U l-qerda tas-siġar tkompli bl-istess ritmu


U l-qerda tas-siġar tkompli bl-istess ritmu

Alfred E. Baldacchino

L-Erbgħa 24 ta’ Ottubru, 2013.

Wara kampanja twila kontra l-­qerda tas-­siġar f’pajjiżna, wieħed kien jistenna’ li bil-­bidla fil-­gvern kien ikun hemm xi ħjiel ta’ xi miżuri biex dan jibda’ jsir b’mod regolat u bi professjonalità. Imma b’dispjaċir wieħed jinnota li l­qerda, iż­-żbir bla rażan, in-­nuqqas ta’ apprezzament, id-­dilettantiżmu, in­-nuqqas ta’ rieda u interess, u l­isparpaljar ta’ fondi pubbliċi għadu għaddej bl-­istess ritmu li kien għaddej qabel l­-elezzjoni, minkejja xi wegħdiet.

Dan kollu sforz il­-fragmentazzjoni li hemm bħalissa f’dawn ir-­responsabbiltjiet li kulħad qe ifarfr u jgħid li mhux tiegħu.

Mela għandna l-­Ministru tat­-Transport u l-­Infrastruttura li huwa responsabbli mill-­landscaping. Is­-Segretarju Parlamentari fil­-Ministeru tal-­Prim Ministru responsabbli mill-­MEPA li hija l-­Awtorità Kompetenti għall­-Ħarsien tas-­siġar; u l­-Ministru tal-­Kunsilli Lokali li huwa responsabbli mill-­Kunsilli Lokali. Hemm ukoll il-­Ministru tal­-Ambjent li bnir-raġun ma għandu l­-ebda responsabbiltà fejn jidhlu s-­siġar minħabba din il-­fragmentazzjoni ta’ responsabbiltajiet.

Is-sura ta' dwn is-Siġar turi l-mentalita mikina u l-kultura kontemporanja taż dan il-pajjż

Is-sura ta’ dawn is-Siġar turi l-mentalita miskina u egoistika, l-kultura kontemporanja ta’ dan il-pajjż

Is-­sit eletroniku Rabti People who like or live in Rabat Malta poġġa ritratt ta’ dan il-massakru fuq is-­sit eletroniku permess ta’ Chris Farrugia fl-­interess tar­Rabat, tar-­Rabtin, u anki tal-­biodiversità Maltija, hekk kif beda dan il­-massakru fuq is­-siġar tas­-Saqqajja r-­Rabat. Skont kummenti fuq dan is-­sit ix-­xogħol ġie mqabbad mill­-Kunsill Lokali tar­Rabat u ma għandniex xi ngħidu sejjer jitħallas minn flus il­-poplu. In-­numru ta’ kummenti fuq dan is­-sit kienu mijiet, u l­-karba tal-­poplu Rabti għal din il­-qerda hija kbira. Wieħed jistenna’ biex jara kemm sejjer jismagħha l­-Gvern.

Qiegħed inpoġġi l-­kummenti li għamilt jien kemm fuq dan is­-sit kif ukoll fuq siti oħra li siltu xi ­kummenti minnu u tefgħuhom fuq siti tagħhom. Qiegħed ukoll inżid l­-indirizz eletroniku fejn dehru u xi ritatti biex wieħed jekk irid ikun jista’ jara l-­istampa kollha u l-­kummneti tagħna r-Rabtin, ma’ oħrajn li jaqblu magħna, saħansitra anki barra xtutna.

THE TREE BUTCHERY CONTINUES ­– 19 ta’ Ottubru 2013

https://www.facebook.com/groups/rabatmalta/10151935648499645/?notif_t=group_comment_reply

SIĠAR IMMASAKRATI 2013 – Is-Saqajja — 19 ta’ Ottubru 2013

Christopoher Farrugia with Astrid Vella and 3 others– The latest attack on trees took place two days ago at Saqqajja, Rabat, reducing the former row of majestic trees to ugly, bare and leggy branches topped by a few leaves! Now MEPA is defending this Rabat Local Council action, saying that the trees can be ‘pruned’ savagely as they are not over 50 years old, when in fact elderly Rabat residents remember them already grown 75 years ago!

THE TREE BUTCHERY CONTINUES ­ – 19 ta’ Ottubru 2013

https://www.facebook.com/groups/rabatmalta/10151935648499645/?notif_t=group_comment_reply

Alfred E. Baldacchino – Chris, prosit talli bdejt din it-thread fuq ir-Rabat u minn veru jħobbu speċjalment fuq dawn il-ħniżriet ta’ żbir li llum mhux ir-residenti tar-Rabat biss, imma l-Maltin u l-Għawdxin kollha qed jilmentaw minn dan in-nuqqas ta’ professjonalità. Il-Kunsill Lokali tar-Rabat imissu jistħi meta hawn din il-kritika kollha u jibqa’ għaddej qisu qed jgħix fiq xi pjanetà oħra. Imma l-Kunsilli Lokali li huma fformati mir-rapreżentanti tal-partiti politiċi, suppost għandhom il-barka kemm tal-Ministeri mill-Kunsilli Lokali kif ukoll mill-Ministeru responsabbli għall-MEPA biex setgħu jagħmlu dawn l-oxxenitajiet.

saqqajja trees3

Kif kienu jinżabru mill-ħġaddiema tal-Gvern is-siġar tas-Saqqajja fl-imgħoddi meta la kellhom cherry pickers u lanqas srieraq mekkaniċi. Dawn huma l-istess siġar li jidhru fir-ritratt ta’hawn fuq. wara li nżabru il-ġimgħa li għaddiet.

Nixtieq inkun naf min qed jgħati dawn il-pariri professjonali lill-Kunsill Rabti. Kif taf int Chris jiena llum għandi 67 sena. Niftakar meta kont għadni mbuttat fil-pushchair biex inmorru l-ġnien kont narahom hemm. U dan kellhom aktar minn 10 snin fil-wisa’. Forsi l-MEPA għadhom ma jafux jgħoddu… is- siġar. Imma il-MEPA la qatt kellhom u lanqas għandhom interess li jħarsu s-sigar u l-pjanti oħra indiġeni Maltin. Jekk tħares kif amendatw ir-regolamenti tal-Ħarisen tas-Siġar tal-2001 u kif dawn il-MEPA biddlithom fl-2012 biżżejjed biex wieħed jara kemnm il-MEPA hija interessata. Illum il-MEPA kważi kważi saret aġenżija tal-iżviluppaturi. Nixtieq inkun naf b’dan it-tqaċċit tas-siġar kollha għal kemm il-siġra il-MEPA oġġezzjonat. Bil-politika tal-MEPA, minkejja kemm bil-pjanijiet tal-gvern ta’ qabel (imfasswlin mill-MEPA stess) kemm b’dawk tal-gvern ta’ issa tidher li tiġi taqa’ u tqum. Ħares ftit lejn il-permess li tgħat fix-xogħol tal-foss tal-Imdina fejn inqerdu tant siġar biex il-foss inkesa bit-turf u ġabet is-swar tal-Imdina qishom Windsor Castle. Naturalment xi ħadd qala balla flus. Dan jidher aktar importanti minn xi 300 siġra (waħda minnhom żebbuġa li kellha viċin il-100 sena u li nqalgħet bil-barka tal-MEPA) kollha inqerdu.

Kien hemm suġġeriment aktar ‘l fuq biex fir-Rabat jitwaqqaf grupp jew kumitat dwar il-ħarsein tas-siġar u l-ambjent naturali Rabti. Jekk timxi din l-idea għidluli għax inkun minn ta’ quddiem bħala Rabti li noffri l-ħin biex inkun fuqu. Ma niflax nara aktar oxxenitajiet minn nies li jieħdu deċiżijoniet u ma jagħrfux siġra minn arblu tad-dawl. U mbgħad iwaħħlu f’ħadd ieħor. Ikun interessanti wkoll li l-politikant responsabbli mill-Kunsilli Lokali u dak mill-MEPA jgħidu kif jaħsbuha.

THE TREE BUTCHERY CONTINUES ­ – 19 ta’ Ottubru 2013

https://www.facebook.com/groups/rabatmalta/10151935648499645/?notif_t=group_comment_reply

Kif ġabuhom is-siġar illum.  Imma kif dan il-pajjiż tilef kull sengħa, kull pġrofessjonalità, kull rispett, u tilef ruħhu għall-flus.

Kif ġabuhom is-siġar illum. Imma kif dan il-pajjiż tilef kull sengħa, kull professjonalità, kull rispett, u tilef  anki ruħhu għall-flus.

Alfred E. Baldacchino – Allura biex inkun naf x’gara irrid immur il-Kunsill tar-Rabat? Irrid nifhem li l-Kunsill kellu jdejh marbutin biex iwqqaf dawn l-oxxenitajiet? Sa fajn naf jien il-membri tal-Kunsill qegħdin hemm biex jaraw u jirrapreżentaw in-nies tar-Rabat. Ma naħsebx li dan il-pajjiż huwa xi wieħed minn dawk ta’ wara dik li darba kienet il-purtiera tal-ħadid. Jekk il-Kunsill għandu spjegazzjoni jgħidlna. Jekk qed jipproteġi lil xi hadd, jiddispjaċini ngħid li r-responsabbiltà hija xorta waħda tiegħu u tal-Ministeru lli jaqa’ taħtu. Imma ma rridx neħodha kontra l-Kunsill tar-Rabat. Jekk dan jitkellem u jafda man-nies Rabtin li tellgħuh, imexxi aħjar u mingħajr wisq problemi, speċjalment jekk ikollu xi pressjoni minn nies mhux mir-Rabat. Xi ħadd qal li dawn is-sigar hemm bżonn jinbidlu! Ma nagħmlux mod li hemm xi ħadd qed ifesfes f’widnejn xi ħadd biex dawn jinbidlu u minflokom jitħawlu siġar mill-Afrika t’isfel, mill-Amerika t’isfel u minn kull parti oħra tad-dinja, bħal dawk li ħawlu fil-Kottonera u kullimkien. Tgħid għalhekk din is-segretezza kollha? Hemm minn bi ħsiebu jaqla xi skoss flus minn fuq dahar il-poplu bil-bejgħ tas-sigar barranin?

Xi ħadd ieħor qal li lanqas tista’ tpoġġi fuq bank minħabba l-għasafar. Kumment fqir u tat-tfal. Mur daqsxejn sa’ Ħad Dingli (mhux ‘l bogħod) u ara kif il-Kunsill ta’ Ħad Dingli solva din il-problema bla wisq spejjes u bla wisq teatrin. Naħseb li n-nies tar-Rabat huma intelliġenti biżżejjed jekk iridu. Imma minn ċerti kummenti li qed jidhru qed nistenna għar.

THE TREE BUTCHERY CONTINUES ­ 19 ta’ Ottubru 2013

https://www.facebook.com/groups/rabatmalta/10151935648499645/?notif_t=group_comment_reply

Il-Bankijiet f'Ħad-Dingli

Il-Bankijiet f’Ħad-Dingli

Alfred E. Baldacchino – Bankijiet f’Ħad Dingli li jippermetti lilll-għasafar ikollhom kuxjenza safja kif ukoll lil minn ipoġġi fuq il-bankijiet biex ipoġġu b’rashom serħana. U ma nqatat l-ebda siġra u kellu jħallas għaliha l-kunsill kif sejjr jagħmel dak tar-Rabat.

iNEWS

Massakru minn sigar fis-Saqqajja

http://www.inewsmalta.com/dart/20131021-massakru-minn-sigar-fis-saqqajja

Alfred E., Baldacchino  – Hija ħaġa tal-­mistħija li sena wara sena, wieħed jara dan id-­dilettantiżmu u qerda ta’ siġar u ħadd ma jieħu responsabbiltà. Dan minkejja l-­kritika kontinwa taċ-­ċittadini li minn flushom qed iħallsu għal dan ix­-xogħol u qerda.

Dawn is­-siġar għandhom ’l fuq minn 70 sena minkejja dak li qalet il-­MEPA. Jiena Rabti u llum għandi 67. Dejjem hemm nafhom. Imma l­-MEPA…

Sfortuntament il-­MEPA la għandha u lanqas qatt kellha interess li tħares is-­­siġar, minkejja l­-obbligi legali u morali li għandha. U dan jispjega għaliex ir­­regolamenti tal-2001 ġew mibdula mill­­-MEPA fl’2012. Possibbli li lanqas is­­-Segretarju Parlamentari responsbbli mill-­MEPA ma jista’ jagħmel xejn fuq hekk?

Xi Kunsilli Lokali ukoll qishom lanqas qegħdin hemm. Fir­-Rabat is-sena l-­oħra ġara l-­istess u milli jidher ma tgħallem xejn. U dan minkejja li qed iħallas il­-poplu għal dan ix-­xogħol xejn professjonali approvat u mqabbad mill­-Kunsill Lokali. Possibbli li s-­Segretarju Parlamentari responsabbli mill-­Kunsilli Lokali dan kollu ma jinteressahx?

Dan il­-qerda u xogħol bla sens u bl-­ebda professjonalità kienet bla kontrol taħt il­­-Gvern ta’ qabel. Imma jiddispjaċini ngħid li mhux talli ma rranġa xejn talli għada kif kienet qabel minkejja l-­kritika tan-­nies. Forsi l-­­Prim Ministru jista’ jinterveni hu u jwissi lil min għandu jwissi, dejjem sakemm ma jaqbelx hu wkoll ma’ dan it-­tip ta’ xogħol!

L-­Orizzont

http://www.orizzont.com.mt/FullArticle.php?ID1=’Ahbarijiet’&ID2=112053

Alfrd E. Baldaahino (kumment għall-pubblikazzjoni) Din il-­qerda ta’ siġar f’pajjiżna li issa ilha għaddejja s­-snin hija qerda bla rażan, bla raġuni, u milli jidher bla ħadd ma hu lest li jerfa’ reponsabbiltà għalijha. Il­-fragmentazzjoni li teżisti fil-­ħarsien tas-­sigar mhu qed tgħin xejn biex is­-siġar li qed jikbru f’pajjiżna jkunu mħarsa kif suppost.

Ritratt meħud fl-01963 fejn is-=siġar jidhru li għandhom sewwa vi1in il-15-il sena dak iż-żmien. Imma il-MEPA li qalet li dawn ma għadhomx aktar minn 50 sena, issa qed twaħħal fl-Agrikultura wara li qalgħatha barra mir-regolamenti.

Ritratt meħud fl-1961 fejn dawn is-siġar jidhru li għandhom sewwa viċin il-15-il sena dak iż-żmien. Imma il-MEPA li qalet li dawn ma għadhomx aktar minn 50 sena, issa qed twaħħal fl-Agrikultura wara li qalgħatha barra mir-regolamenti u llum ma għandha x’taqsam xejn.

Ftit tal-­ħin ilu (it­-Tlieta 22 ta’ Ottubru) kont qed nara programm ta’ diskussjoni fuq ONE TV fejn is­-CEO tal-­MEPA qal li l-­ilqugħ u ż-­żbir tas-­siġar huma responsabbiltà tal­-Agrikultura.  Dan mhux korrett. Din ir-­responsabbiltà kienet hemm taħt ir-­regolamenti l-­qodma tal­-2001.  Imma dan ġew revokati u mibdula mill­-MEPA stess fil-­2012. Illum il­-MEPA hija l­-Awtorità Kompetenti għall-­ħarsien tas­-siġar skond ir-­regolamenti tal­-ħarsien tagħhom li għamet hi stess.

Naħseb li hemm bżonn immedjat li l-­Prim Ministru jindirizza din il-­fragmentazzjoni illum qabel għada biex ma tkompliex issir aktar qerda.

Is-sbuħija tas-siġar ta' fuq is-Saqqajja ir-Rabat kif darba kienu u kif ma jistgħu ikunu qatt sakemm tinbidl din il-mentalit.a pulitika ta' pajjiżna.

Is-sbuħija tas-siġar ta’ fuq is-Saqqajja r-Rabat kif darba kienu u kif ma jistgħu jkunu qatt aktar sakemm tinbidl din il-mentalità  pulitika  u kulturali ta’ pajjiżna.

Advertisements

18 Responses to U l-qerda tas-siġar tkompli bl-istess ritmu

  1. Godfrey Camilleri says:

    Minn ghalija int, Alfred, kont maghzul f’xi kumitat li kellu jikkontrolla kull zbir ta sigar. Jekk mhux hekk, nissuggerixxi li tirsisti biex jinholoq an it-tip ta kumitat b’direttiva li kull zbir irrid ikollu l-approvazzjoni taghkom.

    • Godfrey, m’intix korrett kompletament. Il-kumitat li semmejt int kien wieħed konsultattiv biex jagħmel rapport u dan lestieh. Nissuġġerilek li tara l-kummneti tiegħi aktar ‘l isfel lill-Prof. Edward Mallia.

  2. Edward Mallia says:

    1. The “pruning” of trees in Hal-Warda H’Attard has just started.
    2. I have just made the same type of complaint to Minister Leo Brincat about the “atomisation” of responsibility in waste treatment matters. Result is many words and wishes but few sustained deeds.

    • Naħseb Edward you are barking up the wrong tree. Kif spjegajt aktar ‘l fuq l-entità responsabbli biex twaqqaf din in-nuqqas ta’ professjonalità hija l-MEPA li suppost hija l-Awtorità Kompetenti biex tara li dan ma jsirx. Imma naħseb li l-MEPA illum saret l-akbar għadu tal-biodiverità f’Malta. Il-MEPA taqa’ taħt il-Segretarju Parlamentari Dr. Michael Farrugia li responsabbli minnu huwa il-Prim Ministru.
      Barra minn hekk is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Kunsilli Lokali li qed iħallsu għal dan il-qerda tas-siġar huwa Dr Jose’ Herrera li huwa responsabbil minnu l-Ministru tat-Turiżmu. Dan biex ma nsemmix il-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttur li huwa responsabbli mill-hekk imsejħa landscaping.
      Ma nafx kif ktibt lill-Ministru tal-Ambjent li ma għandu x’jaqsam xejn (kif ir-respnsabbiltjiet huma mqassma u fragmentati) ma’ din il-qerda tas-siġar.
      Il-fragmentazzjoni dan li ġġib u din il-Prim Ministru biss jista’ jirranġaha, dejjem ma għandniex xi ngħidu, bir-rieda tajba tiegħu.

      • Edward Mallia says:

        Ma ghidx li ktibt lill-Ministru tal-Ambjent fuq iq-qerda tas-sigar; naf li m’ghandu x’jaqsam xejn maghha. Ktibtlu fuq is-suggett tal-frammentazzjoni tar-responsabilta’ ghall-hwejjeg tal-iskart, fejn tista’ tghid hemm il-Ministeri kollha li semmejt int fil-qerda tas-sigar + MECW ta’ Konrad Mizzi.

        • Veru kif għidt int, imma l-kumment tiegħi japplika l-istess. Fl-injoranza politika tiegħi ma naħsebx li l-Ministri jagħżlu r-respnsabbiltjiet tagħhom. Dawn jiġu mfassla u mqassma mill-Prim Ministru. Għalhekk jien tal-fehma li meta xi ħadd jikteb fuq il-fragmentazjzoni, jikteb lil minn fassalha. Il-fragmentazzjoni twassal biex kollox jibqa’ għaddej qisu ma ġara xejn u il-ħmar iwaħħal f’denbu. Naturalment ir-responsabbiltà tibqa’ ta’ sid il-ħmar.

  3. Claire Qoul says:

    L-ewwel ma poġġewx minħabba l-għasafar u issa ma jpoġġux minħabba x-xemx!!

  4. Prosit Sur Baldacchino!. Milli jidher il-laqgha ta’ Konsultazzjoni dwar il-HARSIEN tas-SIGAR, li saret fl-Excelsior Hotel nhar il-Hamis 5 ta’ Gunju iktar kmieni din is-sena, ma tat ebda frott

    • Ma naqbel xejn miegħek Joseph li dik il-laqgħa ma tat ebda frott. Il-kuxjenza pubblika kibret u koompliet tikber. Imma ara l-kummenti tiegħi lill Prof. Edward Mallia aktar ‘l fuq.

      • Kien sar xi rapport jew xi memo fuq x’kien intqal, jew ingabar mill-pubbliku, wara l-laqgha ta’konsultazzjoni? jekk iva, fejn jista’ wiehed jarah? Hemm xi cans li ssir xi sura ta’ petizzjoni biex dawk li tassew jixtiequ jaraw iktar sigar mhawwla, u li s-sigar ma jibqghux jigu mbiccra etc jiffirmawha u TINGHATA PERSONALMENT LILL-P.M.

        • Nifhem l-interess tiegħek fuq dan is-suġġett. Imma naħeb li tapprezza li jien hawnhekk qed nikteb fuq bażi personali u xejn ma nħoss li tkun etika li nitkellem fuq affarijiet oħra li mhux personali tiegħi.
          Rigward il-pettizzjoni li ssuġġerjt int, kif taf int f’dan il-pajjiż tagħna lkoll, kollox huwa possibbli. Hemm siti oħra li qed jiġbru dawn il-firem li ssibhom fuq facebook.

  5. Martin says:

    Nies bla kuxjenza ma jinporthom min xejn imbasta joghqodu sew huma. Ghawdex ghandna problema ikbar ghaliex hi il knisja Ghawxija li qed teqred is-sigar tal frott bhalissa bil ghacc u il quddiem bilma ikkontaminat .

    • Nifhmek Martin u naqbel miegħek. Ikollil ngħid lil minbarra l-mejtin li sejrin jidfnu fiċ-Cimitrju tan-Nadur, diġà difnu l-morali, l-ispiriotwalita u kuxjenza soċali tad-dioċeżi Għawdxija, fejn dawn issieħbu mal-kuxjanza tal-MEPA jekk din xi darba kellha.

  6. Naqbel li l-fragmentazzjoni, jew l-“atomisation” kif isejħilha l-Prof. Mallia, tar-responsabbilta’ dwar is-siġar hi l-problema prinċipali. Pero’, f’pajjiż żgħir bħal tagħna, bir-rieda tajba ta’ kulħadd, jista’ jkun hemm “memorandum of understanding” bejn kull min hu nvolut, li permezz tiegħu jiġu mħarrsa s-siġar.

    • Naqbel miegħek perfettament Vince. Jekk ikun hemm regolatur wieħed u l-oħrajn ikun l-operaturi u b’hekk il-politika dwar il-ħarsien tas-siġar tkun tista. tiġi mwettqa. Imma kif ghidt int irid ikun hemm ir-rieda, u mhux rieda biss, imma rida tajba.
      Hu mill-MEPA li hija l-Awtorità Kompetenti u legali biex ma tħallix din il-qerda ssir. Il-MEPA qed twaħħal fid-Dipartiemnt tal-Agrikultura li ma għandu x’jasam xejn . U kienet il-MEPA stess li qalgħet lill-Agrikultura mir-regolamenti tal-ħarsien tas-sigar meta bidlithoim biex tiehu r-responsabbiltà kollha hi.
      Ma naħseb li din tersaq viċin ta’ xi rieda tajba hux?

  7. VICTOR CASSAR says:

    Ghandu jsir forum fir- Rabat fejn jghati bidu ghal protesta kollettiva . The only way MEPA would listen is beating the streets .

  8. Steve Garrett says:

    Only 00.95% of Malta is covered by trees. And we have to massacre the few trees that we have. When are we going to learn? When are we going to increase that humiliating percentage?

    • Steve as you correct pointed out, there re only 00.95% of tree cover, and by the look of Government’s policy (both previous and present) this is going to get smaller and smaller. Presently this unofficial policy is being implemented by the Minster for Transport and Infrastructure, the Parliamentary Secretary for Local Councils, and the Parliamentary Secretary responsible for MEPA, who is the Competent Authority for the Protection of trees in the Maltese Islands, at least on paper, although in reality it is the number one enemy of biodiversity in the Maltese islands.

      If it depended on the people it would have been solved long ago. But it depends on politicians to address it, and the agenda of politicians is not exactly the agenda of the people, no matter how much they say that they would like to involve the people in the running of the country.

      But we will keep on trying.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: