Is-siġra nazzjonali u l­-politikanti Maltin


NewsBook

Is-siġra nazzjonali u l­-politikanti Maltin

Alfred E. Baldacchino

Is­-siġra tal­-Għargħar darba kienet komuni ħafna fil-gżejjer Maltin. Kienet tiksi wesgħat kbar f’Birkirkara u l-inħawi ta’ madwarha. Illum hija meqjusa bħala siġra rari ħafna u tikber fis-selvaġġ f’xi ħames postijiet biss.

Minħabba l­-kuxjenza pubblika dejjem tikber, illum insibuha tikber f’numru ta’ postijiet. Ma għandiex dubju li dawn tnisslu minn żerriegħa miġbura mis-siġar Maltin. Mhix sigra diffiċli biex titnissel u wieħed jieħu gost jinnota li minn meta din is-sigra ġiet magħżula bħala s-siġra nazzjonali ta’ Malta, qed tintuża aktar u titħawwel aktar biex issebbah ’il pajjiżna.

Illum wieħed jista’ jara li din is­-siġra qed tiġi wkoll imħawwla fit­-toroq u dan huwa pass ’l quddiem. IMMA wieħed ma jistax ma jgħidx li l­-aspett kummerċjali qed jgħeleb dak soċjali u dak ekoloġiku, meta siġar bħal dawk li tħawlu fit­-triq Diċembru 13, ħdejn il­-momunemt tar­-repubblika, ma ġewx imnissla minn siġar Maltin imma ġew importati. Dan juri li:

1. Il-­fragmentazzjoni li hawn fir­-responsabbiltajiet tal­-ambjent qed iwasslu biex jagħmlu ħafna ħsara u wasalt biex naħseb li din il-fragmentazzjoni mhix b’kumbinazzjoni. Dawn is­-siġar importati sejrin inniġġsu l­-għaġna ġenetika tal-popolazzjoni tas­-siġra nazzjonali Maltija li ilha eluf ta’ snin mingħajr ebda kuntatt ma’ siġar oħra bħala barra minn pajjiżna.

2. Dawn setgħu wkoll ġabu magħhom mard u speċi oħra li jistgħu jagħmlu ħsara kemm lis­-siġar tal­-għargħar infushom kif ukoll lill-biodivertsità Maltija bħal ma għamel u qed jagħmel il­-Bumunqar Aħmar tal­-Palm.

3. Dan juri wkoll li l­-Ministru tat­-Trasport u l­-Infrastrutta li huwa responsabbli għat­-tħawwil ta’ siġar u pjanti fit­-toroq, huwa fqir wisq fit-tagħrif xjentifku u professjonali meħtieġ biex l­-attivitajiet li japprova ma jkunux ta’ ħsara soċjali u ambjentali.

4. Juri wkoll li anki l­-kuntrattur li qed juża l­-Ministru lanqas għandu idea ta’ din ir­-responsabbiltà ekoloġika u soċjali, minkejja l­-kritika kontinwa li għaddejja mill­-pubbliku. U hawnhekk wieħed ma jistax jingħata tort meta jingħad li l­-viżjoni approvata mill­-Ministru responsabbli hija nieqsa u fqira minn kull viżjoni soċjali u ekoloġika.

5. Il­-Mepa li hija mħallsa mill­-poplu biex tħares l­-ambjent tagħna lkoll mhux biss ħaslet idejha imma ilha li xxotathom ukoll u tħossha aktar komda tindihes man­-naħa li tagħmel ħsara ambjentali milli ma’ dawk li jitkellmu fl­-interess nazzjonali. Forsi għax qegħdha taħt ir­-resonponsabbiltà tal­-Prim Ministru?

Jista’ jgħati l­-każ li l­-Ministru responsabbli ma fetħulux għajnejh u ma jafx bil-ħsara li qed issir b’dan il­-miżimmaniġġar tal­-biodiversità. Dan faċilment jista’ jikkoordina mal­-Ministru tal­-Ambjent, li jista’ jgħidlu u jinformah b’mod xjentifiku u professjonali fuq kif dan ix­-xoghol għandu jsir. Barra minhekk il­Ministru tal­-Ambjent jista’ wkoll joffrilu siġar tal-Għargħar imkabbrin f’mixtliet hawn Malta. Imma forsi jekk jagħmel dan iħoss l­-oppożizzjoni qawwija minn dawk li jgħidulu li dan sejjer inaqqsilhom il­-qliegħ mill-importazzjoni ta’ dawn is­-sigar. Dan minkejja li dan il­-qliegħ qed iħallas għalih il­-poplu u l­-ambejnt Malti. Forsi wkoll illum dan mhux importanti għat-tmexxija politika?

 

ritratti-tal-għargħar

1. ls-siġra ta l-għargħar fis-selvaġġ. 2 . Dehra tas-siġra mil­l-viċin. 3. il-weraq tas-siġra tal-għargħar. 4. il-weraq speċjalizzati nisa. 5. il-weraq speċjalizzati rġiel. 6. il-weraq bil-frott. 7. Dehra tal-fjuri tal-għargħar. 8. iż­-żerriegħa tal­-għargħar. 9. iz-zokk tas-siġra. Ritratti. Martin Psaila (1 & 8) Alfred E Baldacchino (2-7, 9)

 

Fis-16 ta’ Jannar tal-1992 l­-għargħar ġiet id-dikjarata s-siġra nazzjonali. Fl-1993 din is­-siġra ġiet imħarsa bil-liġi permezz tal-Avviż Legali 49 tal-1993. Hija wkoll imniżżla fil-lista tal-Kunsill tal-Ewropa ta’ pjanti rari, mhedda u endemici tal-Ewropa. Tidher fil-lista ta’ pjanti mhedda ppublikata fl-1998 mill-Għaqda Internazzjonali tal-Ħarsien tan­-Natura. Hija wkoll meqjusa bħala siġra mhedda u b’firxa żgħira fil-gżejjer Maltin. Tgħid illum f’Malta dan ma għadux jagħmel sens politikament fejn jidħlu l­-interessi kummerċjali?

Qrib il­-31 ta’ Marzu 2014, jum ir­-repubblika, bil­-approvazzjoni tal-Minsiteru tat­-Trasnport u Infrastruttura, il­-popolazzjoni tas­-siġra tal-għargħar Maltin ġew mhedda bl­-importazzjoni ta’ siġar bħalhom li sejrin iniġġsu l­-għaġna ġenetika ta’ dawk Maltin. U l­-MEPA bħal dejjem ma titniffesx quddiem ħsara ambjentali u soċjali.

L-għargħar hija siġra li tista’ ssebbaħ pajjiżna, kemm bi msaġar li hija tista’ tinseġ, kif ukoll bil­-preżenza tagħha fl-irħula u fl-ibliet tagħna. Saħansitra t-tfal fl­-iskejjel ikabbru din is-­siġra bla wisq diffikultà. Imma milli jidher, minn jingħata 8 miljun euro fis­-sena minn flus il­-poplu mhux kapaċi jnissel minn dawn is­-siġar hawn Malta u juża siġar miġjubin minn barra minkejja l­-perilku ambjentali u l­-ħsara soċjali.

Il­-fragmentazzjoni u l­-politika liberali f’hekk twassal. Il­-politikanti mingħajr pariri xjentifiċi u professjonali malajr jaqgħu vittma f’idejn minn ma għandu l-ebda interess ambjentli. Aktar u aktar meta l­-operatur jagħmilha ta’ regolatur ukoll. U dawn jippermettu lil dawk il-ftit biex jistgħanaw u l-poplu u l­-ambjent iħallsu. Ħadd ma jisma’ minkejja l­-wegħdiet. Tgħid inkun ottimist iż-żejjed jekk forsi naħseb li l-Prim Ministru jista’ jwaqqaf din il­-ħsara ambjentali?

aebaldacchino@gmail.com
alfredbaldacchino.wordpress.com

Advertisements

3 Responses to Is-siġra nazzjonali u l­-politikanti Maltin

  1. Bħala wieħed li għal iktar minn tletin sena, matul il-Kampanji Kabbar Siġra, ħajjart u ghint tfal u żgħażagħ ta’ etajiet differenti jiżirgħu kif ukoll iħawlu eluf ta’ siġar “Maltin u mhumiex (fil-bidu tagħha) , ningħaqad ma’ Alfred Baldacchino u niddeplora din l-importazzjoni, li iktar ser tagħmel ħsara milli ġid!

  2. ikolli nammetti li il- valur tal- kelma AMBJENT ghadu ma qabadx gheruq fl’imhuh Maltin . Jezizti nuqqas kbir ta’harsien, gharfien u wisq aktar implimentazzjoni .Id- dewmien esagerat li timxi bih il- MEPA huwa skandlu fih innifsu . Din il- MEPA falliet bil- kbir fir- responsabilita taghha lejn ic- cittadin . Jekk il- gvern qed johnoq lil istess MEPA allura wiehed ghandu id- dover li jirrezenja mil- board . Il- Kunsilli bla snien u il= Poplu minghajr inizjattiva . Ghalhekk il- politikanti jinsabu fuq pedestal ghax il- Poplu dghajjef . Malta tista verament tkun il- gnien ta’ Eden .Wisq nibza li il= politikant qajla jimpurtah .

  3. John Fazon says:

    Mn’alla jkun hawn nies bħas-sur Baldacchino li jkollhom il-kompetenza, il-kuraġġ u l-integrita li twassalhom jinnotaw pubblikament żbalji oxxeni kontra l-ambjent.

    Biex żball ma jitkompliex hu essenzjali li qabel xejn isir għarfien tiegħu. Veru li hawn strutturi bħall-Mepa mħallsa mit-taxxi biex suppost tassigura li żbalji bħal dawn ma jsirux u jekk isiru jitwaqqfu. Pero huwa fatt li dawn l-istrutturi għadhom ħabtha jiġu ikkapparati minn ċentri li għandhom aġenda differenti.

    Għalhekk hemm bżonn li ninkoraġġixxu l-inizjativi fejjieda li jieħdu nies integri u kompetenti bħas-sur Baldacchino

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: