It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 5


NewsBook

It-Tnejn, 12 ta’ Jannar, 2015

It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 5

Alfred E. Baldacchino

Problema morali

Il-firxa ta’ tniġġiż ambjentali, il-qerda bla kontroll tal-ħajja tal-annimali u tal-pjanti, inkluż dik tal-bniedem, l-esplojtazzjoni bla sens tar-riżorsi naturali, huma l-bażi ta’ sinjali koroh u jmissu l-qiegħ tan-nuqqas ta’ rispett lejn il-ħajja.

Il-Q.T. il-Papa Ġwann Pawlu II wissa li “anki jekk dan kollu qed isir f’isem il-progress, is-saħħa u s-sliem tal-ġenerazzjonijiet ta’ għada, xorta waħda dan huwa ta’ xkiel għall-bniedem” għaliex “ir-rispett għall-ħajja, u fuq kollox id-dinjità tal-persuna tal-bniedem, fl-aħħar mill-aħħar huma dawk li jmexxu l-ħsieb ta’ kull progress b’saħħtu ekonomiku, industrijal u xjentifiku”.

Tagħlima li kull mexxej ta’ kull entità soċjali għandu jitgħallem minn din it-theddida tat-tkissir ekoloġiku hija l-impatt li kemm ir-rgħiba kif ukoll l-egoiżmu  – kemm individwali kif ukoll kollettiv “… huma kontra s-sistema tal-ħolqien, sistema li hija karatterizzata bil-qsim tal-għajnuna u t-tweżin ta’ wieħed fuq l-ieħor.”

Din il-pjaneta tagħna hija amministrata, iggvernata, immexxija jew maħkuma mill-politiċi. Li kieku dawn ikunu mmexxija u għandhom dan it-tagħlim, mingħajr dubju d-dinja tagħna tkun post ħafna aħjar biex ngħixu fiha. Sfortunatament, il-politiċi, madwar id-dinja, huma aktar interessati biex jiksbu riżultati fiż-żmien qasir li bih ikunu fdati biex imexxu. Il-viżjoni fit-tul titħalla għall-elettorat, jekk hemm wieħed, u lill-ġenerazzjonijiet ta’ għada, jekk u meta dawn jitfaċċjaw.

Huma dawn li taw in-nar lill-krizi ambjentali dinjija, minħabba l-istennija ta’ riżultati fi żmien qasir għas-spejjeż moħbija ta’ ħsara fit-tul. Mhux ta’ b’xejn li l-Q.T. il-Papa Ġwanni Pawlu II bi qsim il-qalb qal li “… il-kobor tal-kriżi ambjentali tikxef beraħ il-bir bla qiegħ tal-kriżi morali tal-bniedem” u “l-arja u l-atmosfera qed jgħidulna li hemm ordni fl-univers li trid tiġi rispettata, u li l-bniedem, mogħni bil-għerf biex jagħżel mingħajr xkiel, għandu responsabbiltà kbira biex iħares din l-ordni għas-saħħa u s-sliem tal-ġenerazzjonijiet ta’ għada. Nixtieq nirrepeti li l-kriżi ekoloġika hija kriżi morali.”

 

Papa-GP-II---problema-morali

Il-bniedem, il-ħlejqa l-aktar intelligenti maħluqa minn Alla, hija l-unika ħolqien li tista’ teħoda kontra minn ħalaqha, u li tista’ teqred lilha nnifisha. Adam u Eva kienu l-ewwel bnedmin li wrew l-għadab tagħhom meta ħaduha kontra minn ħalaqhom. Il-generazzjonijiet ta’ warajhom ma naqsux li jagħmlu bħalhom meta sallbu l-iben t’Alla. Għalhekk wieħed ma jistagħġibx li llum il-bniedem, l-aktar ħolqien mogħni bl-għerf fuq din il-pjaneta, qed jeqred kull ħajja oħra ‘inferjuri’ li huwa ġie mogħti r-responsabbità biex iħares. Wieħed lanqas jistagħġeb meta jara l-bniedem, imżejjen b’daqshekk għerf, kif qiegħed jipprova jgħawwar l-eżistenza tiegħu stess – xi ħaġa li qiegħed qrib ħafna li jwettaq.

Il-Papa jwissi

Il-Kristjani li għadhom jemmnu, kemm b’konvinzjoni jew b’konvenjenza, li bħala l-ħlejqa bl-aktar għerf fuq din l-art għandhom drittijiet mingħajr tarf biex jiddominaw in-natura, ma jagħmlux ħażin jekk jgħatu każ it-twissijiet tal-Q.T. il-Papa Ġwanni Pawlu II meta saħaq li “l-Kristjani, partikolarment, għadhom jifhmu li r-responsabbiltà fil-ħolqien u d-doveri tagħhom lejn in-natura u l-Ħallieq huma parti ewlenija u meħtieġa tal-fidi tagħhom.” Is-soċjetà tal-lum ma tistax issib soluzzjoni tal-kriżi ekoloġika sakemm ma tiżenx sewwa l-istil ta’ ħajja li qed tgħix: jekk tagħżilx li tgħix ħajja mżejna b’valuri spiritwali jew il-kwalità tal-ħajja mgħarrqa fil-materjaliżmu, imma vojta mill-ferħ.

F’Diċembru tal-1971, il-Cardinal Villot, dakinhar Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, waqt Konferenza fuq il-bniedem u l-ambjent kien iddikjara li “kull attakk fuq il-ħolqien huwa insult lill-Ħallieq”.

Għalkemm daqsxejn tard u l-bniedem siker fil-ħtif tar-riżorsi naturali u huwa mgħammad bl-eġoiżmu, illum qed tinħass il-mewġa ta’ qawmien spiritwali ġdid kif sejrin naraw fl-artiklu li jmiss.

aebaldacchino@gmail.com

ara wkoll:

It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 1  

It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 2  

It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 3  

It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 4

 

 

 

Advertisements

3 Responses to It-tagħlim tar-reliġjonijiet dwar l-ambjent – 5

  1. gaucivincent says:

    Kliem sabiħ dwar l-Ambjent ma nisimuħx biss mil-mexxejja u mir-rappreżentanti tal-knisja imma anki mil-mexxejja u rappreżentanti ta’ gvernijiet. Meta niġu għal passi konkreti pero’ id-diska tinbidel. Hemm għalfejn ngħati eżempji?

    • Lou, I hope that you are right. But considering the lost time, the psychological state of the professionals within what is left of the environment directorate, the departure of experienced officials from such a sinking ship, and the political dragging of feet to unwillingly correct all these, is not something to shout about or to make one optimistic. Despite the availability of new graduates, it will take them some time to have the necessary experience to be able to persist in swimming up the Niagara falls and not be carried by the currents.

  2. victor says:

    Meta Alla qal lil bniedem biex jahkem l- art u kull ma fiha tefa responsabbilita kbira ghal istess ghejxien tal- bniedem . Ninsabu f’hiex ahna ghax abbuzajna min din ir- responsabilita . ghalhekk qed nahsdu dak li li zrajna . Mard joktor bil- kbir . X’sar minnu dak il- gnien ta’ Eden? gen 1; 28

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: