GĦALL-­ĠID TAL-­POPLU… dejjem kif jgħidu


NewsBook

GĦALL-­ĠID TAL-­POPLU… dejjem kif jgħidu

il-Ħadd, 29 ta’ Di1embru, 2013 

Alfred E. Baldacchino

Xi kultant nistaqsi lili nnifsi: xhini d­differenza bejn il-­komuniżmu u l-kapitaliżmu, jew aħjar x’­xebh hemm bejniethom? Jgħidu li tal-­ewwel hija sistema ekonomika fejn minkejja li r­-riżorsi ma huma ta’ ebda individwu imma huma ta’ kulħadd, l-­istat ifassal u jikkontrollha  dawn ir­-riżorsi ambjentali u finanzjarji. Mill­-banda l­-oħra l-­kapitaliżmu huwa sistema ekonomika oħra ikkontrollata mill­-privat bil­-għan li dan jagħmel qligħ minn suq li jikkontrolla l-­prezzijiet. It-­tnejn jgħidu li l­-għan ewlieni tagħhom huwa għall­-ġid tal­poplu.

Illum bil­-globalizzazzjoni tad-­dinja, il-kapitalizmu u l­-komuniżmu  għebu fl­istorja. Imma mhux qabel tgħammru u weldu wild. Bħal bgħula kollha (hybrids), dan il-­wild huwa b’saħħtu ħafna tant li kapaci jilqa’ u jxejjen kull ‘iżmu’ ieħor li jiġi quddiemu u li ma jaqbilx miegħu, sew jekk dan ikun professjonaliżmu, spiritwaliżmu, soċjaliżmu jew nazzjonalizmu, tant li dan il­-wild nistgħu nsejħulu K­iżmu. Dan il­-K­iżmu juża r-­riżorsi finanzjarji, teknoloġiċi, akkademiċi u privati tiegħu biex jipprovdi servizzi u prodotti aħjar, irħas u fi kwantitajiet akbar, biex, dejjem kif jgħidu, joffrihom u jitma’ l­-popli tad-­dinja dejjem fl-interess u għall-­ġid tagħhom.

Tant dan il­-K­iżmu huwa b’saħħtu li ġieli jkun hemm fejn is-­saħħa tiegħu tiżboq dik tal-­istat li huwa mistenni u obbligat biex jirregolah fl-interessi tal-­poplu. U ġieli jkun hemm xi politikanti li b’għafsa ta’ qalb ikollhom iħammġu xi ftit idejhom, ma għandniex xi ngħidu mingħajr ma jixtiequ, biex jgħinu lil ­dawn l-entitajiet li jagħmlu parti minn dan il-­Kiżmu. U ġieli wkoll, bil­-għajnuna ta’ xi politikant, riżorsi finanzjarji pubbliċi jiġu mgħoddija lil dawn l­-entitajiet privati, biex jgħinhom jerġgħu iqumu fuq saqajhom. Ma għadniex xi ngħidu li dan kollu wkoll jsir fl­interess u għall-ġid tal-­poplu kollu… dejjem kif jgħidu. Imma din il­-ġirja, dejjem kif jgħidu, fl-­interss tal-­poplu, u kif qatt ma jingħad, bil­-għan ta’ gwadan materjalistiku individwali, wasslet ukoll biex kull rokna tiġi sfruttata għal dawn l-għanijiet.

Hekk naraw li bit­-teknoloġija tal­-lum wasslet, fost oħrajn,  biex dak li ħalaq il­-Ħallieq jinħass li mhux tajjeb biżżejjed u għalhekk irid jiġi modifikat biex isir aħjar. Naraw li organiżmi ħajjin qed jiġu ġenetikament modifikati (GMOs)  b’mod l­-aktar mgħaġġel biex iwasslu ikel fuq il-­platt tal­-popli. Ma hemmx għalfejn ngħidu li dan kollu qed isir ukoll għall-­ġid tal­-popli… dejjem kif jgħidu. Imma t-­teknoloġija tal-­lum wasslet ukoll biex turi li dawn il-­GMOs jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq is-saħħa mhux biss tan­-nies imma anki fuq l­-ekosistema. Ngħidu aħna dawn jistgħu jwasslu għall­-mard bħall-ażma, kankru u anki jistgħu, kif jingħad wkoll, ikollhom impatt fuq il­-fertilità tal-­bniedem. Dan biex ma nsemmux li jagħmlu ħsara wkoll lill-ekosistema minħabbba l-­kimika li tintuża fil-­ħolqien u tkabbir ta’ dawn l-organiżmi ġenetikament modifikati, kif ukoll fl­-użu tal-­kimika marbuta mat­-tkabbir tagħhom li tiġi mbexxa fuq l­-uċuħ tar­-raba’, li jkollha mhux biss impatt negattiv fuq il­-biodiversità, jiġifieri l-­ħlejjaq ta’ fawna u ta’ flora, u l-ambjent fiżiku tagħhom, bħal ngħidu aħna l-ilmijiet u l-­art. U bażi ta’ dan kollu hija li dan qed isir għall-­ġid u fl­-interess tal-­poplu wkoll… dejjem kif jgħidu. Il­-prinċipju ta’ prekawzjoni ma jidher imkien. Saħansitra anki l-Papa tkellem ukoll fuq l-­impatt ta’ dan fuq il­-popli, u ġie mxebbah ma’ Marxist!

Imma llum ukoll, it-­tekonoloġija wżata b’mod ġust u xieraq u b’mod professjonali u etiku, wasslet ukoll biex qajmet kuxjenxa pubblika b’saħħitha fejn il-­popli qed jgħidu li mhumiex lesti li jiġu mitmugħa ross bil­-labra. U din il-­kuxjenza hija mħassba fuq saħħitha u l-­ambjent naturali li jweżinna lkoll. Din  qiegħda dejjem tikber u tissaħħaħ filwaqt li qiegħda tgħid li ma tridx ikel modifikat la għaliha u lanqas għall­-bhejjem tagħha, kif ma tridx lanqas bexx ta’ kimika mbexxa fuq l-­art b’rabta tat­-tkabbir ta’ dawn il­-GMOs.

Din il-­kuxjenża pubblika qed tikber saħansitra anki fl-Amerika li weldet il­-kapitaliżmu, u tat sehemha biex immodifikatu f’K­iżmu, fejn insibu wkoll l-akbar kumpaniji jaħdmu l-­GMOs li jbigħuh madwar id-dinja kollha. Tant din il-­kuxjenza ġdida qed tinħass fl-­Amerika li wasslet il-kumpaniji jħossu l-­bżonn l­-għajnuna politika biex tgħinhom ħalli jkunu jistgħu jkomplu jitimgħu l-­popli tad­-dinja, dejjem kif jgħidu. U bħalissa għaddejja kampanja kbira minnhom biex iġegħlu l-­gvern Amerikan japprova li tikketti tal-prodotti tal-­ikel ġenetikament modifikat ikunu jistgħu jneħħu kull referenza mit-­tikketta li dawn għandhom xi tip ta’  GMOs fihom. Kif qalu, jekk fuq it-­tikketta jkun hemm xi ħjiel ta’ GMOs fil­-prodott, dan ma jinxtarax minħabba l­-kuxjenza kbira kontrihom: il­-ġid tal-­poplu issa waqa’ fit-­tieni post. U hemm politikanti li qed jgħinu biex jintlaħaq dan il­-għan.

L-­Unjoni Ewropea qed tirrifjuta li taċċetta dan in­-nuqqas ta’ tagħrif fuq it-tikketti. Jista’ wieħed jaħseb x’jinqala, jekk xi ħadd imur biex jinxtri karozza u l­-bejjiegħ jgħidlu li ma jistax jara l-­magna u d­-dettalji tagħha għax mhux fl­-interess tiegħu?  Imma fl-­ikel… Wieħed jista’ kważi kważi jgħid li l-­operaturi f’din is-sistema ekonomika ġdida saru wkoll ir-regolaturi, u l-istati li kienu r-­regolaturi issa saru l-­benefatturi.

Dan il-Kiżmu qed ikompli jikber, u jidher ukoll li mhux ’l bogħod minn xtutna. Diġa jidher li hemm kuxjenza politika li lesta li tilqgħu b’idejha miftuha. Sadanittant l-­ambjent u l­-popli qed ikomplu jħallsu l-­prezzijiet moħbija biex dan il­-K­iżmu jkompli jikber, u jistgħana, dejjem kif jgħidu… għall-­ġid tal-­poplu kollu!

Hemm bżonn  li l­-poplu jkollu aktar sehem fid-deċiżjonijiet u fit-­tmexxija tal-­pajjiż, u dan għall­-ġid veru tal-poplu.

aebaldacchino@gmail.com

Advertisements

3 Responses to GĦALL-­ĠID TAL-­POPLU… dejjem kif jgħidu

  1. VICTOR CASSAR says:

    Jekk ma jinkisirx il-madmad li min jitla’ fil-gvern ghandu potenzjal assolut ghax ghandu il-vot massimu allura l- affarijiet jibqaghu l-istess. Il-Poplu huwa sovran u huwa il-gvern li jrid jissottometti ruhhu lejn ir-rieda tal- Poplu u mhux vice versa. Ezempju car huwa il-kacca, it-trobbija tat-tfal f’idejn l-omoseswali, il-harsien tal- bore holes, ambjent mixtieq, xoghol prekarjat u hafna skemi ohra.

  2. gaucivincent says:

    Inħoss li ħadd mgħandu jirrinunzja għad-dritt li jkun jaf x’qed jixtri u x’qed jitma t-tfal tiegħu. Għalhekk, jiena rrid inkun naf jekk l-ikel li qed nixtri fieħx organiżmi ġenetikament modifikati jew le. Irrid inkun jien li niddeċiedi xi rrid nixtri, u mhux inħalli lil ħaddieħor jiddeċiedi għalija. Dejjem kif jgħidu, s’intendi.

  3. VICTOR CASSAR says:

    The way i see it there are too few people with much power and who are not answerable to government, law and order. Unless WE become the media things will remain the same . Protests are healthy, wise and gets results .Government is not inclusive but feels he should dictate . Our so called democracy has failed its targets .

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: