L-enċiklika Laudato Si’ u l-kummerċ


NewsBook

It-Tlieta, 22 ta’ Settembru, 2015

L-enċiklika Laudato Si’ u l-kummerċ

Alfred E. Baldacchino

L-enċiklika tal-Papa Laudato Si’, ġiet imnedija fit-18 ta’ Ġunju 2015. Kien hemm ħames kelliema fit-tnedija tagħha. Diġa tajna ħarsa lejn x’qalu tnejn minn dawn, jiġifieri l-Kardinal Peter Turkson, u l- Metropolita Ortodoss John Zizioulas.

Illum naraw il-fehmiet ta’ Dr Carolyn Woo dwar din l-enċiklika. Tajjeb ngħidu li Carolyn Woo hija l-President tal-Catholic Relief Service li jaħdmu madwar id-dinja biex jgħinu l-fqar u l-vulnerabbli. Hija wkoll kienet id-dekan fil-Kulleġġ tal-Kummerċ f’Mendoza, fl-Università ta’ Notre Dame. Ma għandniex xi ngħidu li l-bażi tad-diskors tagħha hu msejjes fuq il-messaġġ li riedet twassal l-enċiklika dwar il-kummerċ.

Fit-tħejjija tad-diskors tagħha, Dr Woo kienet mgħejjuna minn Dr Anthony Annett, konsulent fuq il-bdil tal-klima u l-iżvilupp sostenibbli, fl-Istitut Earth, fl-Università ta’ Columbia; li wkoll għandu rabta mar-Reliġjonijiet għall-Paċi.

Dr Carolyn Woo fetħet id-diskors tagħha bil-mistoqsija li għamel il-Papa: “X’dinja rridu nħallu lil dawk li ġejjin warajna kif ukoll lil dawk it-tfal tal-lum?” Qalet li tħares lejn din il-mistoqsija bħala omm, u bħala waħda li tħares lejn il-kummerċ bħala sieħeb biex jeqred il-faqar, kif ukoll bħala għalliema ta’ dawk li huma midħla tal-kummerċ.

Dr-Woo

Dr Woo ssostni li l-enċiklika temmen li l-kummerċ huwa vokazzjoni li għandha l-għan, kif jgħid il-Papa, li tgħin lid-dinja u tista’ tkun fomm ta’ prosperità l-aktar meta jinħolqu impiegi bħala parti essential ta’ għajnuna għal ġid komuni. Il-Papa jagħmel enfasi, fost oħrajn, li dan il-kummerċ għandu jikkontrolla l-monopolji li jxekklu l-libertà kummerċjali, kif ukoll il-ħtieġa ta’ gvernar għaqli u onest fil-qafas tal-liġi. IMMA, kif qal il-Papa, l-kummerċ irid ikun l-ewwel u qabel kollox għal ġid komuni. U kull tip ta’ żvilupp għandu jkun żvilupp inklussiv li jwassal għall-ġid tal-ħafna u mhux tal-ftit.

Dr Woo kompliet b’referenza għax-xogħol b’reqqa u konsultattiv li sar mill-Akademji Pontfikali tax-Xjenzi u Xjenzi Soċjali u t-tħeġġiġ tal-Papa meta jgħid li “ix-xjenza hija l-aħjar għodda li biha nistgħu nisimgħu il-bikja tad-dinja”.

Il-ħajja kollha fid-dinja tagħna hija minsuġa, kif tispjega l-enċiklika, f’rabta ta’ tliet relazzjonijiet ewlenin: Alla, il-ġar tagħna, u d-dinja. Meta waħda minn dawn tkun imxellfa, hekk ukoll ikunu mxellfa it-tnejn l-oħra. Kif jgħid il-Papa din ir-rabta bejn id-dinja u l-fqar, twassal għall-kriżi waħda, kriżi komplessa li hija kemm soċjali kif ukoll ambjentali.

Dr Woo tgħallem li l-assi fid-dinja, kemm dawk li jidhru, kif ukoll dawk li ma jidhrux, huma tal-umanità kollha, tal-ġenerazzjonijiet kollha, li kulħadd għandu bżonnhom biex jgħix sewwa. U dawn, fost oħrajn jiġbru fihom l-ilma, l-arja, l-biodiversità, l-kultura, u l-materjal ġenetiku. Tgħid li l-enċiklika tagħmel referenza għall-biodiversità li mhux biss tbiddel l-ekosistema, imma tfakkarna li kull speċi mhux biss hija riżors li tista’ tiġi esplojtata, imma għandha valur fiha nnfisha, valur intrinsiku. Kull kreatura għandha l-għan tagħha fil-ħolqien. Xejn ma ġie maħluq u qiegħed hemm għalxejn.

Hawnhekk Dr Woo tgħid li t-twissija tal-Papa dwar il-periklu tal-egoiżmu u nuqqas ta’ ħsieb fit-tul, ifarrak lill-bniedem. Hija tislet silta mill-encicklika fejn tgħid: “Jekk nieqfu ninvestu fil-bniedem biex ingawdu minn profit finanzjarju fi żmien qasir, dan huwa kummerċ li ma jagħmel xejn ġid lis-soċjetà.” U żiedet tgħid li din hija viżjoni ta’ egoiżmu, viżjoni ħażina anki għall-kummerċ stess.

Biex l-iżvilupp jilħaq il-milja tiegħu, ikun ta’ dinjità u ta’ sodisfazzjon, il-kummerċ irid ikun aktar msejjes fuq studji ta’ impatti ambjentali, biex b’hekk kif tfisser l-enċiklika, ikun żvilupp sostenibbli li jindirizza t-tħassib għall-ambjent tad-dinja tagħna lkoll u għall-ġenerazjzonijeit ta’ għada.

Is-suq waħdu ma jsolvi l-ebda problema ambjentali, kif wara, kollox minkejja li t-teknoloġija għandha l-benefiċċji tagħha, din wkoll iġġorr prezz għoli ta’ responsabbiltà għaliex tħalli lil dawk li għandhom f’idejhom tagħrif u rizorsi jiddominaw l-umanità u d-dinja kollha. U minħabba dan, huwa importanti li l-kummerċ ikun imsejjes  u marbut mal-umanità u s-serviżżi lejha. Il-Papa  jgħid li d-direzzjoni  t-tajba hija li jkun hemm “konverżjoni ekoloġika’ ġenwina, bħala soluzzjoni mgħejjuna wkoll mill-kummerċ.”

Il-kummerċ jista’ jilħaq dan il-għan billi ma jużax it-tkabbir ekonmiku bħala l-għan ewlieni għall-kejl tas-suċċess. Il-prinċipju tal-użu sostenibbli huwa li jiġbor fih l-effett fuq l-ambjent u l-ġenerazzjonijiet futuri. Ma jistax ikun hemm tkabbar mingħajr qies u mingħajr limitu li jeqred in-nisġa ekoloġika. Mhux biss il-bdil fil-klima, imma anki l-aċidifikazzjoni  tal-ibħra, it-tniġġis kimiku, it-tnaqqis tal-ożonu, l-użu tal-art, il-ħela tar-riżorsi tal-ilma, u t-telf tal-biodiversità.

papa-franġisku

L-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali mhux ħela ta’ flus, imma aktar huwa investiment għaqli li jista’ jwassal għall-ġid ekonomiku fi żmien qarib. Dan jista’ jintlaħaq billi jitnaqqas l-skart, tintuża enerġija sostenibbli, isir riċiklaġġ biex jipprovdi opportunitajiet għall-kummerċ li wkoll iwassal lill-konsumatur biex jagħmel il-parti tiegħu ukoll.

L-enciklika, qalet Dr Woo, titkellem fuq żvilupp sostenibbli, u fissret kif l-iżvilupp sostenibbli ma jitkejjilx biss bi żvilupp ekonomiku. Qalet kif anki fil-ġisem tagħna l-bniedem, meta ċ-ċelloli tagħna jikbru mingħajr kontrol u mingħajr limitu, dan iwsasslu għall-marda tal-kankru. Kobor ekonmonika fis-soċjeta mingħajr kontrol u mingħajr limitu iwaslluna biex inxellfu difrejna mad-dinja.

Sfortunatament dan wiehed jista’ jarah iseħħ madwarna fid-dinja kollha fejn ir-rgħiba għall-qligħ u profitt jgħelbu kull sens ta’ kontroll, ħsieb u onestà. Anki f’pajjiżna b’dieqa ngħid li  nistgħu naraw li dan qiegħed jikber bla kontrol ta’ xejn minn ġurnata għall-oħra.

Jekk inżommu quddiem għajnejna l-mistoqsija li l-Papa staqsa fl-enċiklika “X’dinja irriduli nħallu lit-tfal tagħna?” allura nkunu mexjin fit-triq it-tajba. Dan nistgħu nilħquh, kif jgħallem il-Papa, billi naħdmu flimkien: gvernijiet, istituzjonijiet internazzjonali, kummerċ, għaqdiet mhux governattivi, u reliġjonijiet.

Kif seħqet fit-tmien tad-diskors tagħha Dr Woo, bi bdil ta’ ħsibijet u djalogu onest mingħajr tidwir ta’ kliem, msejjes fuq sejħa għall-konverżjoni ekoloġika, kif hija tant spjegata tajjeb f’din l-enċiklika, nistgħu nilħqu dan il-għan.

Hawn Malta qiegħdin nimxu f’din il-triq?

aebaldacchino@gmail.com

Ara wkoll:

Laudato Si’ – Tifhir lilek Mulej  – http://wp.me/pL6Mk-To

Il-Knisja Ortodossa u l-Enċiklika Laudato Si’.http://wp.me/pL6Mk-TT

 

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: