IR-RABJA TAR­-RABTIN… u bir-­raġun


 NewsBook

It-Tnejn, 10 ta’ Marzu, 23014

IR­-RABTIN IRRABJATI… u bir-­raġun

Alfred E. Baldacchino

Howard-Gardens

Ritratt: Joseph Sultana

Wieħed mill­-karatteristiċi tar-­Rabat huwa l­-ġnien Howard li hemm qabel ma tidħol l-Imdina. Dan il­-ġnien, kontra kif jaħsbu xi wħud, huwa msemmi għal Malti John Howard, li twieled il-­Belt fl­-1862. Kien Prim Ministru ta’ Malta bejn 1921 u 1923.

Joseph-howard-prime-minister

Joseph Howard
(1862 – 1925)

Il-­ġnien huwa maqsum fi tnejn: dak il­-kbir u dak iż­-żgħir jew kif jafuh xi wħud, il­-ġnien tas-­salib. Dawk li huma tal­-età tiegħi u huma mir­-Rabat, jiftakru ż-żgħożija tagħhom f’dan il-­ġnien mal­-ġenituri tagħhom jilgħabu b’xi ballun, jew bir­-rota jduru man­-numru ta’ ħammiela li madwarhom il-­ġnien huwa mfassal. Dawk akbar fl-età kont tarahom jippassiġġaw matul il­-mgħodija ewlenija li tħares għal fuq il-foss tal-Imdina. Ħafna b’għajnejhom mixgħulin iħarsu lejn xi ġuvni jew xi tfajla biex jisirqu xi tbissima jew jiġbdu xi ħarsa. Kienu ġranet sbieħ, b’dawk fuq l-għoxrin li jkun irnexxilhom jagħmlu ħbieb, fuq xi bank taħt xi siġra jitkellmu fil-widnejn, kif dawk żgħar kienu jaħsbu. Żmien ta’ innoċenza u żmien sabiħ li llum tar mar-­riħ.

Għalkemm issa ili nieqes mir-­Rabat aktar minn ħamsin sena, xorta nagħmel żjara lil dan il-­ġnien kull meta nista’ biex niftakar f’dawk il­­-ġranet sbieħ ta’ żgħożiti. Imma kull darba li nmur hemm nitlaq lura bi qsim il-­qalb. Spiċċaw dawk il­-ħammiliet kollha fjuri msoqqija u mnaqqija bi mħabba u b’għira. Spiċċaw dawk il-ħwat mimlijin ilma bil-­­ħut fihom. Saħansitra anki għebu dawk is-­siġar tal-palm xjuħ li nqerdu mill­-Bumunqar Aħmar tal­-Palm, wara deċiżjonijiet politiċi żbaljati li wittew it-­triq biex dan fl-­2007 daħal fil­-gżejjer Maltin.

Il-fdalijiet-ta'-siġra-tal-palm (A E Baldacchino)


Waħda mill-ħafna fdalijiet ta’ siġar tal-palm li llum wieħed jista’ jara fil-ġnien Howard (A E Baldacchino)

Bħallikieku dan mhux biżżejjed dan l-­aħħar dan il­-ġnien waqa’ vittma ta’ deċiżjonijiet, ma nistax ma nsejħilhomx stupidi, mingħajr ebda viżjoni ta’ tfassil u mmanniġar professjonali. Fit-­2 ta’ Marzu, ħarget  l-aħbar fuq il-blog Rabti https://www.facebook.com/groups/rabatmalta/   fejn r-Rabti Joseph Sultana,  poġġa ritratt ta’ kif dan il-­ġnien ġie mżeblaħ u abbużat. U r­Rabtin qamu f’daqqa u għajtu b’għajta f’rabja Rabtija, li ma ridux minn ikasbarhom u ma ridux min jgħaddi ż­-żmien bihom.

Żrar-fil-ġnien


Żrar li ntefa’ fuq il-ħamrija minflok l-imlieqa biex il-Kunsill tal-Imdina jsebbaħ l-art (Ritratt: Joseph Sultana)

Ħaġa li la jiena u lanqas numru ta’ Rabtin oħra ma jistgħu jifhmu hija kif dan il­-ġnien huwa taħt ir­-responsabbiltà tal-­Kunsill Lokali tal-Imdina, meta dan huwa barra mis­-swar. U ħaga oħra li tweġġa ħafna lil Rabtin hija kif dan il­-Kunsill tal-Imdina, minn wara s­-swar jidher li huwa maqtugħ mill­-ħajja f’dawn l­-inħawi tar­-Rabat, qabad u ddeċieda, wara li ftiehem kif qal is­-segretarju eżekuttiv tal­-Kunsill, ma’ studenti minn Istitut tal-­agrikoltura Franċiż. Dawn iddeċiedew li jaqalgħu parti mill-imlieqa (jiġifieri l-­hedges) li jdawru l­-ġnien u li l­-Kunsill qal li huma ħajt, jgħattu l­-ħamrija bil­-plastik, jiksu dan il-­plastik biż­-żrar, u jħawwlu kaktus u sukkulenti oħra, li skont il­-kelliemi tal­-Kunsill Lokali tal­-Imdina, huma pjanti indiġeni, jiġifieri pjanti Maltin. Minn fejn ġab dan it-­tagħrif xjentifiku żbaljat il-kelliem għall­-Kunsill Lokali tal­-Imdina ma nafx. U ma naħsebx li ġabu minn Franza lanqas, għaliex kieku dawn kienu jifhmu fil­-biodiversità u mhux ċwieċ kif-intqal, kienu

kaktus-indiġenu-kif-intqal

Skont il-pariri li ngħata l-Kunsill Lokali tal-Imdina, dawn il-kaktus huma kollha speci indiġeni Maltin
(Ritratti: Joseph Sultana)

jgħidulu li dawn mhumiex pjanti Maltin. U kif il-­kelliem għall­-Kunsill Lokali tal­-­Imdina qal ukoll, hemm il­-ħsieb li dan jitkompla s-­sena d-dieħla biex il­­ġnien iż­-żgħir jiddawwar b’dan iż-­żrar, bil­-għajununa tal­-konsulenza barranija, bi flus Maltin, u bi pjanti barranin, u mingħajr bdil ta’ fehmiet mar-Rabtin.

Lili weġġgħani l­-kliem tar-­rapreżentant tal-­Kunsill tal-­Imdina fejn ġie allegat li qal li min ma jifhimx aħjar ma jitkellimx, għax dan ix­-xogħol mhux isir minn xi ċuċ. Imma min qal li l-­kaktus imħawwel huwa indiġenu, dan jifhem ħafna u ara wieħed ma jaħsebx li huwa xi ċuċ.

Li jweġġa’ lir­-Rabtin f’din l-­affari kollha huwa li l-­Kunsill tal-­Imdina ma kellux il-ħeġġa u l-għaqal biex jitkellem ma’ dawk li għandhom interess f’dan il­-ġnien skedat u jara x’jaħsbu, kemm b’mod ġenerali l-Maltin, kif ukoll aktar u aktar ir-­Rabtin li jqisu li dan il-­ġnien huwa tagħhom. Imma saru diskuzzjonijiet, ftehim u finanzjar ta’ dan il-progett ma’ studenti barranin, mingħajr ma ġew diskussi ma’ ħadd.

Aktar u aktar is-­skiet tal­-Kunsill tar-­Rabat, li meta ra u sema’ bir­-rabja tar-­Rabtin, li wara kollox kienu huma li poġġewhom hemm, huma ta’ liema partit huma, biex iħarsu l-­interessi tar-­Rabat, baqgħu friski bħal ħassa. Ma fethux ħalqhom, sallum għall-­anqas. U mid­-dehra l­-Kunsill tal-­Imdina u l-­Kunsill tar­-Rabat jimxu id f’id għaliex dak tal­-Imdina baqa’ sieket, wisq probabli b’idejn waħda fuq għajnejh u fuq widnejh u bl-­oħra fuq ħalqu, u ma tniffsux fuq l­-istragi li saret fil-­foss tal-­Imdina, minkejja l­-protesti tar­-Rabtin. U anki dak tar­-Rabat baqa’ sieket mhux biss fil­-proġett tal-­foss tal-Imdina, imma anki meta s­-siġar ta’ fuq is-Saqqajja ġabhuhom aktar jixbhu arbli tad-­dawl milli siġar. Issa wkoll qisu ma qed jiġri xejn minkejja r­-rabja Rabtija. Kunsilli Lokali bħal dawn ma naħsebx li jistgħu jkunu kburin bil­kisbiet tagħhom, aktar u aktar meta dawn ma jinżlux tajjeb ma’ minn poġġiehom hemm.  Il-Kunsilli, kif jixhdu oħrajn ħabrieka madwar Malta u Għawdex, mhux qegħdin hemm biex jingħalqu bejn erba’ ħitan, ġo kamra wara s-swar, jew biex jirritaw ir-­residenti tal­-lokal jew tal-­lokalitajiet ġirien.  Hemm bżonn li kunsilli bħal dawn joħorġu minn wara s-­swar, kemm dawk fiżiċi, kif ukoll dawk psikoloġiċi, u jimxu id f’id mar­-residienti u l­-ġirien jekk iridu għarfien tax-xogħol tagħhom.

Imma kull azzjoni għanda reazjzoni kif jgħidu, u din narawha anki fil-qasam soċiologiku. Dan ġara meta l­-mexxejja, f’dan il-­każ dawk tal-lokal, agħżlu li jinqatgħu minn nies. Naraw li minn qalb in­-nies nibtu dawk li ma kienux jistgħu jifiħu aktar għal din l-­apatija u xogħolijiet li ma jaqblux magħhom. U hekk ġara wkoll hawn. Tliet Rabtin, Joseph Sultana, Karistu Abela, u Chris Farrugia, haduha fuqhom biex ma jħallux din il-­ħsara ambjentali tkompli ssir, qisu ma kien qed jiġri xejn fir­-Rabat, u r-Rabtin irrabjati mingħajr għajnuna minn ħadd. Għamlu kumitat ta’ azzjoni u marru jippreżentaw ittra f’Kastilja nhar il­-Ħamis 7 ta’ Marzu.

Ma nistax ma nistaqsiex ukoll. Xi tgħid il­-MEPA li hija il­-kelb tal­-għassa dwar affarijiet ambjentali? Veru li kważi sa tagħlaq sena lid-Direttorat tal-­Ambjent għadu mhux taħt ir-­responsabbiltà tal-Minsteru responsabbli għall­-Ambjent u jidher li qishom qed iħossuhom  li r­responsabbiltà ambjentali mhux tagħhom. Imma r­-responabbiltà ambjentali għada tal­-MEPA kollha kemm hi. Xi kultant, b’dispjaċir kbir u kontra qalbi ngħid u nħoss li qisha ­kelb tal-­għassa bħal dawk li hemm biswit fil-kura tal-SPCA. Dawn ma jitniffsu xejn sakemm xi ħadd iħabbat fuq il-­bieb. Nispera li l-MEPA tieħu azzjoni wara dan it-­taħbit kollu fuq biebha dwar ir­-responsabbiltà tagħha għall-ħarsien tal-ambjent, li sa xħin qed nikteb għadha ma qalet xejn lanqas.

Jiena konvint li wara ż­-żjara tar­-Rabtin f’Kastillja, nisimgħu minn għand il-­MEPA. B’din it­-taħbita ma jistgħux ma jqumux mill­-apatija li għandhom lejn il-­ħarsien tal­-ambjent ta’ pajjiżna, li mingħajr dubju huwa tagħna lkoll.

aebaldacchino@gmail.com

 

Advertisements

4 Responses to IR-RABJA TAR­-RABTIN… u bir-­raġun

  1. Someone has to explain to us who runs MEPA and whether it has the teeth to act . Competence is much lacking in every way . We are sick and tired of MEPA .

  2. Ben Azzopardi says:

    Tghidlix.! Ma niflahx nara iktar decizjonijiet stupidi minn nahha tal-kunsilli. Il-gimgha l-ohra kont niezla mis-saqqajja ghas-Siggiewi. Kullumkien irid itir bil-haxix selvagg ihaddar u fjuri kuyllumkien. Ma domtx ingawdi x-xena wisq. Infiskajt nara zewa haddiem imqabbda minn Kunsill iqacctu l-haxix bil-mutur. Rajt l-istess f’diversi areas ohrajn. Gbidt l-attenzjoni u tlabt lil-Kunsill partikolari jistenna sakemm il-haxix jinxef imma t-talba tieghi waqghet fuq widnejn torox.

    Ghaliex ghandna nissaportu din l-injoranza grassa meta ahna bhala tax-payers qed inhallsu ghas-servizz!!

    • Sfortunatament xi kultant nahseb li l-qerda tal-ambjent saret il-politika ufficjali tal-gvernijiet Maltin. Hadd mhu responsabbli u kulhadd ikisser u jfarrak, u hemm Awtorita’ mhallsa mill-poplu biex tghin tghati daqqa t’id f’dan. U nahseb li l-kbir ghadu gej!!

  3. Ray Pisani says:

    I saw it and was shocked at how the area looked like a builder’s truck offloaded it’s load of stones into the garden.
    Perhaps they needed a toilet for dogs?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: