Baldacchino, A.E. (2018) Siġar Maltin – tagħrif, tnissil, ħarsien, għajdut. Klabb Kotba Maltin. 226 pps + xxv.
Trid tkun taf aktar fuq is-siġar Maltin li jlibbsu u jżejnu pajjiżna? Trid issir tagħraf aktar kemm dawn jgħinnuna? Trid tgħin biex ikun hawn aktar għarfien u aktar apprezzament lejn dan il-wirt naturali? Naħseb li mela dan il-ktieb jinteressak. Dan għadu kif ġie ppublikat illum, L-Erbgħa, 4 ta’ April 2018. Aħseb għall-kopja kmieni. Iktibli jekk ikollok xi diffikultà biex issibu. Niżżik ħajr tal-għajnuna tiegħek biex flimkien inħarsu dak li ġejna mislufa.
- Jagħti tagħrif wiesa’ fuq is-siġar u jidħol aktar fil-fond fuq xi speċi indiġeni Maltin.
- Jiġbor tagħrif fuq il-ħajja tas-siġar u l-ambjent naturali tagħhom, kif dawn jistgħu jitnisslu u saħansitra jintużaw fit-tisbiħ tal-art.
- Juri ritratt bil-kulur ta’ kull speċi msemmija, kif ukoll taz-zokk, tal-werqa, tal-fjura u taż-żerriegħa.
- Jagħti tagħrif ukoll fuq kif dawn kienu jintużaw fil-mediċina tradizzjonali, kif jissemmew fil-mitoloġija u fil-Bibbja.
- Jissemmew ukoll il-prinċipji tal-ħarsien, l-użu u l-immaniġġar tas-siġar u t-theddid minn speċi invażivi.
- Ifiehem l-obbligi dwar il-ħarsien tas-siġar u l-ambjent naturali tagħhom – kemm dirett kif ukoll indirett – li Malta għandha bħala msieħba f’numru ta’ ftehimiet internazzjonali u anki dawk bħala Pajjiż Imsieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Il-ktieb jagħti wkoll ħarsa lejn il-liġijiet tal-ħarsien tas-siġar: mill-ewwel regolament li ġie ppubblikat fil-Gżejjer Maltin sa dawk li hemm fis-seħħ illum.
Siġar Maltin – tagħrif, tnissil, ħarsien, għidut huwa ta’ għajnuna għall-għalliema u dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar is-siġar, jew biex jgħallmu aktar l-imħabba u l-għarfien tagħhom bħala parti mill-ħajja naturali li taqsam din l-art magħna.
aebaldacchino@gmail.com
għal aktar pubblikazzjonijiet fuq il-biodiversità Maltija ara: