Kanzunetta ġdida “Mixja li bdiet”


Mixja li bdiet

Alfred E. Baldacchino

Mixja li bdiet hija l-kanzunetta rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2014, li sar nhar il-Ħamis 18 ta’ Settembru: kantata mill-kantanta żgħażugħa Michela Galea, fuq kompożizzjoni ta’ Renato Briffa u kliem tiegħi. Għal dawk li huma interessati f’diski Maltin, qiegħed inpoġġihom fuq il-blog. Għal dawk li jixtiequ wkoll jisimgħu din id-diska, il-link huwa:

 https://www.youtube.com/watch?v=R_zQVIxRivU

Mixja li bdiet front cover for wordpress
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
Mixja li bdiet
 
Kien twil iż-­żmien,
Għixna kif  jgħidulna.
Imma ’llum
L-­għażliet huma f’idejna.
Dal-ġens sinjur, biddel futur,
Infasslu flimkien,
Bil­-wirt miġbur, saħħa ta’ sur,
Lesti mgħarbin.
 
Għaddew, għaddew ’sa ħamsin
Diġà.
Ħsibijiet mgħarblin, liġijiet miktubin
Minn rgħajna.
Wirjiet ta’ fehmiet, laqgħat u taħdidiet,
Kemm qsamna.
Kisbiet kbar u żgħar, fost ferħ u anki imrar,
Wettaqna.
Bidla tul mixja li bdiet.
 
Iż­-żmien għaddej,
L-istorja jkompli jsawwar.
Trid, jew ma tridx,
Inaqqax bla ma jħawwar.
B’dak li jingħad, u ma jingħadx,
Min jista’ jmerieh.
B’dak li isir, u li ma jsirx.
Fuqu ġens jistrieħ.
 
Għaddew, għaddew ’sa ħamsin.
Diġà.
Ħsibijiet mgħarblin, liġijiet miktubin,
Minn rgħajna.
Wirjiet ta’ fehmiet, laqgħat u taħdidiet,
Kemm qsamna.
Kisbiet kbar u żgħar, fost ferħ u anki imrar.
Wettaqna.
Bidla tul mixja li bdiet.
 
Artna kburija.
B’seher mogħnija.
Lilna fisqietna.
Malta Maltija.
 
Għaddew, għaddew ’sa ħamsin. eċċ. eċċ.
 
Għaddew, għaddew ’ġa ħamsin.
 
Għal diski oħra mill-istess pinna ara http://wp.me/PL6Mk-e
 
 
Advertisements

3 Responses to Kanzunetta ġdida “Mixja li bdiet”

  1. Must congratulate you for your part in making this song a winner song . Kliem meqjuz tassew . Prosit Alfred , Renato u Michela

  2. gaucivincent says:

    Prosit Alfred lilek u lil kull min ikontribwixxa għal din il-kanzunetta.

  3. Congratulation Alfred you always have the right words for the subject that you write on. Martin

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: