried out in this day and age,” a spokesman said.

The complete surfacing around tree trunks in cement “is not only insensitive to our environment but constitutes bad practice since it may adversely affect the tree growth,” the spokesman added. The planning authority said it was investigating the mat­ter to find those responsible for these works “so as to reinstate the site to the authority’s satisfaction”.

When contacted, Transport Malta, responsible for the arterial road, said the contractor had been instructed to rectify the situation. “The Contractor proceeded with works before receiv­ing detailed instructions. These works are not acceptable and the contractor has already been instructed to rectify,” a Transport Malta spokesman said.

The cementing of the tree bases was also slammed by biodiversity expert Alfred Baldacchino who said that it would damage and possibly endanger the trees. The trees absorb rainwater, which falls into the soil, and their roots need air. Once the roots grow out­ wards, then the cement would be damaged and peo­ple would complain that the trees were damaging the pavement, Mr Baldacchino said.

Mr Baldacchino had received photographs of the cemented bases and immediately reported it to the authorities and the planning authority, which informed him it would investigate the matter.  “The authorities’ appreciation of trees is nil- irre­spective of national and international obligations,” Instead of saying it was going to look into the mat­ter, the planning authority should hire a Contractor with the right machinery to break up the cement and send the bill to Transport Malta, he argued. “There is nothing to investigate – it’s dangerous to the tree and procrastinating doesn’t help”.

ADDITIONAL COMMENTS ­ – Alfred E. Baldacchino

According to the L.N. 200 of 2011 -­ Trees and Woodlands Protection Regulations, 2011 -­  MEPA, the Malta Environment and Planning Authority is the Competent Authority responsible for the administration, implementation and enforcement of these regulations.

Provision 12: No person shall fell … or in any way destroy or attempt to destroy, damage or attempt to damage, any tree or part thereof listed in Schedule I or Schedule II … except by permission of the Competent Authority:

Gmail - FW: trees on Burmarrad-T'Alla w Ommu road

The soil was covered by concrete engulfing the tree trunk in the process. This needed a development permit from MEPA.

Provision 14: (1) No person shall dump or attempt to dump… chemical or any other substance near any tree listed in Schedule I or Schedule II … which may harm any such tree…

Provision 29: (1) Any person who: —

(a) fails to comply with any provision of these regulations,

(b) contravenes any restriction, prohibition or requirement imposed by or under these regulations, or

(c) acts in contravention of any provisions of these regulations, or

(d) conspires or attempts to conspire, aids or attempts to aid, abets or attempts to abet, counsels or attempts to counsel, procures or attempts to procure any other person to contravene the provisions of these regulations, or to fail to comply with any such provision, including any order lawfully given in terms of any provision of these regulations, or to contravene any restrictions, prohibitions or requirement imposed by or under the said regulations, shall be guilty of an offence against these regulations.

Gmail - FW: trees on Burmarrad-T'Alla w Ommu road

The Ministry of Transport does not see any difference between a tree and  an electricity pole, while MEPA is looking at and investigating the matter.

The trees in question are listed in Schedule II of the Tree Protection Regulations:

Pinus halepensis ­ Żnuber; Siġar tal-Prinjol; Siġar tal-Arżnu; ­ Aleppo Pine; Jerusalem Pine

MEPA  has all the necessary legal tools, and also obligations, to protect Malta’s biodiversity, including trees. Unfortunately it cannot be said that it is on the side of the people who want to protect Malta’s natural heritage, when it comes to taking action.  This is so evident when MEPA is faced with great and irreparable damages to trees done by Government Ministries, mainly that responsible for transport and that responsible for landscaping. In such cases MEPA is completely impotent  (see mutilated trees on Rabat Road) 

This is just another strong justification that the protection of the Environment should never be merged or under the remote responsibility of any Planning Authority. 

 


The benefits and use of Trees – Seminar

January 29, 2013

Attard Local Council

together with

Flimkien għal Ambjent Aħjar 

invite you to a talk on

The benefits and uses of TREES
 
On 19th February 2013 at 6pm – Attard Primary School
Join us at this seminar and find out how
TREES CAN IMPROVE YOUR HEALTH, WEALTH AND HAPPINESS!
TREE Seminar poster - aeb
To book a place email: sigar@faa.org.mt or phone on
A donation of €5 is requested.
Participants are requested to be seated by 5.45pm
  • Did you know that there are about 60 species of indigenous trees in the Maltese Islands which can be used in private gardens and urban landscaping?
  • Did you know that trees reduce air and noise pollution, release oxygen and reduce the summer’s heat?
  • Did you know that some Maltese trees are very rare and may be close to extinction?
  • Did you now that indigenous trees can contribute to Malta’s economy and create green jobs?
All this and other information will be given during this seminar which will be of interets to the public, teachers, landscapers, nature lovers and local councils.
Speakers:

Alfred E. Baldacchino,
DPA, Dip. Env. Sc., PG Dip. Env. Mangt, MSc Env Plan and Mangt. 
General Secretary of the MOS (now BirdLife) between 1974 and 1988 and editor of the popular magazine In-Natura from 1982 to 2003, Alfred Baldacchino coordinates educational TV and radio nature programmes. Has published a number of popular and scientific works on biodiversity and the need for its appreciation and conservation. Assistant Director responsible for the protection of biodiversity at the Environment Protection Directorate (within MEPA) from 2002 till he retired in 2007.
Antoine Gatt
BA(L’scape Arch), MA(L’scape Arch) Landscape Architect
A landscape architect with over 12 years of experience in urban and environmental design, Antoine Gatt runs AGL Design, which tackles landscaping projects from private gardens to the design of parks, and from urban regeneration to rural restoration, including EU projects related to agriculture and environment.  Antoine Gatt is also a part-time lecturer at MCAST.  He is an advocate of green roofs and sustainable urban design and has written various articles on local newspapers and magazines on the subject.
Please do your bit to save trees in Malta, by signing the petition: https://www.change.org/petitions/stop-killing-trees-in-malta

Qerda tal-biodiversità fil-foss tal-Imdina… biex isir ġnien ta’ kwalità!

September 28, 2012

Dan l-aħħar qrajna u smajna stqarrijiet minn Ministru tal-Gvern dwar ġonna ta’ kwalità u spazji miftuħa għall-familji.

Meta wieħed jaqra u jisma’ l-kummenti ta’ dan il-Ministru tal-Gvern li huwa responsabbli minn dawn il-proġetti, wieħed mill-ewwel jifhem għaliex illum il-qerda tal-ambjent naturali hija daqstant kbira. U wieħed ma jistax ma jistaqsiex numru ta’ misoqsijiet, bħal ngħidu aħna:

  1. Bliema immaġinazzjoni jista’ xi ħadd jgħid li sejjer jagħmel ġnien ta’ kwalità u fl-istess ħin jaqla’ u jeqred ammont kbir ta’ sigar b’impatt kbir fuq il-biodiversità tal post?  (ara ritratti aktar l-isfel).
  2. Kif jista’ wieħed jgħid li sejjer jagħmel ġnien ta’ kwalità u fl-istess ħin jiksi l-post b’medda wiesgħa ta’ konkos; konkos aktar milli hemm u aktar milli kien hemm siġar qabel ma beda x-xogħol? (ara ritratti aktar l-isfel)
  3. Liema raġuni xjentifika tiġġustifika li biex isir ġnien ta’ kwalità titqaxxar u tinqered il-liedna kollha li kien hemm fil-post u li kienet tħaddar u tiksi metri kwadri kbar tal-ħajt tal-ġnien Howard Gardens (mhux mal-ħajt tas-sur) u li kienet toffri ambjent naturali għall-numru ta’ fawna indiġena? Din kienet ukoll issebbaħ u tgħati l-ħajja lill-kull ġnien anki jekk mhux ta’ kwalità. U dan minkejja li l-Gvern ta’ Malta huwa obbligat u marbut mill-Unjoni Ewropea biex jara li jieħu miżuri biex ma tkomplix tinqered il-biodiversità tal-Unjoni Ewropea li aħna parti minnha. Il-Ministri tal-Ambjent (anki dawk li jgħidu li xi darba kienu Ministri tal-Ambjent) din kollha jafuha, kemm mid-dokumenti tal-UE li jirċevu, kif ukoll mill-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri li jattendu.

Fid-diskors tiegħu fil-video li deher fil-ġurnal The Times

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120918/local/mdina-ditch-being-transformed-into-quality-garden.437446

dan il-Ministru qal li ma nqerdux siġar.  Jekk wieħed iħares lejn ir-ritratti hawn mehmuża, waħdu jasal f’konklużjoni waħda.

  1. Kif jista’ xi ħadd jgħid li dan ix-xogħol qed jerġa jieħu dan il-post għall-ġranet passati tal-glorja tiegħu?  Sa fejn naf jien fi żmien l-Għarab u l-Kavallieri ma kienux jużaw konkos (sakemm xi perit ma jikkoreġinix!) li llum huwa l-aktar ħaġa li tispikka f’dan il-ġnien (u ġonna oħra simili) ta’ kwalità. Lanqas kienu jiżirgħu turf  għax l-ilma għalihom kien jiswa mitqlu deheb, u lanqas kienu jagħmlu ilma ħiereġ jiżfen mill-art!  U lanqas ma kienu jużaw lift biex jinżlu mis-swar għall-foss. Jidher li l-Għarab u l-Kavallieri li ħakmu pajjiżna tant għexieren ta’ snin ilu, kellhom viżjoni ferm u ferm aktar professjonali, ekonomika, soċjali, ambjentali u sostenibbli milli għandhom il-mexxejja politiċi Maltin tal-lum, minkejja li dak iż-żmien ma kienx hemm obbligi ambjentali internazzjonali bħal ma għandna llum u lanqas kellhom Ministri tal- Ambjent.
  2. Ir-Rabtin u l-ġirien tagħhom  ma għandhomx bżonn xi politku li ma għandu l-ebda idea ta’ xi tfisser biodiversità biex jgħamillhom ġnien ta’ kwalità! U lanqas għandhom bżonn spazji miftuħa għall-familji għax għandhom biżżejjed spazji miftuha. Żgur li ma għandhomx bżonn ta’ spazju miftuħ ġo foss. U jekk kien hemm il-ħsieb li dan il-foss jinfetaħ għal kulħadd, kull ma kien hemm bżonn kien  li jitneħħew il-katnazzi li kienu jsakkru l-bibien li jgħalqu l-aċċess għal kulħadd. Li kieku dan id-diskors jintqal lill-kostitwenti ta’ min qalhom, li llum huma ferm u ferm konxji mill-ambjent naturali u l-qerda li l-konkos qed jagħmel lil dan l-ambjent, żgur li kienu jibgħatuh jistgħad biex forsi jaqbad xi mazzun!
  3. Imma veru li biex tagħmel ġnien ta’ kwalità illum l-ingredjenti huma: a) konkos; b) turf; c) ilma jiżfen; d)  issa anki lift; u e) l-qerda tal-biodiversità tal-post kollha, kif sar fil-foss tal-Imdina u f’kull hekk imsejjaħ ġnien ieħor li qed isir mill-istess ministeru?
  4. Ħarsa lejn il-kummenti li kien hemm fil-gazzetti f’dawn il-links

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120918/local/mdina-ditch-being-transformed-into-quality-garden.437446

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120919/local/Mdina-ditch-returned-to-glory.437501

u fir-ritratti li ħadt jien stess u li wħud minnhom jidhru hawn taħt, kollha jitkellmu u juru  d-disastru li sar bi flus pubbliċi u b’dawk tal-Unjoni Ewropea.

  1. Forsi hawnhekk ta’ minn jistaqsi minn qed jamministra l-fondi tal-UE, f’dan il-kas il-European Regional Development Fund?  Min qiegħed jawditjahom? Fejn jista’ l-pubbliku jara rendikont tal-infiq?
  2. Barra minhekk, minn qiegħed jara li jkun hemm diskussjoni pubblika fuq il-proġetti biex b’hekk ikun involut iċ-ċittadin fid-deċiżjoni, qabel jintefqu dawn il-flus? Dan ukoll huwa fost l-obbligi li titlob l-UE.
  3. Jiddispjaċini ngħid li l-ħsara li qed issir lill-biodiversità Maltija bi proġetti bħal dawn, bi skuża ta’ ġonna ta’ kwalità u spazji miftuħa għall-familji, trid aktar minn ġenerazzjoni biex titranġa.
  4. Dan il-ġnien sejjer ikollu kwalità waħda …. dik ta’  mafkar ta’ kif l-ambjent naturali qed jiġi sfruttat u mżeblaħ f’dawn l-aħħar snin, mingħajr ebda mistħija u ebda mgħodrija.
  5. Fl-aħħarnett min huma l-konsulenti tal-Ministru li huwa responsabbli biex jaraw li dan ix-xogħol ikun wieħed sostenibbli, jiġifieri li ma ssirx ħsara ekonomika, ħsara soċjali u ħsara ekoloġika kif qed issir?
  6. Nismagħhom jgħidu li hawn Malta kollox possibli, imma ma naħsebx li hawn xi ħadd li sab kif jgħatti x-xemx bl-għarbiel, għalkemm hawm min qed jipprova u qed jagħmel ħiltu kollha.

ARA WKOLL

http://www.orizzont.com.mt/Issues/19092012/social/article95864.html

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120918/local/mdina-ditch-being-transformed-into-quality-garden.437446

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120919/local/Mdina-ditch-returned-to-glory.437501

http://alfredbaldacchino.wordpress.com/2012/05/25/environmentali…ent-over-trees

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2012/07/31/once-there-were-green-leaves/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2012/04/30/massacre-of-md…eally-involved/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2012/02/27/government-policy-on-trees/

iL-BIODIVERSITA’   SINJURA TA’ QABEL BEDA X-XOGĦOL FIL-FOSS TAL-IMDINA U L-KWALITA’ TA’ QERDA LI SARET MINN META BEDA X-XOGĦOL FUQ IL-ĠNIEN TA’ KWALITA’

QABEL – Ringiela ta’ siġar taċ-Cipress li kienu jiffurmaw parti mill-biodiversità

WARA – L-unika siġra taċ-Cipress li baqa’ – MEJTA. L-oħrajn kollha nqalgħu u nqerdu. Ikun interessanti kieku l-esperti tal-Ministru jgħidulna kif mietet din is-siġra, jew aħjar jekk inqatletx b’xi kumbinazzjoni!  Ma naħsebx li issa sejjer ikun hemm xi ħadd li tniggżu l-kuxjenza biex jaqla’ siġra mejta, meta nqalgħu tant u tant siġar ħajjin minn dan il-post .

QABEL – ambjent naturali sinjur

WARA – parti mill- ġnien ta’ kwalità – anqas biodiversità, aktar konkos!

WARA – liedna  meqruda fil-ġnien ta’ kwalità

WARA – siġar taċ-Ċipress maqlugħa, meqruda  u mitfuha fl-art biex jagħmlu wisa għall-ġnien ta’ kwalità.

WARA – fdalijiet tas-siġar mejta taċ-Ċipress taħt it-tabella tal-Ministeru li qed jagħmel ġnien ta’ kwalità

QABEL U WARA – id-dehra tal-foss ftit wara li beda x-xogħol fuq il-ġnien ta’ kwalità.  Is-siġar immarkata b’salib isfar kollha ġew meqruda, jew maqlugħa.

WARA – post għeri mill-biodiversità fi ġnien ta’ kwalità fejn jispikka l-konkos u l-għibien tas-sigar li qabel kienu jżejnu dan il-post.

It-tabella imwarrba u mitluqa fl-art li madankollu turi l-għajuna finanzjarja li qed tgħati l-EU mill-European Regional Development Fund, għar-restawr tal-post, li qed isir fost oħrajn bit-tneħħija tal-biodiversità u kisi bil-konkos.


Siġar, Biodiversità u l-Unjoni Ewropea

May 9, 2012

07 Mejju, 2012

Saviour Balzan jintervista lil Alfred E. Baldacchino
fuq il-Programm Reporter

(If you cannot open link

highlight link, then right click, and then click on go to

OR

copy link and paste on google)


MASSACRE OF MDINA DITCH TREES – IS THE EU REALLY INVOLVED?

April 30, 2012

29th April, 2012

MASSACRE OF MDINA TREES –

IS THE EU REALLY INVOVLED?

Alfred E. Baldacchino 

A very interesting debate has developed on the site Save the Trees which can be accessed on: http://www.facebook.com/groups/227850170644983/267876579975675/?notif_t=group_activity

An outstanding feature on the above blog is that 99% of the bloggers who love trees and biodiversity are criticising the official persecution and  massacre of trees in the Maltese Islands.  But those who express such concern are taken to task by one particular blogger who clams that he works at ELC.

2012.04.26 - Up till a few days ago, these orange trees where in full bloom

Sometimes I can hardly believe what I read on this blog in defence of the mutilation of trees and biodiversity by ELC. It is to the tune of the official Government  policy on projects relating to biodiversity, despite the electoral promise of an environmental column. Such a blogger says they he is  writing in his own personal capacity, a right which he has and which he can exercise to create such a discussion. Yet details are given which the public is not aware of. This makes one think that ELC is finding it very convenient to let their alleged workers speak for them, and these cannot do otherwise but  laud all ELC’s works of wonder.  They would certainly be shown the back door if they were to write something which the ELC, or their Ministry, does not approve of. They would be charged with conflict of interest  if   they  criticise, even constructively,  the works of their Ministry. And they will surely get the axe if they make a faux pas, even if what they say  might have been suggested to them.

In criticising Ministerial projects, although the EU obliges public consultations on public projects, blogers are called names, accused of not knowing anything about trees and their ‘pruning’ and also accused of belittiling the ELC workers. This still happens, despite the fact that time and time again, all blogers have made it clear  that workers have to do what they are ordered to do and cannot be held accountable for executing the decisions taken by their employers or their Minister.  But this calling of names is something which is now very synonymous  with such quarters.

2012.04.26 - orange trees in full bloom awaiting the chainsaw and the bulldozer!

The ELC is responsible to the Minister of Resource, whom it shields.  The mania about creating gardens in such fashion, is something well known within this Ministry. A few years ago there was an attempt to transform Buskett into a garden!!

A wild Laurel tree at Buskett - an EU Natura 2000 site - mutilated by ELC with Ministerial approval, in the attempt to transform Buskett into a garden, before MEPA intervened and stopped the works.

Everyone knows of the massacre executed at Buskett by ELC with the blessing of their Minister. Now we have the transformation of the Mdina Ditch into a garden, with TURF and fountains as the Save the Tree site  have been informed by  an ELC alleged spokesman.

Uprooting trees to create  a garden….. very hard to believe. Substituting them with  TURF which takes gallons and gallons of water, such a rare resource in the Maltese Islands, especially in the hot summer months.  The paving of straight-line paths furthermore contributed  to the uprooting of  even more trees. This Ministry seems to have a mania with expanses of turf and dancing-water and fountains, like the dancing-water at St. George’s Square in Valletta. And believe it or not, all this  has been approved by a Ministry responsible for the local scarce resource of WATER, and also for Climate change!!  Unbelievable! I am sure that a  spokesman for this Ministry will come up with some crude explanation and possibly with  more calling of names. But one has to accept that some Ministries  are very good at this type of dialogue! It is their forte.

2012.04.06 - The beauty of the Mdina Ditch - a biodiversity haven. Is this going to be cleared away to make room for a garden? And is this going to be undertaken by EU funds as an insider from ELC has indicated?

The reference to EU funds by the ELC alleged-worker in the Save the Trees blog is interesting because it is coming from this semi-official  bloger in favour of this project leading the public to understand that this project is funded by the EU, saying that 85% of the total cost of the €6.2m project is being funded by the EU! This creates and incongruency with the press release issued by the Minister which  said that it was being done by the Minster’s (public) funds “The works are being carried out by the Restoration Directorate of the Ministry for Resources and Rural Affairs.” No mention of EU funds; and “The project, costing  €1,200,000, is due to be completed by the end of this year.”  See the attached link for the official press release: http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120406/local/works-start-on-recreation-area-in-mdina-ditch.414277

When I visited the site, I failed to notice any reference to any EU involvement on the site. Now if there are any funds from the EU, one of the obligations is that the EU logo has to appear on all the publicity for the project. There are now two version with reference to the financial input to this project: the Ministerial publicity which refrains from mentioning any EU involvement; and EU funding according to a bloger with ELC connections.  Which is the correct version?  I am sure that the EU would be very interested in knowing  how its funds, if it has funded this project, are being ‘used’ and ‘managed’, what the public opinion vis-a-vis this project is, and how such project is impacting on biodiversity!

According to EU obligations, whether it has financed the project or not, the  public is entitled to a breakdown of the money which is going into this project, such as  how much the turf will cost, the quantity of water it will consume per annun and at what cost; how much will be the upkeep, how much did the planners and designers charge, and how much will the launching of the  project cost.

The lack of any biodiversity and social concept are evidently lacking to any informed visitor. This view is sustained by the comments supporting this project on the Save the Trees  blog: Orange trees are being uprooted because they interfere with the vision of the bastions, but fountains do not! And insects and birds aren’t going to commit suicide, if they do not find a tree, they go on another one, the  Rabat environs are full of trees. ( L-insetti u l-ghasafar mhux ser jaghmlu suwwicidju, jekk ma jsibux sigra, imorru fuq ohra, inhawi tar-Rabat huma mimlija sigar min daqsekk). Not surprising at all since this is the recurring approach used by the Ministry under whose responsibility this project falls!  No wonder that when the same Ministry was responsible for the EU measure to tackle biodiversity loss, it made a complete mess and failure out of it.

The official Ministerial publicity material attached to the bastins, (shown above) states that this project is a Rehabillitation of the ditch. In contrast, the bloger with ELC inside informations states that “The ditch outside Mdina’s bastions from Greek’s gate to Xara Palace including the area below the main gate, is being turned into a recreational space which will be open to the public”. There is a great difference between ‘rehabilitation of the ditch’ and changing its use to a recreational area, especially when the tennis court, the basketball pitch, and the football pitch, which formed part of the ditch to be rehabilitated have been removed.

Somebody is surely trying to take the people for a ride despite the fact that the Prime Minister has promised that he will come closer to the people to listen to what they  have to say…………    I understand that heeding it is another matter!


Bżonn ta’ aktar immanniġġar tas-Siġar Maltin

March 5, 2012

It-Tnejn, 5 ta’ Marzu, 2012

miktub minn Gaetano Micallef

Il-ġlieda ta’ raġel biex isalva s-siġar lokali

 Il-“massakru” tas-siġar lokali u l-importazzjoni ta’ ċertu speċi ta’ siġar u pjanti li magħhom qed iġibu ċertu nsetti qed jinkwetaw lill-ambjentalist ALFRED E. BALDACCHINO kif wieħed jista’ jara mill-blog tiegħu. GAETANO MICALLEF iltaqa’ miegħu biex jara għaliex mhux jara futur għas-siġar indiġeni u cioè dawk tal-lokal. Fil-blog tiegħek għidt li s-siġar lokali qed jiġu “immassakrati”. X’ridt tgħid biha? X’qed iwassal għal dak li qed tiddeskrivi bħala trattament inaċċettabbli tas-siġar? Skont il-prinċipji tal-UE hemm bżonn ta’ regolatur u operatur biex l-affarijiet jitmexxew sewwa. Jekk nieħdu l-qasam tal-enerġija għandek il-korporazzjoni Enemalta li hija l-operatur waqt li fil-qasam tal-ilma nsibu l-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma li wkoll hija operatur. Imma t-tnejn li huma regolati mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi (MRA). Issa fil-qasam tal-‘landscaping’ insibu l-operatur, li huwa l-partner privat tal-Gvern, imma uffiċjalment m’hemmx indikazzjoni li hemm xi regolatur. Din tista’ twassal biex id-deċiżjonijiet u l-politika ta’ dan ix-xogħol titfassal mill-operatur innifsu. Ngħidu aħna, xi speċi ta’ siġar u arbuxelli jitħawwlu, minn fejn jinġiebu, jekk għandhomx jiġu impurtati, fejn jitħawlu, minn fejn jinqalgħu, jekk humiex skont il-liġi u jekk jonorawx l-obbligi internazzjonali li għandu l-pajjiż. Imma jidher li m’hemmx regolatur biex jgħid “ara, din l-ispeċi m’għandiex tintuża għax din għandha impatt negattiv fuq is-soċjetà, l-ekonomija u l-ekoloġija”. L-operatur m’għandux direzzjoni u mhux regolat. Ara f’Għawdex ħaġa bħal din ma tiġrix. M’ilux kont hemm u staqsejt uffiċjal fil-ministeru għaliex kuntrarju għal Malta ma rajtx il-pjanti li jgħidulhom is-Swaba tal-Madonna u l-Pjuma meta f’Malta dawn tarahom kważi kullimkien. Ir-risposta kienet li f’Għawdex huma jiddeċiedu liema pjanti jitħawlu u mhux il-kuntrattur. U billi jafu li kemm is-Swaba tal-Madonna u l-Pjuma huma pjanti invażivi ma jridux li dawn jidħlu Għawdex u jinfirxu kullimkien bi ħsara ekonomika, ekoloġika u soċjali. Tgħidli x’għandhom ħażin dawn il-pjanti? Dawn huma fost l-agħar pjanti invażivi fl-Ewropa. Pjanta invażiva hija dik li meta tiddaħħal minn barra taħrab u tinfirex mal-pajjiż fejn qatt ma kienet tikber qabel. Is-Swaba tal-Madonna hija pjanta Sud-Afrikana. Li pjanta minn barra tiddaħħal fil-pajjiż ma fiha xejn ħażin fiha nnifisha sakemm ma tkunx waħda li faċli taħrab bi ħsara kbira ekoloġika, soċjali u anke ekonomika għall-pajjiż. U meta din taħrab, tinfirex u tistabilixxi ruħha ma jkunx possibbli li tiġi kontrollata u meqruda. Ħares lejn il-Ħaxixa Ingliża jew il-Qarsu kif jafuh xi wħud. Din inġiebet xi 100 sena ilu mill-Afrika t’Isfel u tpoġġiet fil-Ġnien Botaniku fil-Floriana. Minn hemm infirxet u mliet Malta, Għawdex u Kemmuna. Saret invażiva għax illum qed tikber bla kontroll, ma tistax tiġi kontrollata u impossibbli li tiġi eliminata. Fil-fatt minn hawn Malta waslet anke Tuneż u Sqallija.

Imma mhux kull pjanta tista’ titqaċċat jew titneħħa?

Impossibbli. Kif tista’ telimina l-Ingliża minn hawn Malta li tikber kullimkien u tiksi kullimkien? Anke mas-swar u mal-irdumijiet. Jew is-Siġra tar-Riġnu jew is-Siġra tax-Xumakk? Meta tidħol speċi u ssir invażiva jkun impossibbli teliminaha. Fl-UE l-pjanta tas-Swaba tal-Madonna hija meqjusa fost l-iktar mija invażivi. U aħna nħawluha fit-toroq! Min qed jagħmel il-politika? Ir-regolatur? Anke jekk m’hawnx regolatur xorta waħda tibqa’ ir-responsabilità tal-Gvern li jara li l-obbligi internazzjonali li l-pajjiż għandu jiġu onorati. U għaliex dan l-interess u din l-għebusija tar-ras biex din il-pjanta u oħrajn invażivi bħala jibqgħu jiġu mħawla u mħallsa bi flus pubbliċi? Din jista’ jweġibha biss min qed jagħmel il-politika f’dan il-qasam. Sadanittant, is-soċjetà, l-ekonomija u l-ekoloġija jħallsu għal din il-politika żbaljata. Id-deċiżjoni li jkun hemm sieħeb privat mal-Gvern, f’dan il-każ l-ELC, mhux idea ħażina. Imma ma jistax ikun hemm operatur bla regolatur iktar u iktar meta l-operatur għandu €7 miljun kull sena għal ħames snin, jingħata l-mixtliet tal-Gvern biex jopera minnhom, jingħata l-makkinarju bħall-bowsers tal-Gvern biex jaħdem bihom u anke ħaddiema li kienu jaħdmu mad-Dipartiment tal-Agrikoltura f’dan il-qasam. F’din is-sħubija hemm riżorsi tajbin, kemm finanzjarji u umani, imma la hemm il-viżjoni u lanqas id-direzzjoni biex l-għan jintlaħaq. Il-Gvern huwa marbut mal-liġijiet lokali u anke b’dawk tal-UE u b’konvenzjonijiet internazzjonali rigward il-ħarsien u l-immaniġġjar tal-biodiversità imma kemm qed ikunu riflessi fix-xogħol li qed isir f’dan il-qasam ta’ tisbiħ tal-pajjiż? Dan narawh iktar ċar meta wieħed jara, fost orajn l-pubblikazzjonijiet uffiċjali tal-MEPA fejn jgħidu liema huma l-ispeċi invażivi li huma ta’ ħsara għall-ekoloġija lokali … fosthom is-Swaba tal-Madonna u l-Pjuma. Imma minkejja dan kollu ara kemm flus pubbliċi għadhom jintefqu fl-importazzjoni ta’ siġar eżotiċi, uħud minnhom invażivi, jew li jġibu magħhom speċi invażi. Ma tara l-ebda sinjal ta’ tkabbir ta’ siġar indiġeni lokali. Mela għala noqgħodu nippubblikaw pjanijiet, strateġiji u miżuri oħra favur l-ambjent meta dawn qed jiġu kompletament injorati? Jekk wieħed iħares lejn l-irdumijiet viċin tal-Blue Grotto jara li magħhom tikber is-Swaba tal-Madonna b’kompetizzjoni għall-pjanti indiġeni, uħud endemiċi, li jikbru hemm. Veru li dawn is-Swaba tal-Madonna kienu qed jikbru hemm qabel ma bdew jitħawlu fit-toroq. Allura nkomplu nżidu l-opportunità għal din il-pjanta biex tkompli tinfirex u tikber f’ambjent naturali mhedded.

Is-Swaba tal-Madonna – pjanta li l-UE tqis li hija fostl-aktar 100 pjanta invaziva. Hawn Malta, flus pubblici jintuzaw biex din tkompli tithawwel fit-toroqf pubblici

Anke l-Pjuma qed tinfirex sewwa u rajtha f’għelieqi, tikber taħt il-bankini fit-toroq, fil-widien u anke fix-xagħri. Min sejjer iħallas biex din tiġi ikkontrollata skont l-obbligi legali tal-pajjiż? Min sejjer jirrispondi għall-ksur tal-liġijiet u l-obbligi internazzjonali li l-pajjiż għandu biex ma jħallix pjanti invażivi jkomplu jinfirxu fl-ambjent naturali?

Il-Pjuma – pjanta invażiva li qed tinferex sewwa b'impatt negattiv soċjali u ambjentali

Kull speċi invażiva hija ħażina għall-ambjent lokali?  Mhux kull pjanta importata hija ta’ theddida għall-ambjent. Erħilha li meta dawn jiġu impurtati, magħhom jdaħħlu wkoll speċi oħra anke jekk magħhom ikollhom iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-pjanti. Hekk kellhom is-siġar tal-Palm li magħhom daħal il-Bumunqar Aħmar tal-Palm. Għalhekk għandu jkun hemm regolatur professjonali biex lill-operatur jgħidlu xi speċi għandu juża fit-tisbiħ tal-pajjiż. Li kieku kien hemm regolatur xjentifiku u professjonali ma kienux jitħallew jiġu impurtati siġar tal-Palm mill-Ewropa u mill-Eġittu meta dawn kienu diġà mifnijin bil-Bumunqar l-Aħmar tal-Palm. Kieku ma kienux jitħallew jiġu mħawla ma’ Malta kollha s-Swaba tal-Madonna u l-Pjumi. Imma jekk wieħed iħares biss lejn il-parti kummerċjali mingħajr ma jagħti każ tal-impatt negattiv soċjali u dak ekoloġiku li dawn jista’ jkollhom allura dak li jiġri. Fl-aħħar mill-aħħar ir-responsabilita hija tal-Gvern imma bħalissa qisu l-Gvern qed jagħti ċekk iffirmat imma vojt u l-ammont jintela minn min jirċievi ċ-ċekk.

Imma fl-ELC ma hemm ħadd li jifhem fil-pjanti u s-siġar?Ma nistax nimmaġina li ma hemmx. Li kieku le, kif ġiet fdata b’din ir-responsabilità f’idejha? Naħseb li hemm min għandu ħafna esperjenza f’dan il-qasam u għalhekk niskanta kif isiru dawn l-affarijiet u jinġiebu pjanti invażi li mhumiex ta’ ġid għas-soċjetà u għall-ambjent ekoloġiku. U għalhekk ukoll ma nistax nifhem kif fil-mixtliet tal-Gvern ma jitkabbrux iktar siġar indiġeni bħal-Luq, il-Ballut, l-Għargħar, id-Deru, is-Safsafa l-Kbira, l-Għanżalor, il-Fraxxnu, il-Ħarrub, iż-Żagħrun, ir-Rummien, il-Lewż u ż-Żnuber. Minbarra li dawn inaqqsu t-theddida ta’ speċi oħra li jġibu magħhom dawk importati – bħal bebbux, pjanti, insetti u rettili – immaniġġjar bħal dan jiffranka ħafna flus milli jmorru barra minn Malta u minflok jintefqu hawn u jservu ta’ ġid għall-ambjent. Imma għidli kemm-il siġra indiġena minn dawn li semmejt tara biex jissebbaħ l-ambjent urban? Fil-passat il-mixtliet tal-Gvern, anke jekk mingħajr r-riżorsi finanzjarji li għandhom illum, kienu jagħmlu kollox u minkejja li kienu wkoll jiżirgħu u jħawlu siġar mhux adattati għal pajjiżna, bħall-Akaċja u l-Ewkalyptus, ma kinux jimpurtaw siġar bħal ma qed isir illum u għalhekk ma kienx ikun hemm periklu li jidħlu speċi barranin. Bil-politika li qed tiġi mħaddma llum, f’dawn l-aħħar snin daħlu ħafna speċi invażivi. Huwa ferm diffiċli li meta tiddaħħal pjanta stabbilita ma ddaħħalx magħha xi speċi oħra anke fil-ħamrija li jkollha. Meta ddaħħlu s-siġar tal-Palm uħud minnhom kienu twal xi żewġ sulari u kważi impossibbli li ma jkunx hemm speċi magħhom. Il-Bumunqar l-Aħmar jgħix l-Asja. Hemm l-ambjent tiegħu. Daħal fl-Eġittu mas-siġar tal-Palm u mill-Eġittu sab ruħu fl-Ewropa mas-siġar tal-Palm li ġew esportati hemm. Fl-Afrika ta’ Fuq dan il-Bumunqar huwa ‘pest’ għax qed jeqred ħafna siġar tat-tamal u kellu impatt negattiv fuq din l-industrija.

Ir-riżultat ta' deċiżjonijiet mhux professjonali – waħda mill 400 siġra tal-palm, maqtula mill-Bumunqar Aħmar tal-Palm li ddaħħal mas-siġar importati.

Issa xi ħadd f’Malta kellu l-idea “inteliġenti” li jixtri s-siġar mill-Eġittu u anke minn Spanja u Sqallija li kienu impurtawhom mill-Eġittu u sal-lum inqerdu mal-400 palma li wħud minnhom kienu ta’ valur storiku. Sa issa dan il-Bumunqar għadu għaddej joqtol kull siġra tal-Palm li jiltaqa’ magħha u qed jintefqu ammont ta’ flus biex dan jipprova jitwaqqaf. F’Malta daħlet ukoll il-Ħanfusa s-Sewda tat-Tut. Is-siġar tat-Tut u ċ-Ċawsli li kien hemm fil-Fiddien kollha sofrew ħafna minn din il-ħanfusa. Kif ġralhom ħafna f’ġonna privati. Issa siġar tat-Tut m’hawnx ħafna f’pajjiżna u daret fuq is-siġar tat-Tin. Min qed iħallas għal dan? L-impatt qed inħallsuh jien u int. Daħal ukoll il-Farfett tas-Sardinell. Kulħadd jilmenta fuqu. Għandi erba’ qsari tas-Sardinell fit-terazzin biex nistudja dan il-farfett … kull sena joqtolhom. Biex wieħed ikompli jara n-nuqqas ta’ miżuri professjonali qed ikomplu jitħawlu s-Sardinell matul it-toroq biex dan il-farfett ikollu iktar pjanti fuqhiex ibid, jiekol, joktor u jinfirex! Diġà qed jinstab jittajjar fil-widien tagħna fejn għandna pjanta mill-istess familja tas-Sardinell li s’issa għadu ma misshomx. Nispera li issa ma narawx impjegati jbixxu kull Sardinella li jaraw bil-kimika biex joqtlu dan il-farfett! Daħlet ukoll is-susa tat-tadam. Qerdet ħbula wara ħbula ta’ tadam. Daħlet għax l-attivitajiet kummerċjali jieħdu preferenza fuq il-ħarsien soċjali u ekoloġiku. Imma hawn xi ħadd li jimpurtah u jieħu ħsieb li dawn l-affarijiet ma jiġrux?  Għandek ukoll numru kbir ta’ speċi ta’ bebbux tal-art li ddaħħal mal-pjanti impurtati. Sa issa għadu ma jinħasx imma meta jibda jinħass imbagħad naħseb li nibdew naraw kif se jintefqu l-flus biex jiġu ikkontrollati. Illum jitħawlu fjuri bħall-Pensieri, Qronfol Tork, Petunji u Sardinell li wara ftit ġimgħat jispiċċa żmienhom u jinħartu biex jerġgħu jitħawlu oħrajn. Ma nistax ngħid li mhumiex sbieħ imma meta fil-gżejjer tagħna għandna ’l fuq minn 1,000 pjanta selvaġġa kollha adattati għall-klima tagħna, li m’għandhomx bżonn ħafna ilma, allura għaliex ma nużawx dawn u nkunu qed inħarsu aħjar l-ambjent ekoloġiku u fl-istess ħin inħarsu l-ekonomija tal-pajjiż. Din bħall-kwistjoni tal-ilma. L-UE tobbliga li l-ilma tad-drenaġġ ma jistax jintefa l-baħar mhux imsaffi. X’ġara? Investejna f’impjanti biex jittrattaw dan l-ilma imma wara li jiġi msaffi jerġa’ jintrema l-baħar u mbagħad nerġgħu ntella ilma baħar iktar ikkonċentrat biex jerġa’ jissaffa mir-reverse osmosis ħalli jittieħed għax-xorb. L-istess qed jiġri fit-tisbiħ tal-pajjiż bil-pjanti. Jekk dan  immaniġġjar professjonali nixtieq lil xi ħadd jgħidli xi jfisser dilettantiżmu!

Jiġifieri bħala prinċipju taqbel li m’għandhom jidħlu ebda speċi barranin? Le, mhux qed ngħid hekk.  Hemm ftehim internazzjonali, li wkoll jagħmel parti mir-regolamenti tal-UE u li l-prinċipji tiegħu huma nklużi fil-liġijiet lokali, magħruf bħala l-“prinċipju ta’ prekawzjoni” li permess tiegħu jekk se tittieħed xi deċiżjoni u ma jkunx magħruf x’impatt din se tħalli fuq l-ambjent u s-soċjetà allura din m’għandix tittieħed. Nifhem li jekk se ssir triq u hemm siġra jew siġar fin-nofs ma tistax tħallihom hemm. Imma ma jfissirx li mingħajr ma jkun hemm konsultazzjoni, ix-xogħol isir mingħajr l-ebda pjan ta’ immaniġġjar. Jekk hemm proġett ta’ żvilupp suppost li jkun hemm il-permess tal-MEPA. U meta jkun hemm siġar bħal dawn ikun hemm kundizzjonijiet ta’ kif sejrin jinqalgħu, minn sejjer jaqlahom u fejn sejrin jerġgħu jitħawlu. Nuqqas ta’ tagħrif lill-pubbliku joħloq ukoll ċertu suspetti. Is-siġar taż-Żebbuġ li nqalgħu minn ħdejn il-Monument tal-Gwerra fil-Floriana ġew impurtati u mħawla ftit tas-snin ilu. U s-siġar fejn sar it-terminus tal-Arriva fil-Belt ukoll inqalgħu biex minflokhom tħawlu siġar oħra kbar impurtati bi prezz mhux irħis. L-aħħar darba li mort hemm kelli ċans naraw li tnejn minnhom diġà nixfu. Meta nara dawn ir-riżorsi qed jinħlew u kif bihom jista’ jsir ferm iktar ġid ma nistax ma ninkwetax għal din il-‘laisse faire’. Meta wieħed iħares lejn ir-regolamenti tal-2001 dwar il-ħarsien tas-siġar, li kienu jagħtu ħarsien anke lis-siġar li jikbru fl-urban u li kienu ġew ippubblikat bi sħab bejn il-Ministru tal-Ambjent u dak tal-Agrikoltura, u meta wieħed jikkumpara kif dawn ġew emendati fl-2010, fejn ġew ippubblikat mill-Ministeru tal-Ambjent biss u ma fihom l-ebda referenza għall-ħarsien tas-siġar li jikbru fl-urban, allura ma jistax ikun li dan il-‘laisse faire’ ma jinħasx iktar. Mhux talli s-siġar indiġeni ma jintużawx fit-tisbiħ tal-pajjiż imma minħabba n-nuqqas ta’ regolatur uffiċjali numru ta’ siġar rari u mħarsa wkoll qed isofru minn din il-mentalità. Il-Professur John Borg, li darba kien Supretendent tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, kien jara li siġar Maltin rari fil-pajjiż kienu jitħawlu jew jinżergħu fil-Ġonna ta’ San Anton. Fosthom kien hemm is-siġra rarissima magħrufa bħala s-Siġra tal-Kuruna, li aktarx hija l-unika waħda li għad baqa’, tikber f’San Anton, li l-aħħar li rajtha ftit ġimgħat ilu ġabuha qisha kurċifiss!

Ix-Xewk tal-Kuruna – l-aħħar siġra Maltija ta' din l-ispeċi rari u mħarsa strettament, li qed tikber fil-Ġonna ta' San Anton. Imbiċċra.

Barra minn hekk numru ta’ Siġar tad-Deru li kien hemm jikbru fuq ġewwa mal-ħajt ta’ dan il-ġnien tqaċċtu mill-qiegħ nett. Żabra li min jagħmel il-politika u huwa responsabbli fl-immaniġġjar tas-siġar imissu jistħi jidher quddiem in-nies. Dan biex ma nsemmiex dak li ġara l-Buskett li huwa sit tan-Natura 2000.

Id-Deru - kien jikber matul il-ħajt tal-ġnien f'San Anton. Imqaċċat mill-qiegħ.

Imma forsi għalhekk ma jeżistix regolatur… biex ħadd ma jkun f’pożizzjoni li jistħi. Huwa faċli li wieħed iwaħħal fil-ħaddiema biex taparsi jkun jidher li ħa passi. Imma l-ħaddiema jagħmlu dak li jgħidulhom. U bla regolatur x’tistenna? L-iktar ħaġa li tweġġgħani li dawn qed isiru bi flus pubbliċi u ħadd ma jidher li huwa responsabbli.

Forsi l-akbar ċertifikat ta' inkompetenza f'dan il-qasam huwa il-mod kif siġar f'Natura 200 tal-EU, il-Buskett, ġie mżeblaħ, anki dan bi flus il-poplu. Darba din kiet siġra rari u mħarsa strettament - is-sigra tal-Fraxxnu.

Sakemm ikollna dan ir-regolatur jiddispjaċini ngħid li s-siġar indiġeni f’pajjiżna m’għandhomx futur sabiħ. Jekk għandhom futur. Jekk ix-xogħol jitmexxa b’għan kummerċjali biss, u mingħajr ma jittieħdu kunsiderazzjonijiet tal-għan soċjali u ekoloġiku, wieħed ma jistax jistenna li s-siġar indiġeni ma jibqgħux sejrin lura u li ma jidħlux iktar speċi invażivi. U waqt li l-profitt kummerċjali jeħduh l-individwi, il-prezz iħallsu l-poplu u l-ambjent ekoloġiku.

Ara x'żabra dik? Certifikat għal dak il-politiku li huwa responsabbli biex dan ma jħallihx isir.

Żabra bla ebda professjonalita, bla kuxjenza u bla mistħija.

Għall-ġid tal-poplu u tal-ambjent! Dan qed ngħidu fuq dak li qalu, li qrajt u li smajt, fuq dak li rajt, u fuq ir-riżultati ta' dan kollu, dejjem bi flus pubbliċi.

NOTA: Ir-ritratti ma jidhrux fl-artiklu oriġinali li deher fl-Orizzont, imma dawn żidthom jien fuq il-blogg u kollha huma ritratti li ħadt jien.


Illegal brick wall on the Rabat road

September 13, 2011

Following my contribution to The Times on the 26th August 2011,  MEPA has officially replied on 6th September 2011, confirming all the illegalities mentioned in my contribution.  My initial reply is also attached. May be interesting to readers.  I am attaching both the link to the MEPA’s letter, which is self explanatory,  and also a copy of the letter itself and the subsequent comments by readers.

I am attaching some photos  as a reminder of the illegalities which had to be corrected by the 7th September 2011, according to MEPA’s  enforcement notice (ECF 434/11) to Transport Malta.  Besides, according to MEPA, this would also show that my assertion that MEPA “like pale melancholy, sits retired, staring and ruminating its impotency to control the mauling of environmental and public assets” is wrong.

Blatant infringement of the Trees and Woodland Protection Regulations published on 24 ta’ May, 2011, over the signature of the Prime Minister, the Minster responsible for the Environment.

The brutal pruning of the protected Aleppo Pine, which could only have been carried out by approval from the Minister of Rural Affairs and the Minster for the Environmnet.

How the rubble wall protection regulations was brought to disrepute for one and all to see

When protected national heritage meets financial considerations and political decisions - despite the 'high level' of responsibility given to 'sustainable development'

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20110906/letters/Illegal-brick-wall-on-the-Rabat-road.383498

Tuesday, September 6, 2011 

Peter Gingell, communications manager,

Malta Environment and Planning Authority, Floriana

Illegal brick wall on the Rabat road

I refer to the article Trees, Rubble Walls And BSS (Alfred E. Baldacchino, August 26). Mr Baldacchino highlights the incident whereby works carried out during the construction of a new bus interchange facility, along the Rabat road near Ta’ Qali, resulted in a rural rubble wall being demolished and replaced by a brick wall, while concrete was shoddily laid around a number of Aleppo trees. Mr Baldacchino uses this incident to assert that the Malta Environment and Planning Authority, “like pale melancholy, sits retired, staring and ruminating its impotency to control the mauling of environmental and public assets”.

Contrary to the negative impression Mr Baldacchino tries to create for readers, the authority can confirm that on August 23, a few days before Mr Baldacchino’s article was published, Mepa had already issued an enforcement notice (ECF 434/11) against Transport Malta for having illegally demolished a protected rural rubble wall and replaced it with a brick wall. The authority also requested Transport Malta to remove the concrete from around the circumference of the affected tree trunks and under supervision, construct a “konka” to allow for better water percolation.

The authority has given Transport Malta up to 15 days to remove the illegality, following which Mepa may then take direct action. The Enforcement Directorate and the Environment Protection Directorate are monitoring closely the situation and inspected the site again last week. If, for Mr Baldacchino, the authority has been caught sitting “retired” and “staring”, then he is mistaken.

While the authority continues to do its utmost to ensure the implementation and enforcement of planning and environment regulations, it reminds the public and all government entities that we all bear shared responsibility in safeguarding our natural and built heritage.

5 Comments

Mr Tony Camilleri

Today, 12:13

Would anyone blame the people who think rightly or wrongly that corruption is rampant in MEPA?

Alfred E. Baldacchino

Today, 10:35

Indeed I am greatly obliged to MEPA for proving me right all along. MEPA has finally found its voice, 11 days after my article (26th August) saying it acted on the 23rd August, but found it only convenient to inform the public today.  15 days from August 23rd is September 7th: in two days time. MEPA will be hearing from me again, no doubt about it.

MEPA also felt offended when I said that it “like pale melancholy, sits retired, staring and ruminating its impotency to control the mauling of environmental and public assets”.  Such works should not have taken place in the first place, and not accomplished before MEPA acted and gave 15 days to the Transport Authority to correct illegalities, after which MEPA MAY consider taking action.

Thanks also to MEP for stressing that “all governemnt entities ..bear shared responsibility in safeguarding our natural and built heritage” This has been my contention all along.  Now MEPA is under the portfolio of the Prime Minister who was the chairman of the National Commission for Sustainable Development.” If MEPA does ‘not sit retired’ it could easily have whispered in the PM’s ears about the utiliy of such commission, before it was idle since 2006, and disbanded in 2008.

Let us wait for 7th Sepotember, 15 days given in the enforcement notice (ECF 434/11). to see if MEPA is “like pale melancholy, sits retired, staring and ruminating its impotency to control the mauling of environmental and public assets”.

PS – with reference to the ‘konka’ in MEPA’s letter, in Englsih this is referred to as a watering trench or watering well. A good Maltese dictionary can tell you this.

Bernard Storace

Today, 09:34

“The authority has given TransportMaltaup to 15 days to remove the illegality, following which Mepa may then take direct action”. MEPA ‘may’ take direct action, How? by turning the clock back. It’s never been done before and I believe will not be done now too.

What, no guts to stick up to the minister in charge. Action should be taken BEFORE and not after the crime against nature has taken place. Will the rubble wall be rebuilt? I doubt it very much and as usual the illegal stone wall will be sanctioned and more trees will die too. Another joke or what?

Alfred E. Zahra

Today, 16:08

If you or I want to get rid of a rubble wall or a tree, how can MEPA stop us? Not unless we are stupid enough to inform it of our plans beforehand. Mepa unfortunately is not like Joseph Muscat. It does not have Godly powers.

Mr Peter Murray

Today, 09:12

What hope do we have when governmental entity fail to obey the law or take the appropriate action when found out and ordered to take remedial action.Yet again we have Mr.Gingell only responding to complaints/concerns expressed via newspaper publications, yet seldom, if ever, to complaints lodged individually with his