Xi tfisser Horfija?
Dan l-ahhar ergajt mort hdejn il-luq ta’ Monte Karmeli. Nahseb li hemm 7-8 sigra meqruda. Biss il-hfana iz-zragen li hemm ma waqqawx weraq. Ghaliex?
Ħorfija bl-Ingliż tfisser deciduous, jiġifieri, twaqqa’ l-weraq kull sena. Hija ħasra kif qed tgħid li 7 sa 8 siġar tal-luq maturi inqerdu quddiem Wied Inċita. Jew kien hemm xi ħadd li ma setgħax jara n-nar tal-festi, jew inkella tant hu kburi bil-faċċata tad-dar tiegħu li jrid lil kul minn jgħaddi minn quddiemu jara l-faċċata tad-dar, jew inkella… Hu min hu, imma għandu mibgħeda kbira għas-siġar Maltin u għandu bżonn edukazzjoni qawwija fuq il-wirt naturali. Mhux xi ħaġa rari f’pajjiżna.
Il-bgħula li telgħin mill-art madwar iż-żokk ewlieni jista’ jkun li għadhom bil-weraq kmieni minħabba li issa li s-siġra omm mietet, allura il-bgħula għandhom aktar ikel għaliex kif inqatlu s-siġar l-għeruq ma baqgħux jistgħu jtellgħu l-ikel lejn il-weraq li kien hemm meta s-siġar inqatlu.
Is-siġar mejta juru l-‘intelliġenza’ tal-ħafna f’pajjizna. U juru wkoll il-ħtieġa kbira li hemm dwar l-edukazzjoni fuq il-biodiversità, fosthom is-siġar. Forsi l-ERA titħajjar tagħmel xi ħaġa. Imma ma tantx jien ottimist!