Agħmel xita agħmel


NewsBook

18 ta’ Novembru, 2013

Agħmel xita agħmel

Alfred E. Baldacchino

Hekk konna ngħidu meta konna tfal: Agħmel xita agħmel, ħalli jikber il­-ħaxix; il­-ħaxix nagħtuh ’il ­mogħża, u l­-mogħża ttina l­ħalib. U jekk ma kinetx tagħmel xita, kien isir talb fil-­knejjes, biex il-­Mulej jibagħtilna x-­xita. U jekk xorta ma kinetx tagħmel xita u jkun daħal l-­istaġun, kont smajt li kienu jindaqqu l-­qniepen tal­-knisja biex tagħmel. Bħalikieku d­daqq tal-­qniepen kien sejjer ixaqqaq is­-sħab u jġiegħlu jbattal l­-ilma li kien iħaddan ġo fih!

U meta x-­xita kienet tagħmel kienet taqa’ fuq is-­soqfa tad-­djar u tinħażen u tfawwar il­-bjar; issaqqi l­-uċuħ tar­-raba’, u x-­xebgħa tal-­ilma kienet tifforma nixxigħat iserrpu ’l hawn u ’l hemm sakemm iferrgħu fil­-widien. U x-­xita kienet timla wkoll il-­ħofor fuq il­-blat. U meta dawn il­-ħofor kienu jimtlew, il-­bajd ta’ numru ta’ ħlejjaq li kienu qattgħu sajf fit­-tajn niexef fil-­qiegħ, kien ifaqqas kif iħoss l-­ilma. U kienu jidhru l­-gamblu tal­-għadajjar, il-­gamblu tal­qoxra, u l­-kopepodu tal-­għadajjar.

Full page fax print

Ċikkuġwiebi Skarlat

U fl-­ilma aktar fond, bħal fil­-widien, jinġabru ż­-żrinġijiet li joħorġu mill­-moħba umda tagħhom fejn ikunu qattgħu s­-sajf. U ismagħhom jgħajtu qishom maħnuqa sakemm jiġbdu sieħba li mbagħad tbid u jfaqqsu l-­imrieżep. U kienet tidher ukoll xi wirdiena tal-­ilma titla’ fil-­wiċċ tieħu n­-nifs qabel dlonk terġa’ togħdos tikkaċċja l­-ikel taħt l­ilma. U fuq wiċċ l­ilma kien jidher qisu qed jaqdef xi mqass tal­-ilma, jew xi ċikkuġwiebi jissaqqar u jissiefaħ. Kien ikun hemm għamliet differenti minn dawn, bħal ngħidu aħna dak aħmar, dak skarlat, dak tal-­istrixxi jew l-­akbar wieħed dak sultan, kollha jgħassu r-­roqgħa tagħhom sakemm titfa’ ħarsitha fuq wieħed minnhom xi mara li tidhol f’dik ir-­roqgħa u jagħtu mħabbithom ’il xulxin, u wara l-­mara tbid il­-bajd fl­-ilma.

Illum il-­folja nqalbet ta’ taħt fuq. Illum sakemm wieħed jiftaħ il-­vit u jsib l-­ilma ħadd ma jinkwieta, ħadd ma jimpurtah minn xejn. Ħadd ma jqis li dak l­-ilma qed jixrob spejjes kbar fl-­użu tal-­enerġija biex minn ilma baħar jinqaleb f’ilma tajjeb għax­-xorb. Veru li wħud jieħdu ħasda meta jasal il­-kont tal­-ilma u tad­-dawl. Illum ħadd ma jnaddaf il­-bejt biex l­-ilma tax­xita nadif jinħażen ġol­-bir.

Mhux talli hekk talli għal snin twal bil-­barka ta’ min imexxi, wieħed seta’ u għadu jista’ jarmi dan l­-ilma fit-­triq jew fid-­drenaġġ. Ħadd ma jinkwieta meta jara t­-tappiri tad-­dranaġġ fit-­triq qishom funtani, bl-­ilma jaqbeż għax ma jifilħuhx aktar ġo fihom. U x’jimporta jekk dan l-­ilma kollu jxaqleb lejn il­-wied bil-­ħmieġ u soppa ta’ kimika li jġorr miegħu. Tisma’ lil minn jgħid li l-­ħlejjaq ta’ ġol-­widien huma stejjer ta’ żmien in-­nanna. Illum ħadd ma għadu jitlob ’il Alla biex jibagħtilna x-­xita. Mhux talli hekk, talli jekk wieħed ikun għadu jemmen f’Alla, jitolbu biex ma jibgħatx xita għax din tagħmillu l­-ħsara fid-­dar, tbiddel it-­toroq fi xmajjar, twassal lid-­drenaġġ biex jaqla’ kollox ta’ ġo fih u jobżqu fit­-troq, u anki tgħarraq il-­widien!

Full page fax print

Ilma tax-xita fi-triqtu għall-baħar

Din it-­telqa u n­-nuqqas ta’ għarfien u rispett lejn il-­ħolqien, il-­ġirja għall-­materjaliżmu tal-­mument, u n­-nuqqas ta’ tmexxija għaqlija, wasslu biex il­-ħażna tal-­ilma tax-­xita ġiet imwarrba għal-kollox. X’differenza minn meta kien hawn il­-Kavallieri u l-­Ingliżi.

Biex inraqqu l­-pannu bil­-qargħa aħmar, u forsi biex intaffu xi ftit il-­weġgħat tal-­kuxjenza (jekk din għada teżisti llum!) il-­gvernijiet bdew iħaffru mini taħt l­-art fejn jiġi xkupat l-­ilma mit-­toroq biex jitqabbad il­-mixja fihom u jintrema l­-baħar.  U qed jintefqu l­-miljuni ta’ ewro f’dan il-­proġett, uħud minnhom miġjuba mill­-Unjoni Ewropea. Fl­-istess waqt qed ngħallmu lit-­tfal biex irabbu kuxjenza u jibżgħu għal kull qatra ilma, filwaqt li l-­poplu jonfoq il­-miljuni biex jarmi l-­baħar eluf ta’ glalen tal-­ilma tax-­xita.

Ngħid jien, li kieku jkun hemm daqsxejn ta’ għaqal, u daqsxejn ta’ tfassil bil-­ħsieb għal dan il-­għan, kieku ma jkunx aħjar jekk tingħata għajnuna lil dawk li jixtiequ jew iħaffru bir, jew ikabbru l-­bir li għandhom, jew li jibnu ġwiebi, jew li jissewwew in­-numri kbar ta’ ġwiebi u bjar li hawn, uħud minnhom ta’ żmien il­-Kavallieri? Kieku b’hekk ma nkunux qed nużaw dawn il-­flus aħjar u nieħdu minnhom xi ħaġa lura? Kieku b’hekk minbarra li jiġu ffrankati l-­flus, ma nkunux ukoll qed insalvaw u naħżnu l­-ilma li jiġi b’xejn mis-­sema?

U kieku nsalvaw dan l­-ilma kollu, kieku ma tonqos it-­talba għall-­ilma mill­-impjanti tat­-tisfija u b’hekk jonqos l­-ammont ta’ żejt meħtieġ għall­-enerġija għal dan il­-għan, u anki jonqsu l­-flus li jmorru barra biex jinxtara dan iż-­żejt?  U kieku jkollna din il-­ħażna ta’ ilma tax-­xita, kieku ma jonqosx in-­numru ta’ dawk li jtellu l­-ilma b’xejn mill-­pjan biex ibigħuh? U kieku, il-­ġenerazzjoni ta’ għada li selfulna dan pajjiżna, kieku dawn ma jsibux pajjiż aħjar? Imma mur ifhem lil xi politikanti!

Agħmel xita agħmel, ħa tfakkarna fil­-ħaxix, il­-ħaxix li kien darba jikber, għax illum nifhmuh m’għadniex.

Alfred E Baldacchino

Advertisements

5 Responses to Agħmel xita agħmel

  1. Greta says:

    Kitba mil-isbah u mitt elf ragun. Grazzi!

  2. VICTOR CASSAR says:

    Mhux ta b’xejn hawn dan il- mard kollu. Flok insibu il- kawza nitrattaw l- effett u b’hekk miljuni qed jintefqu .Dak li iwarrab il- passat jirrepeti l- istorja u deni jigi f’daru . Jekk l-edukazzjoni hija spiza mela kemm tiswa l- injoranza? Hu hawn jidhol poltikant serju jew le?

  3. Emanuel Aquilina says:

    Prosit Fred, kitba eccellenti. Hemm bzonn li nergghu nibdew nikkunsdraw bis-serjeta l-ilqugh (dams) fil-widien! B’hekk inkunu nzidu l-ilma tal-pjan.Ghandu jsir aktar kontroll tat-tlugh ta’ l-ilma mill-boreholes ghax qed jigi sfruttat.Narak

  4. Paul Bezzina says:

    Tajjeb li qed tghid Alfred, imma jekk jigri hekk hadd ma jsir sinjur bil kuntratti tal mini li flok jahznu l ilma jarmu l ilma l bahar u mbghad nergghu ingibuh lura bir reverse osmosis, miljuni ohra mohlija biex in nies komuni flok jahznu huma l ilma bhal ma kien jigri fi zmien mhux tant il boghod,ihallsu ghalih biex haddiehor jistana minn fuq daharhom!

    • VICTOR CASSAR says:

      Forsi wasal iz- zmien li il- gvern jghati refund lil dawk li jibnu bir fil- kostruzzjoni taghhom . B’hekk tinholoq kultura ta’ hsieb biex naghmlu uzu tajjeb min natura . Hajja mghaggla frieh ghomja taghmel .

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: