IS-­SIĠAR BARRANIN… l-­impatti ta’ viżjoni għamja


NewsBook

IS-­SIĠAR BARRANIN…  l-­impatti ta’ viżjoni għamja

Alfred E. Baldacchino

Fl­-aħħar artiklu rajna kif speċi miġjuba minn barra l­-pajjiż jista’ jkollhom impatt negattiv dirett fuq l­-ekoloġija ta’ pajjiżna. Iżda minbarra dan l-impatt dirett jista’ jkun hemm ukoll impatt indirett. U anki hawn l-­impatti negattivi indiretti jkollhom effetti ekoloġiċi, soċjali u ekonomiċi. Din il-­ħsara mhix marbuta ma’ speċi ħajjin biss li jinġabu minn barra, imma wkoll ma’ oġġetti magħmula minn speċi ħajjin, bħal ngħidu aħna, injam, kif sejrin naraw aktar ’l quddiem.

Minn ma semgħax bil-­bumunqar aħmar tal­-palm? Dan daħal mas-Il-Bumunqar Aħmar tal-Palmsiġar tal-palm li ġew importati mill­-Eġittu u mill-Italja, fejn kien qed jagħmel ħerba mis-siġar tal-­palm. Li kieku intuża l-­prinċipju ta’ prekawzjoni biex jilqa’ għall-­possibiltà li dan l-­insett ma jidħolx hawn Malta, kieku ma kienx ikun hemm din il­-ħsara ekoloġika, soċjali u ekonomika. Imma l­-kilba għall-­qliegħ tal-­flus ġiet qabel kollox, u xejnet kull prinċipju ta’ ħarsien ekoloġiku.

Minn meta dan daħal f’pajjiżna fl-­2007, inqerdu ’l fuq minn 800 siġra tal­-palm. Issa rnexxilu jasal ukoll anki f’Għawdex fejn qed idur is­-siġar tal­-palm kollha. Xi ħadd ħabbel rasu u inkwieta? Iva, minn kellu s-siġar tal-­palm, uħud anki ta’ valur sentimentali u storiku.

Minn ma semgħax bil­-ħanfusa tal­-qrun twil tat-­tut, li daħlet mal-­injam u li qerdet is-­siġar tat-­tut kollha minn Ħaż­-Żebbuġ, Ħ’Attard, is-Siġġiewi, ir-Rabat u l-­madwar. Xi hadd inkweta? Iva, minn kellu dawn is-siġar, siġar xjuħ u uniċi li kienu mfittxija għall­-frott bnin tagħhom.

Il-Ħanfusa-tl-Qrun-Twil-tat-Tut

Il-Ħanfus tal-Qrum Twil li diġà qerdet numru kbir ta’ siġar tat-tut. Issa minħabba    n-nuqqas ta’ dawn is-siġar, daret fuq is-siġar tat-tin.

U dawn huma ftit mill-­ispeċi li ddaħħlu hawn Malta mas-­siġar u pjanti oħra, għax hemm numru ta’  bebbux tal-­art li qed jinfirex bil­mod il-mod sakemm il­-popolazzjoni tagħhom tikber u l­-ħsara tibda tidher, u tinħass. Xi ħadd qed jinkwieta? Żgur mhux dawk li jimportaw dawn is­-siġar u pjanti oħra li magħhom iġibu dawn l-­ispeċi f’pajjiżna. Bilkemm ma nistħajjilx lil xi ħadd, anki xi politikant jgħid, imma għalfejn tinkwieta? Ma kienx hemm minn ħaddem in­-nies, u qala’ l-flus? U billi daħlu xi insetti u bebbux, u nqerdu ftit siġar, allura x’ġara? Li ġara hu, li kien hemm xi ħadd għall-­qliegħ tal­-flus, anki bil-­barka politika, issa  l-­poplu u l­-ambjent qed iħallsu il-­prezz tal­-ħsara ta’ din il-­viżjoni għamja.

Imma forsi wieħed jistaqsi fejn qegħdin jitħawlu s­-siġar miġjuba minn barra minn Malta. Jekk wieħed imur, fost postijiet oħra, sal­waterfront il-­Belt, jew fil-­Kottonera, jew fejn jiltaqgħu l­-karozzi tal­-linji l-­Belt biex jiġbru n­-nies, barra dak li darba kien bieb il-­Belt, wieħed jista’ jara ħafna minn dawn is-siġar. Siġar li ġurnata ma kinux hemm, u l­-għada f’daqqa waħda dehru fuq il­-post xi wħud aktar minn 5 metri twal. U forsi wieħed jistaqsi dawn kemm swew. Tagħrif uffiċjali  jgħid li dawk tal-­Kottonera biss swew mat-€30,000 u nġabu mill-­Italja. Dawk ta’ barra bieb il­-Belt jingħad li swew madwar €10,000 il-­waħda. Minnhom hemm 27 waħda, ħamsa minnhom mietu u ġew mibdula b’oħrajn ġodda. Imma forsi anki hawn xi ħadd jistaqsi: imma dawn minn ħallas għalihom? Iva, int u jien. Bħalma qed inħallsu l­-ħsara indiretta ta’ xi wħud minnhom, int, jien u l-­ambjent naturali.

Forsi xi ħadd ukoll jistaqsi, imma ma hemm ħadd responsabbli għall-ippjanar u l-­ħarsien tal-­biodiversità Maltija biex jara li dan ma jiġriex. Qabel l­-2013 ir-­responsabbiltà kienet tal-­Minstru tal-­Ambjent fejn il-MEPA kienet l-Awtorità Kompetenti biex tħares il-­wirt nazzjonali (u xorta dawn kienu jsiru!). Illum il­-Mepa mhix taħt ir-­responsabbiltà tal-­Ministru tal-­Ambjent imma taħt Segretarju Parlamentari fl­-Uffiċċju tal­-Prim Ministru (u xorta għadhom isiru). Mill-­2013 it­-tisbih tal-­art waqa’ taħt ir-­responsabbiltà tal-­Ministru tat­-Transport u l-Infrastruttura, minkejja li s-­siġar huma parti mill-­biodiversità u mhumiex sinjali tat-­traffiku jew lampi tad­-dawl. U l-MEPA… imħabbta bil-­ħruġ tal­-permessi tal-­bini u tara kif tibbilanċja dawn mal­-qerda tal­-ambjent li hija suppost li twaqqaf,  kif jingħad uffiċjalment

Sakemm hemm il­-qliegħ tal-­flus b’din l-­attività kummerċjali bis-­sigar; sakemm hemm numru ta’ ħaddiema li qed jitħallsu biex jagħmlu dak li jgħidulhom, anki jekk ma jaqblux miegħu; sakemm il­-flus biex dan isir, ħafna drabi bi flus pubbliċi wkoll; sakemm il-mexxeja politiċi u soċjali ta’ dan il-­pajjiż jibqgħu ma jagħtux każ il-­bżonn tal-­ħarsien tal­-ambjent u jkejlu l-progress biċ-­ċifri ta’ flus biss, u jibqgħu ma jridux jafu bil­-ħsara ekoloġika u soċjalil li qed issir, wieħed bilforsi jibqa’ jistaqsi kemm sejra tkun kbira din il­ħsara ekoloġika, soċjali, u ekonomika.

U hekk rajna l-­impatt indirett tas-­siġar barranin imdaħħla fil­-gżejjer Maltin. Aktar ’il quddiem naraw xi speċi li qed jgħinu f’din il-ħsara soċjali, ekonomika u ekoloġika, minħabba din il-­viżjoni għamja li qed twassal biex il­-ftit igawdu finanzjarjament u l­-poplu u l­-ambjent iħallsu.

ara wkoll:

Is-siġar barranin… u l-impatt dirett tagħhom

http://wp.me/pL6Mk-Bu

alfredbaldacchino@gmail.com

Advertisements

4 Responses to IS-­SIĠAR BARRANIN… l-­impatti ta’ viżjoni għamja

  1. Godfrey Camilleri says:

    Jidhirli li appuntawk fuq xi board li jista jikkontrolla d-dhul ta sigar minn barra minn Malta u wkoll iz-zbir sfrenat li qed isir. Tista’ taghmel xi haga minn dal-board?

    • Godfrey, jiddispjaċini imma mhux korrett fil-ħsieb tiegħek. Ma jien qiegħed fuq l-ebda bord biex jikkontrolla d-dħul ta’ siġar minn barra minn Malta. U lanqas għandi xi kontrol fuq xi żbir sfrenat li qed isir.

  2. min jaf kieku wiehed itella programm televisiv fuq suggetti bhal dawn halli il- Poplu jippartecipa? Forsi stazzjonijiet sekondarji bi sponsors bhal birdlife, animal welfare ect . L-ambjent jigbor fih istituzzjonijiet diversi . Flimkien inwasslu il- vuci taghna u jigwadanja il- Poplu kollu .

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: