Wied il-Qlejgħa

February 20, 2017

Wied il-Qlejgħa

Alfred E. Baldacchino

mistieden fil-programm Għalina lkol ta’ Sonia Young 

16 ta’ Frar, 2017

isma l-programm billi tagħfas fuq il-vleġġa.

2017-02-12-wied-il-qlejgha

2017-02-12-sigar-tal-luq

Il-luq – siġra indiġena Maltija li tikber matul in-nixxigħat

08-01-08-sigra-tar-rignu

Is-siġra tar-riġnu, siġra oħra invażiva li tikber matul il-Wied. U dejjem tifrex u tiżdied.

2008-01-15-eucalypus

Is-siġra tal-ewkalyptus, siġra Awstraljana li tnixxef kull fejn tikber, tiddomina Wied il-Qlejgħa.

2008-01-15-aliens-sp-acacia

Siġra invażiva oħra Awstraljana li hija r-reġina ta’ Wied il-Qlejgħa

2016,02,12 - in-nixfa tax-xitwa 2016

L-lqugħ ta’ fuq, niexef wara xitwa ming’ajr xita. Juri wkoll in-nuqqas ta’ immaniġġar professjonali li għandu bżonn il-wied.

01-12-2011-wied-i-qlejgha

Wied il-Qlejgħa fis-sbuħija kollha tiegħu meta tagħmel ix-xita. Imma ftit li xejn huwa apprezzat.

2017-02-12-skartGħemejjel il-bniedem, li kif jgħidu huwa fost l-aktar intelliġenti mill-ħlejjaq kollha fuq din l-art.

 

2017-02-12-papri-2

Papri invażivi tal-irziezet mitluqa hemm mill-bniedem.

 

 

 

 

 

 

Advertisements

Jappella biex Chadwick lakes jigi mmaniġġat aħjar

February 12, 2017

tvm-logo

Il-Ħadd, 12 ta’ Frar, 2017

http://www.tvm.com.mt/mt/news/jappella-biex-chadwick-lakes-jigi-mmaniggjat-ahjar/

 

Intervista ma’ Melvic Zammit dwar il-bżonn li Wied il-Qlejgħa jkun immaniġġat u mħares aħjar.

2017-02-12-wied-il-qlejgha

Is-seher tal-ilma: fejn hemm l-ilma hemm il-ħajja; fejn ma hemmx ilma ma hemmx ħajja.

2017-02-12-sigar-tal-luq

Siġar ħorfija tal-luq reqdin għax-xitwa jistennew it-tmellisa tar-rebbiegħa biex tlibbishom bil-weraq.


In-nixfa tax-xitwa u s-siġra tal-lewż

February 14, 2016

Alfred E. Baldacchino

Il-Ħadd 17 ta’ Frar, 2016

Nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Frar,  mort sa Wied il-Qlejgħa jew kif jafuh xi wħud Chadwick Lakes. Ma kontx qed nistenna li l-ilqugħ kienu se jkunu jfawwru minn wieħed għall-ieħor kif jagħmlu s-soltu fi Frar. Imma nħsadt għaliex Wied il-Qlejgħa kien qoxqox. Lanqas qatra ilma. Ħassejtni f’xi ġurnata f’Awissu.

wied niexef

Nixfa ta’ wied fi Frar li tbeżża’

Ma kien hemm l-ebda ċikkuġwiebi jindokra r-roqgħa tiegħu.

Ma kien hemm l-ebda ċikkuġwiebi jindokra r-roqgħa tiegħu.

Ma kienx hemm il-mużika tal-ilma jċafċaf bħas-soltu. Ma kien hemm l-ebda ċikkuġwiebi jissiefaħ fuq wiċċ l-ilma, jindokra l-roqgħa tiegħu u jħajjar xi sieħba biex jagħtu sehemhom u jkattru l-ispeċi. Lanqas marżep jew xi żrinġ wieħed meta s-soltu l-wied ikun miżgħud bihom. Fittixt iċ-ċfolloq tal-widien, li s-soltu kien jikber f’wiċċ l-ilma. Imma kif seta’ jikber f’dik in-nixfa.

Ħarsti waqgħet fuq l-għelieqi fil-madwar. Fix-xhur xitwin dawn jieħdu l-ilma tax-xita u jlestu l-art għaż-żergħa. Imma din is-sena qoxqox. Min sejjer jgħin lill-bdiewa bl-ilma biex dawn ikunu jistgħu jkabbru l-prodotti tagħhom għall-mejda.

Kienu s-siġar tal-lewż li taffewli ftit id-dieqa. F’dik in-nixfa kollha kienu mlibbsa kollha bojod bil-fjuri. Kienu juru rieda b’saħħitha biex ikomplu  jgħixu u jkompli joktru. Hekk imlibbsa kienu jolqtu lil minn jarahom u juruna l-faqar tagħna meta qed neqirdu dak li jwieżinna. Madwarhom il-ħoss, li lili jgħollina fis-seba’ sema, iż-żanżin tan-naħal, kollha bieżla jdakkru l-fjuri u jixorbu mill-għasel tagħhom waqt li jiġbru l-għabra tad-dakra li jieħdu ġewwa l-miġbħa fejn jagħmlu l-għasel u għaġna oħra bih. Għalanqas setgħu isibu fjuri friski mhux imbexxa minn kimika velenuża li tintuża mingħajr kontrol, imħallsa minn flus pubbliċi, biex xi wħud jinqdew kummerċjalment.

kewza2

Darba smajt lil xi ħadd jgħid li s-siġar Maltin mhux sbieħ għax ma jagħmlux fjuri.

Is-siġra tal-lewż ilha tikber fil-gżejjer Maltin mill-passat imbiegħed. Minħabba l-għajnuna tagħha lill-bniedem, mil-lvant nofsani fejn hija indiġena, ittieħedet madwar il-Mediterran kollu fejn anki bdiet tikber f’dan l-ambjent minn jhedda. Illum hija meqjusa bħala siġra arkeofita fil-gżejjer Maltin.

Minbarra li ssebbaħ l-art, is-siġra tal-lewż ittina l-frott u tiġbed lejha n-naħal kemm biex idakkruha kif ukoll biex jagħmlu l-għasel li jgħaddu lilna. Il-frott tagħha wkoll jgħin lill-għasafar.

Hija togħla minn 4 sa 10 metri, fuq zokk li jista’ jilħaq 30 ċm diametru. Il-fjuri, b’diametru ta’ 3 sa 5 ċm, ikollhom ħames petali bojod b’leħħa rosa mitfija. Jistgħu jidhru kmieni sa minn Frar u jiksu l-għesieleġ għarwiena, qabel ma jidher il-weraq.

Il-frotta tkun bejn 3.5 ċm sa 6 ċm. Tkun imlaħħma, iebsa u magħluqa f’qoxra b’għadma iebsa ġo nofsha li ġo fiha jkun hemm żerriegħa waħda, rari tnejn. Din issir fis-sena ta’ wara, għall-ħabta ta’ Awissu. Dawk li jikbru fis-selvaġġ ikun qarsa. Dawk ikkultivati jkollhom togħma ħelwa.

Is-siġra tal-lewż tista’ tgħix minn 70 sa 80 sena. F’ħafna pajjiżi tintuża wkoll biex isebbaħ il-madwar fl-ibliet, waqt li l-fjuri joffru ammont kbir ta’ għasel, kemm lin-nahal, kif ukoll lill-ħlejjaq oħra, minbarra li l-frott tagħha joffri ukoll ikel lill-għasafar.

Waqt li kont sejjer lura għall-karozza għidt bejni u bejn ruħhi: imma kieku dawn is-siġar jintużaw fuq id-dwawar fit-toroq (roundabouts) ma jkunux sbieħ? Jew jintużaw fit-toroq u fit-tisbiħ tal-art fl-ibliet minflok dawk li jinbġabu minn pajjiżi bħall-Amerika t’isfel, l-Awstralja, u l-Afrika t’Isfel, ma jkunx ahjar? Ma jkunx aħjar li l-flus jintużaw fl-edukazzjoni tal-ambjent Malti, fit-tisbieħ u t-tisħiħ tiegħu minflok jintefqu barra minn Malta; u barra minn hekk ma jinġabux aktar mard u speċi invażivi oħra li qed jagħmlu ħsara ekonomika, ekoloġika u soċjali?

close up of flowerImma forsi dan ma jaqbilx lil dawk li qed jagħmlu qliegħ kbir minn flus pubbliċi u ma tantx jinteressahom is-saħħa, il-ħarsien tal-ambjent u tas-soċjetà Maltija. U milli jidher xi politiċi jaqblu ma’ dawn ukoll, għax iħallsuhom b’għajnehom magħluqa minkejja dan.

Ħarsa oħra lejn in-nixfa tal-wied ġagħlitni nistaqsi wkoll: kieku kellhom jiġu salvati ftit qtar tax-xita minn dawk li l-gvernijiet Maltin, bi spiża ta’ €57 miljun, qed jixkupaw lejn il-baħar, il-ħajja fil-wied ma kienetx tkun aħjar għal dawk kollha li ħajjithom hija msejjsa fuq l-ilma, inkluż il-bdiewa? Għalija din id-deċiżjoni li l-ilma tax-xita li jiġi b’xejn nixkupawħ il-baħar, hija waħda mid-deċiżjonijiet politiċi stupidi u suwiċidali li l-pajjiż fil-futur qarib irid iħallas preżż kbir soċjali, ambjentali, u ekonomiku. Min kienu dawk il-Ministri li wettqu dan il-pjan?

Dħalt fil-karozza lura għad-dar. Fuq ir-radju kien hemm l-aħbarijiet, fosthom kemm l-ekonomija tal-pajjiż sejra tajba u kemm din sejra tkompli tikber. U staqsejt lili nnifsi: imma dawn ħadu inkonsiderazzjoni l-prezz tal-qerda li qed issir fl-ambjent? Dawn ħadu inkonsiderazzjon il-prezz moħbi li l-poplu sejjer ikollu jġorr minħabba kemm deċiżjonijeit politiċi żbaljati, immaniġġar xejn professjonali tal-biodiversità, kif ukoll minħabba r-riżultat tal-kilba tal-bniedem għall-materjaliżmu li qed iwassal għal bdil fil-klima?

Meta nara n-nixfa f’Wied il-Qlejgha, wied pinċipali f’Malta, u nisma aħbarijiet bħal dawn, nasal biex ngħid li bagħal mgħammad idur mas-sienja, għandu viżjoni aktar determinanta u ġenwina u jaf fejn sejjer, milli wħud mill-politikanti li jmexxu dan il-pajjiż.

siġra tal-lewżImma għaliex dan il-pajjiż mhux qed jitħalla jikber u jitħalla juri s-sbuħija tiegħi fl-oqsma kollha, kif tagħmel is-siġra tal-lewż?

 

 

 

aebaldacchino@gmail.com

Is-siġra tal-Lewż  Prunus amygdalus Almond Tree

Ċfolloq tal-widien Rannunculus trichophyllus  Thread-leaved Water Crowfoot

Marżeb Discoglossus pictus  tadpole

Żrinġ Discoglossus pictus  Painted frog

Ċikkuġwiebi Odonata spp. Dragonflies

ara wkoll:

 

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2014/10/27/fallen-trees-and-lost-water/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2014/04/28/water-harvesting-culture/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2014/06/24/xqed-naghmlu-bl-ilma-tax-xita/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2013/11/20/aghmel-xita-aghmel-2/