Kalendarju b’siġar Maltin

December 5, 2019

5 ta’ Diċembru 2019

Alfred E. Baldacchino

Dan il-kalendarju għal 2020 b’siġar Maltin għadu kemm ġie ppubblikat minn Zahra Enterprises Ltd.

Dan il-kalendarju jiftaħ tieqa ġdida kull xahar fuq siġra Maltija li wieħed jista’ jara fil-gżejjer Maltin u Għawdxin.  Minbarra li juri x-xahar u d-data, għal xahar sħiħ juri siġra fl-aqwa tagħha, mlibbsa u mżejna bil-lwien. Wieħed jista’ wkoll jara din is-siġra fl-ambjent naturali ta’ pajjżna matul dan iż-żmien.

Għalhekk dan il-kalendarju huwa wkoll mezz edukattiv ta’ kif wieħed jista’ japprezza u jitgħallem dwar dan il-wirt ta’ pajjiżna.

 

aebaldacchino@gmail.com

 www.zahra.com.mt