IS-SIĠAR FIL-BLIET U FL-IRĦULA MALTIN


17 ta’ Lulju, 2011

Is-siġar fil-bliet u fl-irħul Maltin 

Alfred E. Baldacchinio

Ħarsa lejn il-ġurnali lokali turi n-numru ta’ kummenti u kritika dwar l-immaniġġar tas-siġar, speċjalment dawk li jikbru fit-toroq tagħna. Ta’ min jgħid li dawn il-kummenti juru li l-kuxjenza pubblika u l-apprezzament dwar l-ambjent naturali, f’dan il-kas dwar is-siġar, qiegħdin dejjem u kuljum jikbru.

Wieħed ma jistax jgħid li l-kritika li qed issir fil-biċċa l-kbira tagħħa mhix ġustifikata, l-aktar dwar iż-żabra xejn professjonali tas-siġar fit-toroq. Biżżejjed wieħed jgħati daqqa t’għajn lejn iż-żabra f’ċerti nħawi, bħal ngħidu aħna, fir-Rabat, fin-Naxxar, f’Ħaż-Żebbuġ, f’ta’ Xbiex, f’Ħal-Balzan, u f’Ħ’Attard. U meta wieħed jaqra dawn il-kummenti, joħorġu numru ta’ mistoqsijiet, bħal ngħidu aħna:

  • Għaliex is-siġar fit-toroq qed jinżabru bil-mod kif qed jinżabru, jiġifieri:
    • jew jinħasdu xi tliett metri mill-art u jitħallew bi troffa weraq biex taparsi hemm siġra, bħal dawk li hemm fi Triq Ħal-Warda, Ħ’Attard, u riċentement ħdejn il-yacht marina l-Imsida?
    • jew inkella titqaxxar kull werqa u jinħasad kull għasluq b’kull werqa fuqu, u s-sigar jitħallew fuq zokk wieħed jew tnejn mogħla tlett sulari?
  • Meta s-siġar ‘jinżabru’ u jitħallew għoljin fuq zokk wieħed jew tnejn biss, jingħata ħsieb għall-impatt soċjali li din it-tip ta’ żabra jkollha, hekk ngħidu aħna:
    • Billi siġra miżbura hekk tkun tqila fil-quċċata tagħha (top heavy) fuq z-zokk jew tnejn li jitħallewlha, b’riħ qawwi li jaħkima, din malajr tfaqqa’ u taqa’, kif diga faqqgħu, tkissru u waqgħu numru ta’ siġar wara żabra bħal din, bħal ngħidu aħna f’Ħal Balzan u Ħat’Attard, u waħda minhom għamlet ħsara anki fil-faċċata ta’ dar?
    • X’jiġri jekk xi siġra minn dawn taqa’ fuq xi karozzi fit-triq, jew fuq xi nies li jkunu għaddejjin minn fuq il-bankina, jew taqa’ u tifqa’ l-faċċata ta’ xi dar biswit?
  • Meta jkun hemm triq li minnha jgħaddu ”l fuq minn 18,000 karozza kuljum, uħud idaħħnu qisu ma jeżiztu l-ebda regolamenti, u qisu f’dan il-pajiż ħadd mhu responsabbli ta’ xejn. u din it-triq ikun fiha siġar li jkunu qed ilibbsuha u l-weraq tagħħom iservu bħala l-pulmun u lqugħ għad-dħaħen, għall-istorbju, u għall-impatt viżiv, għaliex dawn ma jittieħdux fil-pjan meta s-siġar jinżabru?
  • Għaliex min jiġi jiżbor dawn is-siġar, biex jaqta’ zokk żgħir m’eħxen lapes, minflok juża imqass taż-żabra jiġi biex jaqtgħu b’serrieq mekkaniku (chainsaw), u minflok jaqta’ erba’ zkuk żgħar jaqta’ fergħa sħiħa?
Dik żabra eh! Ejja ha nmorru. Tiswa daqs ġurnata xogħol.
  • Min qed jiżbor dawn is-siġar qed jingħata taħriġ professjonali ta’ kif għandu jagħmel dan ix-xogħol, jew sempliċement jingħata serrieq taż-żabra u trukk biex jimlieħ bil-weraq u zkuk tajbin għall-ħruq?
  • Għaliex snin ilu, meta dan ix-xogħol kien għadu taħt ir-responsabiltà tad-Dipartiment tal-Agrikultura, meta kien jinqata’ zokk kemxejn oħxon il-ġerħa kienet tinżebaħ b’materjal biex jipproteġi s-siġra kontra infezzjonijiet u mard, u llum daqqa u imxi?
  • Xi kwalifiċi għandu jew għandhom minn qed jimmonitorja dan ix-xogħol?
  • Hemm xi possibilità li ż-żbir tas-siġar fil-bliet u fl-irħula Maltin jibda’  jsir fuq bażi professjonali kif isir barra minn dawn il-gżejjer? Niftakar darba f’Monaco rajt tnejn minn nies bis-sellum u b’imqass taż-żabra iduru u jiżbru sigra b’ċerta professjonalità qishom qed jaqtgħu xaghar xi ħadd.

Naħseb li mid-dehra ta’ numru ta’ siġar miżbura fit-toroq, qishom immankati u bla sura, għad baqa’ ħafna u ħafna x’wieħed jitgħallem u xi jsir biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Nistħajjel lil xi ħadd jgħidli, “mela insejt li qed tgħix Malta fejn is-saħħa tan-numri hija bil-bosta b’saħħita minn kull raġuni xjentifika, teknika u soċjali li qatt jista’ jkun hawn f’dan il-pajjiż”. U jkolli nammetti li minn jgħid hekk ikollu raġun, sfortunatament.

Darba kienet siġra tħaddar il-madwar.  Illum monument ħaj għal dawk li jfasslu l-politika dwar iż-żbir tas-siġar Maltin. 

Ma taħsibx li tħabbatha sewwa mal-mumument ta’ Ħal-Luqa?

Advertisements

7 Responses to IS-SIĠAR FIL-BLIET U FL-IRĦULA MALTIN

  1. Godfrey Camilleri says:

    Alfred ghandek ragun biex tbiegh dwar das-suggett. Meta narhom jizbru das-sigar b’dal-mod nahseb li dak li ghandom f’mohhom hu kemm ser ikollom zkuk tajbin biex ibieghuhom ghal fire places u kemm ser jaqilghu minn dil haga!

  2. jacqueline chircop says:

    vera tal-biki kull sigra li hawn malta hi periklu emminent li titqaccat! specjalment jekk ikun hemm skuza ta xi “progett”………l-istess qed jigri bhalissa int u sejjer minn hal-luqa ghal airport. ghaliex qed jigri dan?

    • Dan qed jiġbri minħabba żewġ raġunijiet ewlenin:
      1. Ma hemmx nies imħarrġa biex imexxu dan ix-xogħol, u lanqas hemm xi rieda biex ikun hemm nies imħarrġa. Anqas ma jkun hemm min jifhem, aktar hu faċli biex wieħed jagħmel li jrid u ma jkunx hemm minn jopponi.
      2. Il-ġirja u l-kilba li hawn għall-flus. Toqgħodx tiffitta biex tagħmel biċċa xoghol professjonali. Ejja ha nmorru. Meta tinkiser jew taqa’ nixtru oħra. Dan juri biċ-ċar l-interess tal-qligħ kontra l-interess soċjali u ambjentali!

  3. Maria Sammut says:

    Grazzi tal-artiklu. Jien sincerament jaqbadni l-biki kull darba li nara xi haga hekk u ma nistghax nifhem bin-nuqqas ta’ sigar li ghandna kif sigra b’sahhitha tinqata b’dan il-mod. Dan l-ahhar kellna massakru mhux hazin biex jakkomodaw il-karozzi tal-Arriva. Qed jghidu li qed jaqalghahom mill-gheruq u jpogguhom band’ohra. Ma nistghax nifhem ghal xhiex. Nahseb mill-posizzjoni taghna ma tantx nistghu naghmlu wisq u rridu niftakru li s-sigar bhall-annimali m’ghandhomx vot ghalhekk mhumhiex importanti.

  4. Peppi Gauci says:

    Prosit Alfred,

    Il musmar ilqattu tajjeb.
    Hemm bzonn bidla radikali f;dan il-qasam. Iktar u Iktar meta l’isem ta dan il-konsorzju jirrifletti wahda mill- ikbar kontroverzjonijiet li qatt rajt fil-qasam ambjentali.

  5. Joseph Caruana says:

    Din hija itra li kienet intbghatet il-konsorzju tal-ELC fuq numru ta punti ambjentali. Wiehed missu jara li ix-xoghol li dan il-konsorzju qieghed iwettaq jitwettaq blinteress ta citadini u b’kuxjenza ambjentali izjed milli fuq logika ta kummerc. Wara kollox laqas ma tista tghid li dan il-konsorzju qieghed jopera f’ambjent kompetitiv.

    http://greenhouse-malta.blogspot.com/2011/01/open-letter-letter-to-editor-by-engos.html

    • Joseph, naqbel maghkom mija fil-mija. Sfortunatament din hija l-policy ufficjali tal-gvern. Li kieku dan mhux hekk, kieku ma jibqax isir dan ix-xoghol bi spejjes kbar ambjentali u socjali. U mbarra minn din il-policy ufficjali il-gvern qed ihallas minn fondi pubblici biex isir dan ix-xoghol. Ghalhekk kont nikteb mhux lill-kuntrattur. Dan la darba ghandu l-appogg tal-Ministru kkoncernat, u qed jithallas ghal dak li qed jaghmel, mhux sejjer joqghod jghati kas tal-ittri taghkom. Kont, izda nikteb lil min ghamel u approva din il-policy, jigifieri lill-Ministru responsabbli ghall-landscaping. U billi hafna minn dan ix-xoghol imur kontra principji internazzjonali tal-harsien tal-biodiversita`, kont anki nikteb lill-Ministru responsabbli ghall-Ambjent. It-thawwil ta’ pjanti li huma meqjusa invasivi fuq skala Ewropea, u li skond obbligi tal-EU, mhux talli ma ghandhomx jintuzaw u jithawlu, izda ghandhom jinqalghu u jinqerdu. Din hija xi haga tal-misthija, aktar u aktar meta dan huwa mhallas minn fondi pubblici.
      Kemm jista’ jsir aktar gid kieku kien hemm policy ufficjali professjonali: kienet tgawdi l-biodivesita`, is-socjeta u anki jkun hemm qliegh xieraq u gust ghall-minn jaghmel dan ix-xoghol. Imma…… kemm ghad baqalna x’nitghallmu, dejjem ghas-spejjes taghna.
      Sadanittant, oqghod hares lejm kemm huma sbieh il-kuluri tal-fjuri u kif dawn jikbri fl-eqqel tas-sajf, sahansitra f’Awwissu, IMMA tahseb xejn fuq l-ilma li qed jinhela u l-prezz tieghu (sakemm ma hemmx xi borehole fin-nofs). Toqghodx tahseb lanqas fuq l-ispeci invazivi li stabbilixxew ruhhom fuq dawn il-gzejjer, bhal nghidu ahna il-Bumunqar Ahmar tal-Palm, il-Farfett tas-Sardinell, il-Hanfusa tas-sigar tat-Tut, u numru ta’ speci Bebbux tal-Art. U tmurx tittawwal lejn il-Blue Grotto ghax tara is-Swaba tal-Madonna (Hotentot Fig) kif qed tiehu mal-wicc tal-irdum. Imma ma nahsebx li tista’ tinsa li dawn qed inhallsu ghalihom int u jien, u ma ghadniex xi nghidu il-kumplament tal-poplu, jifhem jew ma jifhemx.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: