Il-bikja tal-Buskett

December 21, 2017

‘Il-bikja tal-Buskett’

Il-Ħamis, 21 ta’ Diċembru 2017

Alfred E. Baldacchino

Irċevejt minn għand ħabiba tiegħi (li niżżijha ħajr u nixtieqilha Milied hieni u sena mimlija paċi, risq u barka) vidjo qasir dwar l-imħabba tal-ambjent li jġib l-isem ta’ Il-bikja tal-Buskett.

Dan il-vidjo juri mhux biss l-imħabba tal-ambjent naturali, imma juri wkoll ir-responsabiltà li aħna għandna biex inħarsu dan il-wirt uniku. Wirt li għaddewlna missierijietna biex aħna nerġgħu ngħadduh lura lil min silifulna.

Dan il-vidjo ġie mtella’ u preżentat  mill-istudenti tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn tal-MCAST, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Kurrikulu tal-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Il-bikja tal-Buskett huwa addattament tal-poeżija tal-poeta Professur Oliver Friggieri.

Xtaqt li nwassal din il-vidjo mitqlu deheb lill-qarrejja kollha ta’ dan il-blog u lil dawk kollha li dawn il-qarrejja jogħġobhom jaqsmu magħhom dan il-messaqq qawwi.

U ħassejt li għandi ngħaddi dan il-vidjo wkoll lill-Ministru tal-Ambjent José Herrera, lill-Ministeru tiegħu, kif ukoll lill-Awtorità tal-Ambjent u tar-Riżorsi – l-ERA, li tinstab fil-portfolio ta’ dan il-Ministru.

Nieħu din l-opportunità biex nawgura lill-Ministru José Herrera, lill-Ministeru tiegħu u lill-ERA, Milied hieni, u s-sena 2018 mimlija hena, barka, u bidu ta’ ħidma sfieqa lejn t-tisħiħ ta’ kuxjenza pubblika favur il-ħarfsien u l-apprezzament tal-ambjent biex flimkien nilħqu l-għan tar-responsabbiltà li lkoll ghandna lejn il-ġenerazzjoni tal-lum u ta’ dawk futuri.

ara l-vidjo l-bikja tal-Buskett  

https://www.youtube.com/watch?v=MhIjxaXVnYQ&feature=share 

 

aebaldacchino@gmail.com 

 

Advertisements