Ktieb fuq Siġar Maltin


Baldacchino, A.E. (2018) Siġar Maltin – tagħrif, tnissil, ħarsien, għajdut.     Klabb Kotba Maltin. 226 pps +  xxv.

Trid tkun taf aktar fuq is-siġar Maltin li jlibbsu u jżejnu pajjiżna?  Trid issir tagħraf aktar kemm dawn jgħinnuna? Trid tgħin biex ikun hawn aktar għarfien u aktar apprezzament lejn dan il-wirt naturali? Naħseb li mela dan il-ktieb jinteressak. Dan għadu kif ġie ppublikat illum, L-Erbgħa, 4 ta’ April 2018. Aħseb għall-kopja kmieni. Iktibli jekk ikollok xi diffikultà biex issibu. Niżżik ħajr tal-għajnuna tiegħek biex flimkien inħarsu dak li ġejna mislufa.

  • Jagħti tagħrif wiesa’ fuq is-siġar u jidħol aktar fil-fond fuq xi speċi indiġeni Maltin.
  • Jiġbor tagħrif fuq il-ħajja tas-siġar u l-ambjent naturali tagħhom, kif dawn jistgħu jitnisslu u saħansitra jintużaw fit-tisbiħ tal-art.
  • Juri ritratt bil-kulur ta’ kull speċi msemmija, kif ukoll taz-zokk, tal-werqa, tal-fjura u taż-żerriegħa.
  • Jagħti tagħrif ukoll fuq kif dawn kienu jintużaw fil-mediċina tradizzjonali, kif jissemmew fil-mitoloġija u fil-Bibbja.
  • Jissemmew ukoll il-prinċipji tal-ħarsien, l-użu u l-immaniġġar tas-siġar u t-theddid minn speċi invażivi.
  • Ifiehem l-obbligi dwar il-ħarsien tas-siġar u l-ambjent naturali tagħhom – kemm dirett kif ukoll indirett – li Malta għandha bħala msieħba f’numru ta’ ftehimiet internazzjonali u anki dawk bħala Pajjiż Imsieħeb fl-Unjoni Ewropea.

Il-ktieb jagħti wkoll ħarsa lejn il-liġijiet tal-ħarsien tas-siġar: mill-ewwel regolament li ġie ppubblikat fil-Gżejjer Maltin sa dawk li hemm fis-seħħ illum.

Siġar Maltin – tagħrif, tnissil, ħarsien, għidut huwa ta’ għajnuna għall-għalliema u dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar is-siġar, jew biex jgħallmu aktar l-imħabba u l-għarfien tagħhom bħala parti mill-ħajja naturali li taqsam din l-art magħna.

aebaldacchino@gmail.com

għal aktar pubblikazzjonijiet fuq il-biodiversità Maltija ara:

https://wp.me/PL6Mk-bP

Advertisements

7 Responses to Ktieb fuq Siġar Maltin

  1. BRIAN FARRUGIA says:

    Congratulations ! another very useful book !

  2. Joseph S Grima says:

    This will be a great addition to my library ! Excellent work !

  3. Nadia Cassar says:

    Grazzi hafna,

    Minn liema hwienet nista’ nixtri dan il-ktieb u bosta ohra minn tieghek fl-inhawi tar-Rabat, Mosta, Attard, Naxxar jew Rahal Gdid / Fgura / Zabbar ?

    Prosit u sahha, Nadia

    • Grazzi lilek Nadia.

      Dan il-ktieb tista’ ssibu kemm għand il-ħanut tal-Klabb Kotba Maltin il-Belt, jew għand l-Agenda Bookshops, kif ukoll jista’ jkollhom xi bookshops oħrajn. Għadu qed jitqassam għax għadu kif ġie mitbuh.

      Jekk issib xi diffikulta, jien għandi wkoll, kemm minn dan kif ukoll mill-oħrajn.
      Grazzi tal-għajnuna tiegħek fit-tixrid tat-tagħrif fuq il-biodiversità li tlibbes pajjiżna.

  4. Dennis Ellul says:

    Interesanti hafna Ta min jakwista kopja..

    Facebook Malta Bonsai Art.
    Dennis Ellul

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.

%d bloggers like this: