L­-Akaċja tal­-Ħarir… ­ siġra invażiva


NewsBook

It-Tnejn, 24 ta’ Frar, 2014

L­-Akaċja tal­-Ħarir… ­ siġra invażiva

Alfred E. Baldacchino

 Kif rajna fl-­ewwel u fit­-tieni artiklu fuq is-­siġar, is-­siġar barranin jista’ jkollhom impatt negattiv ekoloġiku, soċjali u finanzjarju. Mhux biżżejjed li wieħed jgħid kemm huma sbieħ u kemm jagħmlu fjuri sbieħ, imma wieħed irid iqis jekk dawn hux sejjer ikollhom impatti, kemm diretti kif ukoll indiretti, liema ħsarat iħallsuhom l-­ambjent ekoloġiku u s-­soċjetà.

L-­Unjoni Ewropea għandha r-­regolamenti tagħha biex speċi invażivi jiġu kkontrollati, minħabba l-­impatt negattiv tagħhom. Kull sena l­-UE tħallas madwar €16 billion biex tikkontrolla speċi invażivi.

F’kull pajjiż imsieħeb fl-­UE hemm Awtorità Kompetenti biex tara li l-obbligi tal­-Unjoni Ewropea jkunu osservati u enforzati. Wieħed mill-aħjar kontrolli huwa li dawn ma jitħallewx jidħlu. F’pajjiżna din l­Awtorità Kompetenti hija l-­MEPA.

Mis-­sħubija tagħna mal­-Unjoni Ewropea fl­-2004 ’l hawn, il­-MEPA ħarġet numru ta’ pubblikazzjonijiet dwar dan is-­suġġett, bħal ngħidu aħna Malta’s National Biodiversity Strategy and Action Plan 2012-2020; Guidelines on managing non-native plant invaders and restoring native plant communities in terrestrial settings in the Maltese Islands; Major Plant Invaders and Possible Management Options Datasheets, fost oħrajn. Wieħed ma jistgħax jgħid li dawn ma humiex pubblikazzjonijiet kuluriti, sbieħ u b’kontenut mitqlu deheb, imma b’għafsa ta’ qalb wieħed jara li l-MEPA nnifisha ħafna drabi ma tagħtix każ ta’ dawn il­-pubblikazzjonijiet tagħha stess, b’deċiżjonijet jew nuqqas tagħhom, jew inkella b’nuqqas ta’ infurzar, minkejja numru ta’ kritika kontra dan id­-dħul f’pajjiżna ta’ speċi invażivi li wkoll qed iħallu l-impatt nagativ tagħhom.

Nagħtu ħarsa lejn xi speċi invażivi li qed jiddaħħlu f’pajjiżna minkejja obbligi nazzjonali u internazzjonali. Dan juri n-­nuqqas ta’ rieda fil-qasam politiku li jinjora l-­impatti negattivi soċjali u ekoloġiċi, filwaqt li jagħti appoġġ għami lill­-qasam kummerċjali. Dan juri wkoll li l-pubblikazzjonijiet tal­-MEPA ma jinħarġux b’konvinzjoni imma b’konvenjenza biex forsi jmewwtu xi ftit lil dawk li għandhom interess ġenwin nazzjonali u soċjali, u forsi jtaffu t­-toqol tal­-kuxjenza (dejjem jekk din għadha teżisti).

Akaċja-tal-Ħarir---Albizja

Il-fjuri tas-siġra tal-ħarir/albizia

Waħda minn dawn is-­siġar invażivi li qed tiddaħħal dan l-­aħħar, biex kif jingħad issebbaħ l-­art, hija l-­Akaċja tal­-Ħarir jew Albizia. Din hija indiġena għal­-lbiċ u lvant tal­-Asia. Tikber bejn ħamsa sa 12­-il metru għoli u tinża mill-­weraq fix­-xitwa. Tagħmel ħafna fjuri folti matul is-sajf kollu. U wieħed ma jistax jgħid li l-­fjuri ma humiex sbieħ. Imma ħafna fjuri jagħmlu ħafna żerriegħa, li jibqgħu tajbin anki f’perjodi ta’ nuqqas ta’ ilma. Kull fjura mdakkra tagħmel miżwed (jixbah lil dak tal-ħarrub). Kull wieħed ikollu madwar tmin żerriegħat. U s-­siġra tkun miksija b’dawn l-­imżiewed. Meta jsir il-­miżwed jispara ’l barra ż-żerriegħa ta’ ġo fih, biex l-ispeċi tkun tista’ tnissel siġar oħra. Din tinġarr distanzi twal. Dawk l-­imżiewed li ma jisparawx iż-­żerriegħa tagħhom, jaqgħu fl-­art u hekk iż­-żerriegħa tinfirex f’kull xaqq u rokna tal­madwar. Barra minn hekk iż-­żerriegħa tinġarr wkoll permezz tal-­ilma. Tista’ tinxtered ukoll minn dawk l-­annimali li jikluha.

Minħabba li tiflaħ għall-­mard u anki minħabba li hija aggressiva ħafna bħala siġra invażiva, fl-­Amerika ma għandhiex appoġġ biex tintuża bħala siġra ornamentali. Minbarra f’hekk l­-Albizia hija wkoll allepatika, jiġifieri minnha toħroġ kimika bioloġika li tgħakkes lill-biodiversità ta’ madwarha. Ukoll, minħabba d­-dell li tagħmel ma tħallix pjanti oħra jikbru taħtha.

Albiżia-miżwed

Iż-żerriegħa tal-akaċja tal-ħarir/Albizia. Mur ikkontrollahom dawn!

L-­Albizia jew l-­Alkaċja tal-­Ħarir hija wkoll siġra opportunistika u tikber anki fuq ħamrija u art imqallba, tikber fil-­ġnub tat-­toroq u tista’ ukoll toħloq problemi fil­-widien fejn iż-­żerriegħa tagħha tinġarr mill-­ilma.

Dan l-­aħħar kont sejjer lura d­-dar minn Wied il­-Qlejgħa. Għaddejt mill-Imtarfa u fil­-ġnien ġdid għat-­tfal li għadu kemm fetaħ il­-Ministru tat-Trasport u l-­Landscaping, ilmaħt tlieta minn dawn is­-siġar, f’roqgħa li tiflaħ waħda. Huwa ferm faċli u probabbli li jekk din is­-siġra titħalla tikber hemm, fi ftit żmien tibda tikber f’Wied il­-Qlejgħa bi ħsara kbira ekoloġika, soċjali u anki ekonomika. U wieħed jista’ bla tlaqliq jgħid li dan ikun sar jew bil-­barka kollha tal-­MEPA, jew inkella bin-­nuqqas ta’ inforzar tal-­obbligi tagħha.

Hemm siġar oħra minn din l-­ispeċi mħawwla dan l-­aħħar madwar il-pajjiż, bħal ngħidu aħna wħud fil-­Kotonera, fejn tħawwlu numru ta’ siġar minn kull parti tad-­dinja li swew lill-­poplu madwar €30,000, bil-possibiltà tal-impatt dirett u indirett tagħhom. Ara x’wieħed setgħa jagħmel b’dawn il-­flus biex jgħallem, ikattar u joħloq apprezzament lejn il-­biodiversità Maltija. Imma…

Dan kollu minkejja l­-kliem sabiħ fil­-pubblikazzjonijiet kuluriti tal-MEPA. Wieħed mill-­għanijiet f’dawn il­-pubblikazzjoni huwa li l­-MEPA tgħid li trid tieħu miżuri biex ma tħallix l­-introduzzjoni u t-­tixrid ta’ speċi invażivi li jidħlu u jistabilxxu ruħhom fl­-ambjent Malti, filwaqt li dawk li diġà hemm jiġu identifikati u kkontrollati u meqruda, u theddida ta’ speċi invażivi f’pajjiżna tkun imxejna.

Id-­dħul ta’ din is-­siġra u oħrajn bħala, u mil-­mod kif qed jiġu mħawwla mal-­pajjiż ma tantx jidher li l-­MEPA qed timxi fuq il-­pariri  tagħha stess, u lanqas juri li għandha xi rieda li tilħaq dan il­-għan.

Illum il-­MEPA hija taħt ir­responsabbiltà ta’ Segretarju Parlamentari fl­uffiċċju tal­-Prim Ministru. B’dispjaċir wieħed ma jistax jgħid li fil-qasam tal­-ħarsien tal-­ambjent qed isir xi titjib fuq l-­istat miskin li l-ambjent kien jinstab dawn l­-aħħar snin, minkejja li l-­partit fil-­gvern ġej mill­-kamp soċjalista. U l-­ħsara soċjali u ambjentali għadha għaddejja qisu mhu qed jiġri xejn. Ir-­rieda politika favur il­-ħarsien tal­-ambjent, minflok issaħħet iddgħajfet.

Aktar ’l quddiem naraw speċi invażivi oħrajn, kemm fawna kif ukoll flora, li jew iddaħħlu fil-­passat qarib, jew inkella iddaħħlu f’dawn l-aħħar snin, jew li minkejja li huma meqjusa li huma invażivi kemm mir-­regolamenti Maltin kif ukoll dawk tal­-Unjoni Ewropea, xorta għadhom jitħawlu, dejjem bil-­barka tad­-direzzjoni politika.

Sakemm il­-MEPA tibqa’  timxi bla skrupli dwar il-­qerda tal­-ambjent… miskin l-­ambjent u miskin il-­poplu Malti.

aebaldacchino@gmail.com

alfredbaldacchino.wordpress.com

ara wkoll

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2014/01/30/2-%C2%AD-is-%C2%ADsigar-barranin-l%C2%AD-impatt-dirett-taghhom/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2014/02/12/is-%C2%ADsigar-barranin-l-%C2%ADimpatti-ta-vizjoni-ghamja/

https://alfredbaldacchino.wordpress.com/2012/10/29/eu-stand-on-invasive-species/?preview=true&preview_id=1428&preview_nonce=a567ef0e1b

Advertisements

4 Responses to L­-Akaċja tal­-Ħarir… ­ siġra invażiva

  1. Prosit bħal dejjem lis-Sur Baldacchino għal dan l-artiklu nformattiv. Jiena ninnota widien sħaħ maħnuqa bis-siġra tar-riċnu. Insemmi b’eżempju wied Ħarq Ħammiem. Naf li hu diffiċli li din is-siġra nvażiva tinqered minn dawn il-Gżejjer, iżda għaliex qatt ma sar xejn dwar din is-siġra li nammetti li għandha weraq sbieħ ħafna iżda tagħmel il-ħsara lill-biodiversita’ ta’ pajjiżna.

    • Grazzi Vince (jekk tgħidli Alfred aħjar).
      Kif għidt int is-siġra tar-Riġnu invadiet kullimkien. Din kienet inġabet Malta bħala pjanta dekorattiva u kienet tinbiegħ fil-ħwienet bħal dawk li llum ngħidulhom Garden Centres. Sakemm xi ħadd dejqitu u rmieha. Illum tikber u tinvadi kullimkien. Wied il-Qlejha hemm kull waħda li għandha weraq akbar minn nofs metru. Imma fuq din nitkellmu f’artiklu ieħor aktar ‘l quddiem.

  2. Godfrey Camilleri says:

    Proset Alfred, artiklu nteressanti fl-istess hin inkwetanti dwar pjanti mhux indigeni. Nahseb ma tridx aktar minn persuna wahda jew tnejn biex jissorveljaw il-flora u l-fawna Maltija. Li jibqa mbaghad huwa l-infurzar. Forsi dan jista jinghata lil ELC biex anke lil dawn idahhlilhom f’mohhom li pjanti mhux indigeni ma jkabbruhomx.

  3. Dan ifisser li hadd mhu qed jispezjona id- dhul ta’ sigar u pjanti f’Malta? Ghaliex ahna daqshekk placidi fejn tidhol l- infurzar?Meta ser nghixu f’sens ta’ responsabilita lejn ommna in- natura?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: