It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 8


NewsBook

It-Tnejn, 2 ta’ Marzu, 2015

It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 8

Alfred E. Baldacchino

Ix-xena lokali.

Fix-xena lokali, leħen waħdu għamel l-ewwel pass kuraġġuż barra l-ħitan tal-istituzzjoni soċjali tiegħu fuq din il-blata li jidher li qed tinxef mill-imħuħ intelletwali.

Il-mibki Mons. Professur Carmel Sant, fl-20 ta’ Diċembru 1986, kien għamel diskors fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni fis-seminarju f’Tal Virtù. Fid-diskors tiegħu “l-ambjent naturali: perspettiva biblika” qal b’mod ċar: “Hija r-responsabbiltà morali tal-bniedem li jindokra l-ħolqien madwaru ta’ Alla, li fuqu hija msejjsa l-eżistenza fiżika, u l-kobor spiritwali tiegħu stess”. “Għalhekk mhux biss dan hu fil-kompetenza tal-Knisja u l-Ministri tagħha li jindaħlu u jieħdu pożizzjoni biex jiddefendu l-ambjent, imma hija d-dover tagħha wkoll.”

13 - Prof-K-Sant-quote

Ta’ min wieħed hawnhekk iżid li dak iż-żmien iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni kienet saret fis-seminarju Tal-Virtù għaliex il-Fakultà tat-Teoloġija ma baqatx l-Università f’tal-Qroqq bl-iskuża li dan it-tagħlim u studju ma kellhomx ikunu sussidjata minn flus pubbliċi.

Aktar qrib tagħna rajna li d-Djoċesi tal-Knisja f’Malta waqqfet il-Kummissjoni tal-Ambjent tal-Knisja. Dan l-aħħar snin din il-Kummissjoni wessgħet il-firxa tagħha biex tiġbor fiha wkoll id-Djoċesi ta’ Għawdex. Din ħadet numru ta’ pożizzjojijet matul is-snin dwar il-biodiversità, u wieħed jittama li tkompli tkun attiva kif kienet qabel anzi tikber u tibqa’ tagħti sehemha fid-dawl tar-responsabbiltajiet tagħha fuq it-tagħlim tal-Bibbja u anki fuq it-tagħlim u t-tmexxija tal-Papiet li kollha qed juru t-triq ’l quddiem, kemm għall-ħarsien tal-ħolqien, kif ukoll għat-tmexxija spiritwali.

Hekk naraw li llum, kważi ġenerazzjoni wara, l-imbatt ta’ dawn il-mewġiet ta’ tagħlim fl-aħħar waslu fil-gżejjer tagħna wkoll. Imma kif ġieli għidt kemm-il darba dan mhux xi responsabbiltà tal-Knisja biss. Hija responsabbiltà ta’ kull entità soċjali f’pajjiżna, kemm jekk din hija kummerċjali, legali, edukattiva, trejdunjonistika, u ma għandniex xi ngħidu anki dik politika, li ġġor l-akbar responsabbiltà.

Wieħed ma jistax jgħid li l-ħarsien tal-ħolqien f’pajjiżna qed jingħata l-importanza li jixraqlu. Anzi jidher u jinħass sewwa li l-viżjoni tal-ħarsien tal-ħolqien f’pajjiżna qed titnaqqar sewwa taħt is-saħħa u toqol ta’ interessi kummerċjali, kif spjegat fit-twissijet u t-tagħlim tal-Papiet fuq dan is-suġġett.

Fl-artiklu li jmiss nagħlqu bit-tagħlim modern tal-Papa Franġisku: tagħlim li juri d-direzzjoni lil dawk li jridu sinċerament u minn qalbhom iħarsu l-ambjent mhux għal xi għan personali tagħhom, imma b’responsabbiltà soċjali, ekoloġika, ekonomika  u fuq kollox spiritwali.

aebaldacchino@gmail.com

alfredbaldacchino.wordpress.com

 

ara wkoll:

It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 1   http://wp.me/pL6Mk-NP

It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 2   http://wp.me/pL6Mk-NX

It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 3   http://wp.me/pL6Mk-Of

It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 4   http://wp.me/pL6Mk-Oq

It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 5    http://wp.me/pL6Mk-OR

It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 6    http://wp.me/pL6Mk-Pk

It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 7    http://wp.me/pL6Mk-Q1

 

Advertisements

One Response to It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 8

  1. victor says:

    Jidher bic- car li il- problemi li ghandna fir- rigward tal- harsien tal- ambjent hija problema ta’ natura spiritwali aktar min problema edukkattiva . Infaqna bizzejjed miljuni fl’edukazzjoni izda qajla hemm rieda tajba li inwettqu dmirijietna . Il- politikanti ma waslux anzi nazzarda nghid abbuzaw . Jekk il- knisja tkompli izzomm ruhha il- boghod mil- politika tal- gurnata tkun qiesa lehen fix- xaghri . Jehtieg rivoluzzjoni kollettiva jekk verament irridu nghixu ahjar . L- ambjent huwa ahna , sahhitna, il- futur taghna lkoll .

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: