Ilek ma tara xi nannakola?


21 ta’ Ġunju 2011

Ilek ma tara xi nannakola?

Alfred E. Baldacchino

Niftakar meta konna żgħar, u bdejna nmorru l-iskola, konna nqattgħu ħin infittxu n-nannakoli u filwaqt li narawhom telgħin ma’ subgħajna konna ngħidulhom: Nannakola, Nannakola, mur l-iskola, ġib is-siġġu u ibda għola, ġib il-pinna u l-klamar, ħalli npinġu ras ta’ ħmar.  Kemm kienu żminijiet sbieħ!

Illum sfortunatament nistgħu npinġu ras ta’ ħmir kemm irridu, imma biex insibu nannakola mhux daqshekk faċli daqs kemm kien dak iż-żmien.  Fejn marru dawk in-nannakoli kollha?

Hemm ħafna tipi ta’ Nannakoli.  Dawn huma kollha tip ta’ ħanfus, u nsibu dawk sofor bit-tikki suwed, dawk suwed bit-tikki ħomor, ħomor bit-tikki suwed. Saħansitra hemm ħomor b’numru ta’ tikkek differenti: dawk li għandhom żewġ tikki, u dawk li għandhom seba’.  Hemm oħrajn li huma oranġjo bit-tikki suwed. Dawn in-nannakoli jieklu jew mell u briegħed tal-pjanti, għalkemm xi wħud jieklu l-ħaxix, bħal dawk li jinstabu fuq il-Faqqus il-Ħmir.

Nannakola tal-faqqus il-hmir

Dawk li huma predaturi u jieklu l-mell u l-briegħed tal-pjanti, huma ta’ għajnuna kbira għall-bniedem u għall-ekosistema, għaliex iżommu l-bilanċ bejn il-pjanti u dawk li jagħmluhom il-ħsara.  U hekk il-bniedem għandu għajnuna kbira minn għand dawn il-nannakoli għaliex ma jħallas xejn ta’ din l-għajnuna u aktar ma jkun hemm ikel aktar ikun hemm nannakoli.

In-Nannakola tas-seba' tikki

Imma sfortuntament, il-bniedem ħaseb li jekk ibexx kimika valenuża fuq il-mell u l-briegħed tal-pjanti, ikun jista’ jaħsed aktar frott. Ma għarafx li din il-kimika ma toqgħodx tagħżel l-insetti li jagħmlu l-ġid u dawk li jagħmlu l-ħsara imma toqtol kollox, u hekk in-nannakola llum saret rari ħafna wara snin ta’ bexx kontinwu.

Kif nafu illum huma ħafna dawk il-pajjiżi li qegħdin jifhmu li hemm bżonn li wieħed jiżen u jagħraf l-impatti li l-attivitajiet tal-bniedem jista’ jkollhom fuq in-nisġa naturali.  Dawn qegħdin jaraw ukoll li mhux biżżejjed li wieħed iqis il-profit immedjat biss mingħajr ma jaraw l-impatt negattiv, anki f’perijodu imbiegħed, li dawn jista’ jkollhom fuq il-ħlejjaq, l-ambjent naturali, u anki fuq il-bniedem stess. L-għajnuna li kienet ittina n-nannakola fil-kontroll tal-briegħed tal-pjanti llum kważi għebet għalkollox. U dan wassal ukoll biex kellha tiżdied id-doża ta’ bexx kimikali.  U l-impatt tagħhom ukoll kiber għaliex minbarra li kważi qerdu għal kollox il-predatur bħan-nannakola u insetti oħra li jiċċapsu b’dan il-bexx, bħal ngħidu aħna n-naħal li jdakkru l-fjuri u jagħmlu l-għasel.  U l-bexx li jaqa’ fl-art jew li jinġarr mir-riħ, ukoll għandu impatt f’postijiet oħra li ma kienux fil-mira oriġinali.  Saħansitra xi ftit jispiċċa jinġarr mill-ilma u jsib ruħu anki fl-ilma tal-pjan.

l-ikel taln-Nannakola - il-brieghed tal-pjanti

Dawk il-pajjizi li fehemu li hemm bżonn li wieħed iħares aktar fil-bogħod, speċjalment meta juża kimika li toqtol, marru pass aktar il-quddiem għaliex fl-irziezet esperimentali tagħhom, għamlu studju xjentifiku biex jibdew ikabbru n-nannakola ta’ pajjiżhom biex imbgħad dawn jitqassmu jew jinbiegħu biex jintelqu fir-raba’ fejn ikunu jistgħu jikkontrollaw il-mell u l-briegħed tal-pjanti. Dan mhux biss għen biex ma ssirx ħsara lill-ambjent u hekk ma jkomplux jinqerdu ħlejjaq importanti, speċjalment in-nannkola u insetti oħra li jdakkru l-fjrui tal-pjanti, imma anki biex jintefqu anqas flus u riżorsi oħra li ġħandhom benefiċċju kemm soċjali u ambjentali. X’taħseb?

U int, ilek ma tarx xi nannakola mill-ħomor tas-seba’ tikki?

aebaldacchino@gmail.com

Advertisements

5 Responses to Ilek ma tara xi nannakola?

  1. Vincent Gauci says:

    Prosit tal-artiklu.
    Semmejt il-qerda tan-naħal. Fiċ-Ċina hemm reġuni sħaħ fejn il-bdiewa jkollhom idakkru l-fjuri tas-siġar tal-frott (lanġas, jekk niftakar tajjeb) waħda waħda, għaliex in-naħal inqerdu kollha, kawża tal-bexx. Dan naturalment jeħtieġ xogħol u spejjeż kbar. Irridu niġu f’dan aħna? Jew meta jiġrilna xi waħda nqumu minn ngħasa?

    • henry alamango says:

      alfred……..prosit !!
      electronic media have mobilised the arab springtime !………hopefully, they can bring back the real spring and natural cycles back to Malta.
      henry alamango

  2. Godfrey Camilleri says:

    Proset tal-artiklu Alfred; verament din haga li ilha tinkwetani hafna. Fil-fatt kont ili biex nara kif nista’ nelimina l-bexx mill-gnien tieghi ghas-sigar tac-citru u mis-sena l-ohra rnexxieli nikkontrola d-dubbiena tal-frott billi ndendel kimika mas-sigar fi flixken tal-plastic maqtughin bhala plattin biex jiddendel. Ghandi gnien zghir u ghalhekk tnejn minn dawn kienu bizzejjed. Iffrankajt l-ispejjes tal-bexx u l-hsara li kien qed jaghmel lil insetti li huma ta’ gid u l-hut li ghandi fil-vaska li kien ikolli nghattih kull darba.

  3. tony ventura says:

    Dear Alfred , Do you have any suggestions on where i can obtain ladybird larvae or live ladybugs locally to control aphids & mite problems in my garden ?

    thanks

    • Dear Tony,
      Honestly I wish I could help you. It has taken me close to 12 years to find a ladybird to photograph. When I was young they used to be very, very common. But through the use of insecticide they have been wiped out. Besides the spraying of insecticides on fruit trees and fields, today one can also see the spraying of chemicals on road verges and other greenery, in the name of landscaping. This makes it more difficult for the ladybird to establish itself.
      My suggestion is to find a couple of ladybirds, if you can manage, and release them in your garden. If there is plenty of food, they will remain and breed.
      Ladybirds can also be captive bred. It is not that difficult, but it can be done. Unfortunately such a subject is not fully understood by the authorities and so there is no such official help to achieve such aim which would cut down on imported insecticides and also help to conserve indigenous biodiversity.
      I honestly hope that there would not be somebody with a bright idea to import ladybirds for such purposes. Such a venture would be more a commercial venture than anything else.
      Regards.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: