L-insiġ tal-ħolm kos…


NewsBook

It-Tnejn, 10 ta’ Novembru, 2014

L-insiġ tal-ħolm kos…

Alfred E. Baldacchino

L-insiġ tal-ħolm ma fihx tarf.  Hemm ħolm ta’ viżjoni, bħal dak ta’ Martin Luther King. Jekk wieħed iħares lejn Barak Obama jifhimni mill-ewwel. U hemm ħolm fejn il-moħħ mingħajr kontrol jiġri minn għoqda għall-oħra, ikabbar, joftoq u jlewwen. Biċċiet ta’ tagħrif
miġburin minn mumenti fil-ħajja li l-moħħ jagħġen flimkien u jibni stampa bil-biċċiet miġbura, bħall-ħolma li kelli dan l-aħħar.

Sinjurun minn Dubai kellu problema kif jonfoq flusu. Waqt żjara f’Malta żar il-KonKatidral ta’ San Ġwann. Stagħġeb u għoxa warajh. Ma kellhomx bħalu jew xi ħaġa li biss tersaq lejn il-bieb ta’ dan it-teżor minkejja l-flus li kellhom. Għalhekk għamel proposta nic-stjohnscocathedral2kummerċjali lill-politikanti Maltin. Ried jixtri l-KonKatidral, iħottu ġebla ġebla, jieħdu pajjiżu u jibnieh hemm. Saħansitra kien lest ukoll li jħlallas biex jixtri passaport Malti wkoll.

F’postu mbagħad jibni torri għoli madwar 50 sular: l-akbar wieħed f’Malta. Fl-ogħla sular xtaq jibni Parlament fejn l-0norevoli Maltin setgħu jiddiskutu u jitkellmu u jkunu jistgħu jaraw kull toqba li fadal madwar il-pajjiż biex din tkun tista’ tiġi ‘razzjonalizzata’. Fuq is-saqaf, ċattra għat-Desert Prince2trasport bl-ajru. Fis-sulari ta’ taħt lukanda ta’ sitt stillel fejn tilqa’ n-negozjanti minn kull parti tad-dinja biex jiddiskutu u jfasslu aktar qliegħ ta’ flus, dejjem għall-ġid tas-soċjeta u tal-ambjent dinji.

Aktar ‘l isfel fit-torri appartamenti, bil-ħwienet u uffiċċini bil-pumi u l-ħbabat tad-deheb. U biex żgur li l-offerta tiegħu tkun tista’ tiġi milqugħa, wiegħed penzjoni lil kull ċittadin Malti biex dawn ma jkollhomx għalfejn jaħdmu aktar. Stajt nara rġiel penzjonanti bil-lobbja u bil-gabjetta taħt għabthom b’xi virdun fiha, quddiem il-qorti, jitkellmu fuq il-politika tal-minoranzi kemm f’Malta, fl-Ewropa u anki fuq l-orizzonti l-aktar imbiegħda fid-dinja, waqt li l-penzjonanti nisa jilgħabu t-tombla madwar il-pajjiż.

F’daqqa wanda tfaċċaw il-politikanti Maltin. Poġġew madwar mejda biex jgħarblu din il-proposta. L-ewwel diffikultà li ssemmiet kienet kif jaħsibha l-poplu. lmma bejn bi tbissima u bejn b’tgħemiża, qalu li hemm minn turih ċirku, tgħidlu li huwa kwadru, u jċapċaplek; aktar u aktar meta jkun jaf li mhux sejjer ikollu bżonn jaħdem aktar u bil-penzjoni għaddejja.

lt-tieni problema kienet dik imsejha MEPA li għandha responsabbiltà u d-dover li tħares l-ambjent soċjali ta’ dawn il-gżejjer. lmma l-mexxejja politiċi qablu li din il-problema tista’ tinħall jekk tintbagħat ittra fejn jingħad li jekk ma jaqblux ma’ din il-proposta, il-sky1politikanti kienu lesti li jiddiskutuha fil-Parlament. Il-membri ta’ din l-awtorità kellhom rispett bla qies lejn il-politikanti li wara kollox poġġewhom hemm u kienu qed iħallsuhom.

lt-tielet problema li ssemmiet kienet il-Knisja, entita’ soċjali b’saħħitha li kellha interess kbir f’dan it-tempju. Hawnhekk smajt tfesfis fil-widnejn tal-politikanti fejn stajt nifhem li anki din il-problema dehret li ma kinetx diffiċli biex tingħeleb. Rajt id-Dubajani jitbissem u joffri li jibni ċimiterju taħt it-torri, bħal dak tan-Nadur f’Għawdex. Dan seta’ jitmexxa fuq linji kummerċjali bħall-kmamar fit-torri: fuq time share basis. Il-politikanti mill-ewwel waqqfu u ċanfru lil dak il-wieħed li beda’ jċapċap. Mur ifhmu l-ħolm!

lr-raba’ u mid-dehra l-akbar problema li l-mexxejja politiċi raw, kienet dwar dawk li jgħidulhom ambjentalisti, u li skont huma, ma kienu xejn għajr fundamentalisti. Dan minkejja li dawn kienu f’minoranza, bħal dawk tal-gays, dawk li riedu żwieġ bejn l-istess sess, u l-kaċċaturi u n-nassaba.

ld-delegazzjoni politika Maltija, dejjem skont kif kompliet tintgħaġen din il-ħolma, xtaqet li Michelangelo_Caravaggio_021l-pittura tal-qtugħ ir-ras ta’ San Ġwann, impinġija minn Karavaġġio, tibqa’ f’Malta u tiddendel fl-ogħla sular fejn kien sejjer jibda jiltaqa’ l-parlament. Dan bħala tifkira tal-ftehim storiku, u li qatt ma kien sar bħalu mal-erba’ irjiħat tad-dinja. ld-Dubajani qal li ma kinetx problema għalih għax dejjem seta’ jordna kopja oħra bħala u jistqarr li l-originali kienet tinstab fMalta.

Waslet il-ġurnata tal-iffirmar. F’konfernza stampa fejn kien hemm kull stazzjon televiżiv dinji, fosthom il-BBC, is-CNN, AI Jazeera, u oħrajn. Waqt din il-konferenza stampa, l-istudju mitbugħ f’xi erba’ volumi mħejji mill-MEPA, li wassal għal din id-deċiżjoni u li kien fuq il-mejda, ma ngħatax lil dawk l-entitajiet pubbliċi interessati, għax intqal li dan kien dokument konfidenzjali ta’ natura kummerċjali. lmma kif il-ħolm jaqbeż minn suġġett għall-ieħor u jħabbel kollox li jkun sema’ jew qara?

Il-politikant Malti li f’isem il-poplu Malti kien sejjer jiffirma dan il-ftehim storiku, kien jidher sitt pulzieri itwal mis-soltu. lżda hekk kif il-pinna tiegħu resqet lejn il-karta biex jiffirmaha, ħassejt qisu terrimot u tgħeżżiża kbira.

Ma kien xejn għajr l-iżviljarin. Ħadt nifs kbir għax fhimt li din kienet ħolma.Alarm Clock 15

Din baqgħet tberren ftit f’moħħi. Ma nafx għaliex għax l-0norevoli politikanti Maltin bla dubju għandhom kuxjenza nazzjonali, soċjali u ambjentali ferm u ferm akbar minn dawk tal-ħolma. lmma l-insiġ tal-ħolm kos … !

aebaldacchino@gmail.com

Advertisements

6 Responses to L-insiġ tal-ħolm kos…

  1. Joseph Mifsud says:

    Veru tajba. Ghogbitni. Prosit A;lfred

  2. gaucivincent says:

    Prosit Alfred! Qed nara li llum dort dawra sewwa mal-ġrajjiet li qed iseħħu f’pajjiżna.

  3. Ray Pisani says:

    Very Interesting. You had a nightmare which could take place if there was enough money.

  4. Philip Grech says:

    Jekk jinqala’ l-Kattidral mhux ‘wasteland’ jkun hemm, jew??

  5. Godfrey says:

    Ghogbitni Alfred; nahseb missejt ma kull partecipant li jista’ jkun hemm f’dawn it-Tenders.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: